Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-vot ta’ Eko-Għawdex għas-sena 2014? Jista’ jgħid xi proġetti u inizjattivi huma maħsuba li jsiru matul is-sena 2014 permezz ta’ dan il-vot?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab nfurmat li l-vot imsemmi jammonta għal €1,410,000. Jiena nfurmat ukoll illi hu ppjanat li jitkomplew proġetti mibdija u jinbdew oħrajn ġodda fil-qafas ta’ l-erba’ pilastri tal-Viżjoni Eko-Għawdex; li huma l-Ekonomija, l-Ambjent, l-Iżvilupp Soċjali u l-Kultura u l-Identità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — skemi ta' rtirar kmieni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-Segretarjat privat tagħha, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandniex persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — skemi ta' rtirar kmieni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni Għas-Servizzi tal-Ilma għandha seba’ persuni li bbenefikaw mill-iskemi msemmija. Dawn il-persuni ġew ingaġġati fis-sena 2012.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — skemi ta' rtirar kmieni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-Segretarjat privat tagħha, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat privat tal-Minsiteru, dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru hemm żewġ impjegati li ħadu skemi ta’ rtirar kmieni, wieħed mill-Airmalta u ieħor mit-Tarzna.
Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-viżjoni tagħha għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja u kif dawn se jkunu differenti miċ-Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhux jingħataw fil-pajjiż u se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhumiex aċċessibbli fil-komunitajiet u issa se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li jkun hawn Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja madwar Malta u Għawdex? Kemm se tkun iż-żieda fin-numru ta’ Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja meta mqabbel man-numru ta’ Ċentri Aċċess?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm hemm li għandhom sentenza ta’ aktar minn 10 snin? Kemm mir-residenti huma reċidivi? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawk li huma reċidivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sal-lum għoxrin ta’ Jannar 2014 hemm sitt mija u tletin (630) resident fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Mija, seba’ u tletin (137) minnhom qed jiskontaw sentenza ta’ aktar minn għaxar snin priġunerija. Mitejn, erba’ u disgħin (294) residenti huma reċidivi u l-persentaġġ huwa dak ta’ sitta u erbgħin (46%).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ abbuż fuq tfal li tressqu l-Qorti dawn l-aħħar ħames snin(kull sena)? X’tip ta’ kura tingħata l-ħatja biex dan ma jerġax isseħħ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Persuni akkużati b’każijiet ta’ abbuż fuq tfal li tresqu l-Qorti u daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej:
Sena
Persuni
2009
12
2010
12
2011
9
2012
10
2013
8
Minħabba t-telqa totali li kien hemm il-ħabs taħt l-amministrazzjoni preċedenti, terapija fuq bażi individwali li tindirizza din l-imġieba kienet qajla tingħata u l-attivitajiet issa qed jinbidlu u se jiġu ingaġġati aktar psikologi biex dan is-servizz ikun estiż u jkunu jistgħu jibbenefikaw minnu izjed prigunieri milli kienu fil-passat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru breast implants operations f’Malta dawn l-aħħar ħames snin? Hemm xi ħsieb li jiddaħħal reġistru biex dan ikun magħruf?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tan- National Hospital Information System mid-Direttorat ta’ l-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka, in-numru ta’ operazzjonijiet ta’ breast implants u breast augmentation li saru fis-sptarijiet (li jinkludi żewġ sptarijiet privati ewlenin) f’dawn l-aħħar tlett snin minn meta din l-istatistika bdiet tinġabar minn sptarijiet privati ukoll, jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’ Operazzjonijiet ta’
breast implants
u
breast augmentation
2010
265
2011
287
2012
331
Infurmat ukoll li l-entitajiet fejn jinsabu t-teatri rispettivi tal-operazzjonijiet fejn isiru dawn il-proċeduri jżommu reġistri għal breast implants li jkunu intużaw. Għaldaqstant m’hemmx reġistru wieħed uniku li jidduplika dawk tal-entitajiet rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema skejjel ingħata s-servizz tal-after school fis-sena 2012/2013? X’attivitajiet twettqu fil-ħin ta’ wara l-iskola? Kif jista’ ġenitur japplika, biex uliedu jkunu jistgħu jingħataw dan is-servizz?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi qed tagħti dawn is-servizzi wara l-ħin tal-iskola:
Klabb 3-16 f’dawn l-iskejjel Primarji tal-Istat: Malta: Mosta, Qormi, San Pawl il-Baħar, Luqa, San Ġwann, B’Kara, Fgura, Żurrieq, M’Scala, Naxxar, Ħamrun, Mellieħa, Żebbuġ, Pembroke, Rabat, Żabbar, Attard, Siġġiewi.
Għawdex: Ir-Rabat u x-Xagħra.
Klabb 3-16 huwa servizz ta’ kura u appoġġ għat-tfal ta’ bejn it-3 snin u s-16-il sena. L-attivitajiet li jsiru huma għajnuna fil-home work u attivitajiet rekreattivi bħal logħob, crafts, story telling u oħrajn. Il-ġenituri jistgħu jmorru saċ-ċentri sabiex jirreġistraw lil uliedhom hemmhekk u jibdew jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Is-servizz Nwar ingħata minn dawn l-iskejjel primarji: Bormla, Kirkop, Paola 'B', Qormi San Ġorġ, San Gwann 'B', Naxxar, Rabat 'B', B’Kara, Żejtun 'B' u Skola Sekondarja tas-Subien, Rabat, Għawdex.
Is-servizz Nwar huwa programm ta’ għajnuna lit-tfal li għandhom diffikultajiet sabiex jitgħallmu jaqraw u jiktbu bil-Malti u bl-Ingliż. Il-ġenituri flimkien mal-iskola japplikaw għal dan is-servizz.
Is-servizz ta’ Klabb Naħla ingħata minn dawn l-iskejjel primarji: Isla, Bormla, Żabbar B, Kirkop, Għaxaq, Ħamrun GP, Floriana, Pieta, Qormi San Ġorġ, Siġġiewi, Qormi San Bastjan, San Ġwann B, Sliema, Mellieħa, Rabat, Sta Venera.
Qed jingħata wkoll f’dawn iċ-ċentri: Paulo Freire Institute, Qawra Aċċess, Marsa Local Council, Valletta Aċċess.
Dan is-servizz qed jagħti għajnuna lit-tfal fl-iskola primarja li ġejjin minn backgrounds żvantaġġjati. L-iskola jew l-Aġenzija Appoġġ permezz tas-social workers jirreferu t-tfal għal dan is-servizz.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet pendenti fil-Victim Support Malta? Kemm hemm każijiet qed jistennew li jingħataw għajnuna professjonali mill-avukat ta’ din l-għaqda? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa qed jaħdem dan l-avukat? X’għandu wieħed jagħmel biex jingħata servizz mill-Victim Support Malta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninfoma lill-Onor. Interpellant l-Victim Support Malta hija għaqda mhux governattivi li toffri informazzjoni u appogg lill-vittmi tal-kriminalita'. L-iStat jixtri parti mis-servizz li toffri l-Victim Support Malta permezz ta' fondi mill-VO fund.
Bhalissa il-Victim Support Malta ghandha 14
active files
. M'hemm l-ebda kaz pendenti, fis-sens li ma hemm hadd li talab l-ghajnuna li huwa eligibbli u li m'huwiex qieghed jigi assistit, sakemm dan ma jkunx talab huwa jew hija stess li l-ghajnuna tigi sospiza jew posposta, jew inkella jkun jixtieq ghajnuna izda ma jkunx eligibbli ghaliha ( cioe' ma jkunx vittma ta' kriminalita', jew ikun diga' jkun qieghed jigi assistit minn terzi b'dan li jkun hemm lok ta' ksur ta' etika jekk is-servizz jinghata). Is-servizz ta' taghrif legali jinghata minn avukat fuq bazi volontarja. Il-Victim Support Malta timpjega avukat ghal 12-il siegha fil-gimgha, pero' ghalkemm jinzerta li din hi avukat, ix-xoghol tagħha mal-VSM huwa ta' direttrici u għaldaqsant m'huwiex ir-rwol tagħha li direttament toffri assistenza jew informazzjoni legali lill-vittmi. Hemm 2 persuni jistennew li jinghataw għajnuna jew informazzjoni legali. Biex wiehed jingħata servizz mill-Victim Support Malta, għandu jcempel 21228333 jew jibgħat email fuq coordinator@victimsupportmalta.org.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rraportati s-sena l-oħra u f’liema lokalitajiet twettqu dawn ir-reati? X’tip ta’ reati twettqu f’kull lokalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi r-rejati li ġew irrapurtati lill-Pulizija matul is-sena l-oħra, klassifikati bil-lokalita skont il-Kunsilli Lokali u t-tip ta’ rejat irrapurtat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6641 tal-11-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-regoli dettaljati dwar il-kontenut tal-accounts li jridu jinżammu mill-Organizzazzjonijiet Volontarji? Kemm-il audited account saru mill-Kummissjoni minn mindu twaqqfet u liema għaqdiet ġew audited?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li din il-mistoqsija Parlamentari għandha tingħata lill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.