Strateġija nazzjonali kontra l-obeżità — implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Ottubru u Novembru 2013 fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali kontra l-obeżità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Kif ġie spjeġat fil-mistoqsija Parlamentari 5759 u 4180, il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed imexxi il-programm nazzjonali kontra l-obeżita skond is-Strateġija Nazzjonali għal Malta “Piż tajjeb tul il-ħajja”. Il-Ministeru qiegħed ikompli joffri edukkazjoni dwar id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku fuq il-medja kif ukoll pemezz ta’ attivitajiet fil-komunita, skejjel u postijiet tax-xogħol u ma gruppi u kommunitajiet differenti.
Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-mard jorganizza klassijiet tal-aerobika u klassijiet tal- “weight management”. 380 persuna bbenifikaw minn dawn is-servizz matul Ottubru u Novemberu 2013.
Il-membri tad- Direttorat ipparteċipau fuq basi regolari f’ programmi fuq ir –radju u t-televiszjoni. Fuq ir-radju inkunu fuq programmi f’medja ta ħames darbiet fil-ġimgħa fuq l-akbar stazzjonijiet.
Il-membri tad-Direttorat ħadu sehem f’dawn l-attivitajiet fil-kommunita fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru bil-għan li n-nies ikunu aktar infurmati fuq id-dieta bilanċjata u l-eżerċizzju fiziku.
Freshers Day at Skola Giovanni Curmi
Freshers’ Week MCAST
Notte Bianca
Festa Skalin
Health Fest – il-Belt Valletta
Mater Dei- ġimgħa ta’ attivitajiet għall-impjegati
Arthritis day
Żumba Evening għall-Dar tal-Providenza ma’ RTK
Mixja għall kanċer
Żebbugfest
ICT Day l-Universita ta’ Malta
Vivanda activity f’Baystreet
Breastfeeding Seminar għall-nisa tqal u nisa bit-tfal zgħir
Seminar għall-profesjonisti tal-Aġenżija Sapport
Seminar għall-tfal u genituri ta’ Inspire
Participazjoni ma’ Foundazjoni Mapfre dwar attivita għat-tfal fl-iskejjel
Saru presentażżjonijiet lill- nies ta’ Qrendi, Attard, Zejtun, Dingli
Saru presentażżjonijiet għall-ħaddiema ta’ Go, Melita, Actavis, MEPA
Kompliet kampanja nazzjonali fuq ir-radju dwar il-qis tal-porżjon tal-ikel bil-għan li jitnaqqas il-qis tal-porżjon.
Il-membri tad -Direttorat jagħtu pariri fuq it-telefon dwar id-dieta u l-piż żejjed. Jagħmlu ukoll konsultazzjonijiet lill-persuni li ikollhom bżonnijiet speċjali.
Id-Direttorat kellu delegazzjoni minn konsulenti mill-Olanda u Franzja biex jgħinu fit- tfassil ta l-istudju nazzjonali dwar il-konsum ta l-ikel fost il-poplu malti. Dan ġie inffinanzjat mill-Għaqda Dinija tas-Saħħa.
Kompla x-xoghol fuq il-“Food and Nutrition Action Plan”
Jista' l-Ministru jagħti rendikont x’sar bejn Ottubru u Novembru 2013 fl-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tal-kanċer?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l- Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer qiegħed jiġi mwettaq skont action plan li kien approvat qabel ma’ l-Pjan kien mniedi fl-2011.
F’Ottubru u Novembru 2013:
1. Ġew Malta l-esperti Franċiżi sabiex jagħmlu proġett ta’
mid-term evaluation
tal-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer. Bejn il-19-20 ta’ Novembru huma ltaqgħu ma’ ħafna persuni li huma responsabbli mill-implementazzjoni ta’ numru ta’ miżuri f’dan il-Pjan. Kellhom ukoll laqgħa ma’ rapreżżentanti ta’ pazjenti u għaqdiet tal-pazjenti tal-kanċer u organizazzjonijiet volontarji li jaħdmu fis-settur.
2. Il-programm nazzjonali tal-iscreening għall-kanċer tal-musrana l-kbira li kien tnieda tard fl-2012 issa qed joppera b’mod regolari u jistieden persuni residenti f’Malta li għandhom minn 60 sa 64 sena eta’. Sa Novembru ġew mistiedna l-fuq minn 16,000 persuna biex jipparteċipaw fil-programm u 41% (6661) minhom aċċetaw din l-istedina. L-fuq minn 200 persuna kellha l-ewwel screening test b’riżultat pożittiv u dawn kollha ġew irreferuti għal colonscopy. S’issa, kanċer tal-musrana l-kbira nstab fi 15 il-persuna.
3. Il-programm ta’ prevenzjoni għal-kanċer tal-għonq ta’ l-utru permezz ta’ tilqim ta’ kontra l-infezzjonijiet tal-Human Papilloma virus (HPV) mixi tajjeb. Tfajliet mwielda fl-2000 u 2001 qegħdin jiġu mistiedna sabiex jattendu għal dan it-tilqim li qed jingħata mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Sa l-aħħar ta’ Novembru, 3222 il-tfajla gew mistiedna sabiex jibdew il-kors ta’ tlett tilqimiet. Minn dawn, 2538 ħadu l-ewwel tilqima, 2232 ġa ħadu wkoll it-tieni tilqima (wara xahar mill-ewwel tilqima), filwaqt li 966 temmew il-kors peress li ħadu wkoll it-tielet tilqima (sitt xhur wara t-tieni tilqima).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu outdoors gyms mill-2008 sal-lum u x’inhu l-pjan tal-Gvern f’dan ir-rigward?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li mill-2008 sal-lum infetħu sitt outdoor gyms li jinsabu f'Ta' Qali, Ħal Qormi, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, is-Siġġiewi u fil-ġonna tal-President f'Ħ'Attard.
Il-Gvern bi ħsiebu jkompli jiftaħ aktar minn dawn il-faċilitajiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għaqda sportiva qed jużaw faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-istat, liema huma l-għaqdiet sportivi u liema huma l-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu numru ta’ ftehim mal-Kunsill Malti għall-Isport dwar l-użu ta’ faċilitajiet sportivi fl-iskejjel. Dawn jinkludu tmienja u għoxrin (28) skola Sekondarja u Primarja, kif ukoll il-Higher Secondary tan-Naxxar. Il-lista ta’ dawn l-iskejjel u tal-għaqdiet sportivi li jużaw dawn il-faċilitajiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klabb tal-futbol sarilhom grawnd ġdid permezz ta’ għajnuna mill-Kunsill Malti għall-Isports (KMS) u mill-Malta Football Association (MFA) mill-2008 ‘l hawn u liema huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Gvern għandu kuntratt mal-MFA u hija l-MFA li tagħżel liema grawnds jiġu rranġati
Jista’ l-Ministru jgħid sena b'sena kemm kienu vvutati flus minn meta tnediet l-iskema għal turiżmu sportiv, kemm ibbenefikaw għaqdiet, u kemm ġabu bed nights?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhuma l-pjanijiet tal-Ministeru, jew ta’ xi entità li taqa’ taħtu, rigward il-bajja tax-Xemxija? Xi proposti konkreti hemm bħalissa għal dak li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ dawn l-inħawi? X’tip ta’ konsultazzjoni saret s’issa u ma’ liema entitajiet lokali, jew nazzjonali saret il-konsultazzjoni? X’kienu s’issa r-reazzjonijiet li kien hemm għal dawn l-istess proposti? Minn min saru r-rappreżentazzjonijiet li saru s’issa?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet għal dan l-iżvilupp għadhom fi stadju prematur u għaldaqstant wieħed ma jistax jasal għal xi konklużżjonijiet.
Il-pjan tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta hu li tiġi żviluppata bajja bir-ramel li jkollha l-faċilitajiet kollha sabiex tiġi operata fuq livelli paralleli ma’ dawk Blue Flag, bl-għan primarju hu li l-proġett joħloq riġenerazzjoni taz-zona.
L-Awtorità ikkonsultat b’mod dirett mal-entitajiet konċernati ma’ żvilupp ta’ dan it-tip. Saru wkoll xi laqgħat mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u hemm il-ħsieb li ssir ukoll konsultazzjoni mal-Kumitat Nazzjonali dwar iż-żoni turistiċi. Il-konsultazzjoni mistenija titwessa’ la darba l-Environment Impact Statement (EIS) jkun wasal biex jiġi finalizzat.
L-Awtorità trid tassigura li l-iżvilupp ma jkollux impatt ambjentali negattiv u li jkun wieħed vijabbli u sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha l-apparat li hemm fil-water park ta’ Buġibba għadu espost għall-elementi, meta l-faċilità issa ilha magħluqa numru ta’ xhur? X’tip ta’ maintenance qed isir fuq dan l-istess apparat u minn min?
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u d-9 ta' Jannar 2014?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u d-9 ta' Jannar 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u d-9 ta' Jannar 2014?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu l-programm ta’ xogħol fit-toroq li mistenni jinbeda/jitlesta matul l-2014? F’liema lokalitajiet hu mistenni li jsir dan ix-xogħol? F’kull każ, individwalment, jista’ jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar meta hu mistenni li jitlesta l-istess xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie spjegat f’diversi tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari, il-Gvern beda biex jattwa dak li ġie imwiegħed fil-Manifest Elettorali, kif ukoll qiegħed fil-proċess biex imexxi ‘l quddiem il-proġetti skont il-prijoritajiet u dan wara il-ħafna laqgħat fosthom mal-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal l-ippjanar ta’ skola/skejjel ġodda fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jsiru l-applikazzjonijiet formali għal dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada għamlet it-talba lid-Dipartiment tal-Artijiet sabiex l-art tiġi esproprijata.
Transport Malta – vetturi bin-numru ta’ reġistrazzjoni barrani
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm vetturi bin-numru ta’ reġistrazzjoni barranija, li ġew maqbuda minn Transport Malta matul l-ewwel jiem tal-2014? Minn fejn inqabdu dawn il-vetturi? Kemm minn dawn il-vetturi kienu ta’ Maltin u kemm kienu ta’ barranin? Kemm mill-vetturi maqbuda kellhom jiġu rilaxxati lil sidhom? Fejn tpoġġew l-istess vetturi wara li nġabru minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi bin-numru ta’ reġistrazzjoni barrani li ġew maqbuda minn Transport Malta matul l-ewwel jiem tal-2014 kien ta’ 14. Dawn il-vetturi ġew maqbuda f’dawn il-lokalitajiet: St. Venera, Paola, San Ġiljan u tas-Sliema. Ħamsa minn dawn il-karozzi kienu ta’ Maltin, erbgħa minnhom ta’ barranin, u l-ħamsa l-oħra ta’ barranin b’ID card Maltija. Sal-lum l-ebda waħda minn dawn il-karozzi ma ġew rilaxxati lil sidhom. Dawn il-vetturi tpoġġew fil-compound ta’ Transport Malta l-Marsa.