Legislature:
Category:
Reset
Active:

Community Service Orders

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2925, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ngħatat Community Service Order fl-2013, fejn twettqu dawn is-sigħat ta' xogħol u x’tip ta’ xogħol sar biex jiġu osservati dawn is-sentenzi mogħtija mill-Qorti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul is-sena 2013, il-Qorti ordnat 2,450 siegħa xogħol fil-komunita permezz ta’ 31 każ ta’ Community Service Order u Combination Order, taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tal-Probation u l-Parole. Ix-xogħol ġie allokat skont din il-lista: Numru ta’ każijiet Entitatijiet ikkonċernati Xogħol 8 Entitajiet non governattivi Xogħol ta’ manutenzjoni, għajnuna fil-kċina u għoti ta’ taħriġ 7 Kunsilli lokali Xogħol ta’ manutenzjoni, tisbieħ ta’ ġonna, data inputting u filing 4 Kulleġġi Xogħol ta’ manutenzjoni u tindif 3 Entitajiet tal-Knisja Xogħol ta’ manutenzjoni u tindif 8* / / 1** / / * Dawn il-persuni qed jiġu ppreparati sabiex jiġu allokati x-xogħol ** Din il-persuna ġiet iddenunzjata qabel inbeda x-xogħol
Leg 12 PQ #7030 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6365 u jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum f'kull uffiċċju ta' kull dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm inxtraw oġġetti li ddaħħlu fl-inventarji rispettivi u kemm kien il-valur tagħhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-inventarji updated ta' kull sezzjoni jew uffiċċju ta' kull dipartiment?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7031 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6378 u jgħid mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien il-ħlas f'overtime lill-impjegati f'kull dipartiment u entità separati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont l-ammont ta' overtime li tħallas kull xahar għal kull dipartiment u entità?

Response (REFALO, ANTON)

Bhalma kienet il-prassi ghal mistoqsijiet simili fil-legislatura li għaddiet, ma nħossx li għandi nuza r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.

Bdil ta’ post – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta’ post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat sabiex tpartat il-post tal-Gvern fejn tgħix nhar l-20 ta’ Marzu, 2013 u l-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija. L-Awtorita’ tad-Djar preżentament għandha 394 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għanda s-saqaf tad-dar perikoluż?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, diġà saret spezzjoni fuq il-post u ġiet miġbura stima tax-xogħol neċessarju mit-tekniċi tal-Awtorita’. Il-każ qiegħed fil-lista ta’ priorita’ sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.

Kont tad-dawl – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha l-kont tad-dawl żbaljat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS Ltd għamlet kuntatt mal-klijent sabiex nivverifikaw il-qari tal-meters meħudin direttament mis-sistema ma’ dawk li kellu l-klijent f’idejh. Wara li ġew evalwati dawk tal-konsumatur, il-kont eżistenti ġie rivedut bil-qari li tana hu stess. Kont ġdid inħareġ u ntbagħat lill-konsumatur.

Transport Malta – Arranġamenti ta’ linji fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna li jsiru xi arranġamenti dwar lines tat-triq u kull meta jitkellem mal-kunsill, jgħidlu li kollox jinsab għand Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-kunsill lokali jew mill-individwu kkonċernat relatata ma’ sinjali taż-żebgħa fit-triq u li għaliha qed jagħmel referenza fil-mistoqsija tiegħu.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qalulu li se jmexxu fuq ix-xogħol tad-drain?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fil-blokk fejn ġew irraportati l-ħsarat u ġiet miġbura stima tax-xogħol neċessarju mit-tekniċi tal-Awtorità. Il-każ qiegħed fi stat avvanzat sabiex jiġi ingaġġat kuntrattur biex jagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Leg 12 PQ #7042 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ direct orders

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7045 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Ta’ min jgħid li fir-rigward ta’ Transport Malta qed ngħati l-informazzjoni ta’ dak li jiena infurmat li nstab sa issa. Fuq insistenza tiegħi għadhom għaddejin ir-riċerki sabiex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onor. Interpellant u f’każ li jinstabu xi varjazzjonijiet dawn jiġu ippubblikati. L-informazzjoni mogħtija mill- GHRC tmur lura għas-sena 2009 minħabba l-fatt li din il-korporazzjoni twaqqfet f’din is-sena.
Leg 12 PQ #7047 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' direct order

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #7072 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-Nutara — uffiċċju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6684 u jgħid għalfejn b'ittra mibgħuta lill-Kunsill tan-Nutara ittermina l-kirja tal-post li kienet qed jiġi użat minn dan l-istess Kunsill għal dawn l-aħħar 25 sena? X'kien l-użu pubbliku li ġie riferit għalih fit-termination letter?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Notarili għadu jwagdi l-krija tal-fond li għandu.
Leg 12 PQ #7073 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-Nutara — uffiċċju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6685 u jgħid għalfejn ma kkonsultax mal-Kunsill tan-Nutara qabel ma bagħat l-ittra fejn ittermina l-kirja tal-uffiċċju tal-istess kunsill?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7072.
Leg 12 PQ #7074 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proprjetà jew art tal-Gvern – Trasferiment lil NGOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6617 u jelenka t-trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs fil-leġiżlatura li għaddiet bi kwalsiasi titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs fil-leġiżlatura li għaddiet bi kwalsiasi titolu.
Leg 12 PQ #7075 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proprjetà jew art tal-Gvern – Trasferiment lil NGOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6618 u jelenka t-trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs bejn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza bi kwalsiasi titolu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs bejn Marzu 2013 sal-lum kwalsiasi titolu.
Leg 12 PQ #7076 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proprjetà jew art tal-Gvern – trasferiment lil NGOs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6635 u jelenka t-trasferiment tal-artijiet jew proprjetà tal-Gvern li saru lill-NGOs permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari fl-aħħar leġiżlatura, inkluż data, lil min ingħataw u x’proprjetà kellhom? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal-leġiżlatura 2003-2008?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7077 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Proprjetà pubblika – guardianship deeds

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-guardianship deeds kollha li saru mill-Gvern dwar art jew proprjetà pubblika fl-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti dettalji ta' dati, lil min saru u dwar liema art?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali li fl-aħħar leġiżlatura saru ħames Atti ta’ Kurazija (Guardianship Deeds). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.