Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġar – permessi biex jinqatgħu/jinqalgħu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm permessi li ħarġu mill-Ministeru jew xi dipartiment/awtorità li taqa' taħtu, biex jinqatgħu/jinqalgħu siġar matul l-2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2013 inħarġu tmintax-il permess biex jinqalgħu siġar koniferi. Ninsab infurmat ukoll li mill-1 ta’ Novembru 2013 dawn il-permessi ma baqgħux jinħarġu.

Fish farms — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' spezzjonijiet isiru fuq il-fish farms li għandna f'pajjiżna? B'liema frekwenza jsiru? Kemm saru spezzjonijiet matul l-2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li jsiru spezzjonijiet taħt il-baħar bil-kamera stereoscopic, spezzjonijiet fuq laneċ tal-irmonk li jaslu bil-gaġeġ tat-tonn, spezzjonijiet matul il-caging u waqt il-ħsad tat-tonn. Dawn l-ispezzjonijiet isiru matul is-sena kollha bil-maġġoranza tal-ispezzjonijiet jitwettqu matul it-tieni nofs tas-sena. Ninsab infurmat ukoll li matul l-2013 saru total ta’ 253 spezzjoni.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-ilma — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la nxtraw u lanqas inkrew opri ta' arti wara d-9 ta' Marzu 2013.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtha wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma nxtraw jew inkrew l-ebda opri tal-arti mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji mid-9 ta' Marzu 'l hawn.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Prof. Kenneth Wain, Kummissarju għall-Organizazzjonijiet Volontarji, xtara pittura u żewġ lithographs ta’ Christopher Saliba. Dawn xtrahom għall-Uffiċċju tiegħu.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor Interpellant tispeċifika għal-liema perjodu qed tirreferi.
Leg 12 PQ #6894 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tagħha bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tagħha bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għandha qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Minħabba li din d-domanda kienet emendata il-bieraħ filgħaxija biex tispeċifika l-perjodu, l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #6945 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fuq toroq arterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet fuq toroq arterjali f’Għawdex hu ppjanat li jsir matul is-sena 2014 u x’tip ta’ xogħlijiet hu mistenni li jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li fil-preżent ix-xogħlijiet fuq toroq arterjali li huma ppjanati li jsiru mill-Ministeru għal Għawdex fis-sena 2014 huma: it-tkomplija tar-rikostruzzjoni ta’ Triq San Lawrenz, San Lawrenz; asfaltar u xogħol ta’ drenaġġ f’partijiet minn Triq Għajn Qatet, Victoria; asfaltar f’parti minn Triq it-Tiġrija, Nadur; u asfaltar fi Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra.
Leg 12 PQ #6946 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – sejħiet għall-postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm inħarġu sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Liema minn dawn il-postijiet kienu vakanti? Għal kull applikazzjoni, kemm kien hemm applikazzjonijiet, kemm minnhom kienu ineleġibbli u għaliex? Liema kienu dawk il-postijiet li mtlew s’issa u meta ġew mimlija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex – skeda tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda sħiħa tat-trasport pubbliku kif kienet f’Għawdex sal-aħħar tas-sena 2013?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-iskeda hija maqsuma kif ġej: - Mill-4 ta’ Novembru 2012 sal-1 ta’ Ġunju 2013 - Mit-2 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Novembru 2013 - Mit-3 ta’ Novembru 2013
Leg 12 PQ #6948 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru fiċ-Ċittadella f’Għawdex matul l-aħħar għaxar snin li kienu kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema proġetti saru li kienu finanzjati minn fondi oħra? Jista’ jagħti d-dettalji fiex kien jikkonsisti kull proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li hemm zewġ proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li qegħdin jiġu implimentati fiċ-Ċittadella: ERDF 39 Restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex – li kien jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tal-blat li fuqu hija mibnija ċ-Ċittadella u r-restawr tal-ħitan tal-fortifikazzjonijiet taċ-Ċittadella. ERDF246 Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella – li jikkonsisti f’numru ta’ xogħlijiet għar-riabilitazzjoni tal-parti nterna taċ-Ċittadella. Barra minn dawn, kien hemm ukoll il-proġett tal-Masterplan taċ-Ċittadella li kien finanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji ta’ l-Area Ekonomika Ewropea (EEA Financial Mechanisms) li għalih ikkontribwew il-pajjiżi tal-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja.
Leg 12 PQ #6949 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti se jsiru fiċ-Ċittadella matul is-sena 2014? Kif se jkunu finanzjati dawn il-proġetti? F’kull każ, inħarġu tenders? Min ingħata dawn it-tenders u kemm se jiswa kull proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 ser ikun qiegħed jiġi implimentat il-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea intitolat ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet taċ-Ċittadella. Bħalissa hemm numru ta’ tenders fis-suq għal xogħlijiet diversi bħala parti minn dan il-proġett. S’issa ingħataw żewġ tenders li huma: CT3086/2013 Xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Ċittadella li ngħatat lill-Kumpanija Gaulos Conservation għall-ammont ta’ €398,545.87 (inkluża l-VAT) CT3079/2013 Provvista ta’ servizi ta’ monitoraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Ċittadella li ngħatat lill-AIS Enviromental Ltd għall-ammont ta’ €46,754.55 (inkluża l-VAT).
Leg 12 PQ #6950 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-vot ta’ Eko-Għawdex għas-sena 2013? Jista’ jgħid kif intuża dan il-vot u xi proġetti u inizjattivi saru b’dan il-vot? Jista’ jagħti deskrizzjoni ta’ kull proġett u kemm sewa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6958 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — skema ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda persuna li daħlet fil-Ministeru għas-Saħħa jew id-dekasteru li jaqa’ taħtu li nfurmat lill-management li bbenefikat minn skema tal-irtirar kmieni jew skema simili mnedija mill-Air Malta.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — skema ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmeini jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intraprizi Żgħar — skemi ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.