B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5003 kif ukoll id-diversi laqgħat ta' konsultazzjoni li kien għamel mal-kunsilli lokali kollha sal-aħħar ta' Ġunju li għadda, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' toroq residenzjali ġodda li se jsiru fil-jiem li ġejjin u li ma kenux inklużi fil-programm ta' toroq ġodda residenzjali kif ifformulati mill-Gvern preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern beda biex jattwa dak li ġie mwiegħed fil-Manifest Elettorali kif ukoll qiegħed fil-proċess biex imexxi ‘l quddiem il-proġetti skont il-prijoritajiet tagħhom kif ukoll proġetti ta’ toroq oħrajn li qed jiġu studjati u dan wara il-ħafna laqgħat ta’ konsultazzjoni li saru fosthom mal-Kunsilli Lokali kollha.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4998, jista’ l-Ministru jikkjarifika jekk għadux isir skrutinju jekk il-vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri jkunux low floor, bl-air conditioning jaħdem, eċċ.?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Transport Malta komplew jagħmlu spezzjonijiet ta’ kuljum fir-rigward ta’ skrutinju fuq il-vetturi għat-trasport li huma tal-kumpanija Malta Public Transport Services Ltd. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu fost oħrajn skrutinju fuq kameras ta’ CCTV, aċċess għall-persuni b’diżabbilità, magni Euro 5 u arja kundizzjonata.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk billboards li l-Gvern Laburista tella’ dan l-aħħar biex jirreklema l-baġit ittellgħux skont il-Guidelines of the Safe Placing of Billboards li jinsabu fl-iskeda tal-Avviż Legali 368 tal-2004?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħidilna fejn jinsabu dawn il-billboards tal-baġit li ghalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari sabiex Transport Malta tkun f’pożizzjoni li tevalwa tali billboards.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma t-totali ta' fondi, lokalità lokalità fil-UIF Fund? Kif inbidel dan l-ammont kull tmiem is-sena bejn l-2007 u l-2012, u kif inhu bħalissa l-ammont f'dan il-fond, f'kull każ lokalità lokalità f'Malta u f'Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. It-tabella annessa, turi kif inbidlu l-ammonti, lokalità lokalità fil-UIF bejn l-2007 u l-2012. Dawn l-ammonti jirriflettu id-dħul tal-UIF minn permessi ta' żvilupp kif ukoll tnaqqis dovut għall-proġetti minn Kunsilli Lokali kif ukoll mil-Gvern ċentrali, u li ġew approvati. L-aħħar kolonna fit-tabella turi l-ammonti li kien hemm sal-aħħar ta' Ottubru 2013. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-ammonti ghas-sena 2010 huma nieqsa għax dawn ir-records jidher li intilfu meta it-Transport Planning Unit imxiet mill-MEPA għal Transport Malta.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – management accounts
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għax-xahar ta’ Ottubru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm kienu l-flus dovuti lill-kuntratturi/suppliers tal-prodotti farmaċewtiċi (prodotti, mediċini, apparat mediku, disposables eċċ.) fl-aħħar ta' Ottubru u Novembru 2013 (separatament)? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
xiri ta’ prodotti u materjal u servizzi – pagamenti pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ pagamenti pendenti li l-Ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu jridu jħallsu għal xiri ta’ prodotti u materjal, servizzi (jiġifieri kull xorta ta’ xiri minbarra prodotti farmaċewtiċi) kif ukoll xogħlijiet fl-aħħar ta' Ottubru u Novembru 2013 (separatament)? Kemm hu ż-żmien ta' dewmien (f’termini ta’ ġranet) lil dawn il-kredituri (dak li jissejjaħ ageing)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li marru d-Dipartiment tal-Emerġenza, xahar b’xahar, f’Ottubru u Novembru 2013? Kemm minnhom kienu category 1, 2 jew 3? Kemm minnhom kellhom ticket of referral mit-tabib tal-familja u kemm kienu self-referral? Kemm minnhom iddaħħlu l-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Ottubru u Novembru 2013 jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-length of stay medja għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei ġimgħa b’ġimgħa, f’Ottubru u Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’Ottubru u Novembru 2013 huma kif se nsemmi:
Xahar 2013
Average Length of Stay
(ġranet)
Ottubru
4.9
Novembru
5.0
Dawn il-figuri jiġu kkalkulati kull xahar għal-
in-patients
u jeskludu d-
Day Cases
u n-
Nursery Cots.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn f’Ottubru u Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Ottubru u Novembru 2013 taħt f’forma ta’ persentaġġ:
Xahar 2013
% Average Bed Occupancy for In-patient beds
Ottubru
87.1
Novembru
88.5
Dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat kull xahar għas-soddod li jintużaw għal-
in-patients
u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn
Day Cases
u n-
Nursery Cots.
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi ta’ xogħol u programmi ta’ taħriġ l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kellha għaż-żgħażagħ mill-2008 ’l hawn u kemm kien hemm parteċipanti f’kull programm mill-istess perijodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li minn Ottubru 2007 sa Novembru 2013, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ipprovdiet esperjenza ta’ xogħol lil 2,728 żgħażagħ. Barra minn hekk, hija direttament sabet xogħol lil 1,966 żagħżugħ u żagħżugħa. L-iskemi tal-ETC li pparteċipaw fihom iż-żgħażagħ huma kif se nsemmi:
Skemi li pparteċipaw fihom
iż-żg
ħa
żag
ħ
Minn Ottubru 2007 sa Novembru 2013
Job Experience Scheme
734
Active Youth Scheme
103
Bridging the Gap
118
Work Trial
1,370
Community Work Scheme
84
Work & Training Exposure Scheme
319
Youth Employment Programme
6,260
Gozo Employment Aid
146
Employment Aid
1,701
Private Sector Placement Scheme
119
F’dak li huwa taħriġ, bejn Ottubru 2007 u Novembru 2013, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ħarrġet 13,333 żagħżugħ/a. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-korsijiet li tħarrġu fihom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għaqdiet u entitajiet sportivi kienu rreġistrati mall-Kunsill Malti għall-Isport sena b’sena mill-2008 sal-lum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ applikazzjonijiet sottomessi u proċessati mill-2008 sal-2013 hu kif ġej:
Sena
Ammont Sottomess
Ammont Proċessat
2008
189
0
2009
98
239
2010
69
71
2011
43
68
2012
63
63
2013
26
28
Hemm 19-il applikazzjoni li qegħdin fil-proċess ta' reġistrazzjoni.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ għaqdiet sportivi mal-Kunsill Malti għall-iSport ġiet introdotta fl-2008 u għalhekk l-applikazzjonijiet, għalkemm intlaqgħu fl-aħħar xhur tal-istess sena, bdew jiġu pproċessati fl-2009.
Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet u ċentri qed isiru l-walking and jogging clubs tal-Kunsill Malti għall-Isport u kemm parteċipanti pparteċipaw sena b’sena f’dan il-programm?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-programm imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie introdott fl-aħħar tas-sena 2012.
Il-lokalitajiet u ċentri flimkien mal-għadd ta' parteċipanti fl-2013 huma kif ġej:
Kumpless Sportiv, Kirkop 578 parteċipant
Skola Sekondarja Subien, Kulleġġ San Injazju, Ħandaq 323 parteċipant
Skola Sekondarja Subien, Kulleġġ Santa Margerita, Bormla 291 parteċipant
Skola Sekondarja Subien, Kulleġġ Maria Regina, Mosta 738 parteċipant
It-total ta' parteċipanti fl-2013 kien 1930.
Darba fil-ġimgħa jkun hemm coach li jgħin lill-parteċipanti biex jagħmlu programm ta’ taħriġ personalizzat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi hemm u li kienu offruti mill-Gvern għall-isportivi elite mill-2008 sal-lum u kemm fl-istess perijodu bbenefikaw minnhom atleti sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-atleti elite jingħataw għajnuna mill-Kunsill Malti għall-iSport li tgħaddi assistenza finanzjarja lill-Kumitat Olimpiku Malti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji dwar skemi oħra li bbenefikaw minnhom atleti elite.
Billi biċċa art sostanzjali f'Buġibba/il-Qawra li kienet għaddiet għand il-Kunsill Malti għall-Isport issa ġiet mgħoddija lura lill-Gvern, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif hu maħsub li tiġi użata din l-art? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq din l-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni tal-Gvern hija li din l-art tintuża b’mod komprensiv għal skop sportiv, soċjo-edukattiv u attività kummerċjali. Il-pjanijiet qed jigu evalwati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-fondi li għandha l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), lokal lokal f'dak li hu UIF, jew fondi oħra li joriġinaw minn ħlasijiet minn min ikun se jagħmel xi żvilupp f’lokalità partikolari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru spezzjonijiet fuq il-biċċeriji privati li għandna f'Malta matul is-sena li għaddiet? Jista' jagħti wkoll informazzjoni dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru fuq il-biċċeriji tal-Gvern, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Min hu responsabbli li jagħmel dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kontrol veterinarju jsir kull meta tkun ser issir xi qatla. Fil-każ tal-biċċerija ta’ Malta l-qatla sseħħ kuljum, filwaqt li fil-biċċerija ta’ Għawdex l-qatla sseħħ darba fil-ġimgħa. Fil-każ ta’ biċċeriji privati tat-tjur, li jinsabu kollha f’Malta, din issir kuljum u fil-każ tal-biċċeriji privati tal-fniek il-qatla ssir kull nhar ta’ Tnejn u Tlieta.
Ninsab infurmat ukoll li t-Tobba Veterinarji flimkien ma’
Veterinary Support Officers
huma responsabbli għal dawn il-kontrolli u f’kull każ ikun hemm il-preżenza ta’ uffiċjal veterinarju.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm saru rapporti ta' vandaliżmu fuq is-siġar, lill-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħtu matul l-2013?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm tlett każi ta’ vandaliżmu fuq siġar li ġew rrappurtati lill-Pulizija mid-Dipartiment tal-Parks.