Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7124 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

power station — environment impact assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Environment Impact Assessment (EIA) tal-power station il-ġdida li ġie ppreżentat lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja eletronika fuq CD tal-Environment Impact Assessment (EIA) tal-power station il-ġdida li gie pprezentat lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li ukoll tinstab fuq il-website tal-MEPA. Minhabba l-fatt li dan id-dokument huwa voluminuz , mhux possibli li jiġi ppreżentat bħala print-out.
Leg 12 PQ #7128 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Dar Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa, sena b'sena mill-2004 sal-2012, f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Malta fi Brussell? Jista' jagħti break down ta’ x’kien dan ix-xogħol, sena b’sena? Jista' jagħti rendikont ta’ kemm kien id-dħul, sena b'sena mill-2004 sal-2012, li sar għall-pajjiż permezz ta’ kirjiet ta’ sulari, eċċ. minn Dar Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #7129 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Dar Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa, sena b'sena mill-2004 sal-2012, f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Malta fi Brussell? Jista' jagħti break down ta’ x’kien dan ix-xogħol, sena b’sena? Jista' jagħti rendikont ta’ kemm kien id-dħul, sena b'sena mill-2004 sal-2012, li sar għall-pajjiż permezz ta’ kirjiet ta’ sulari eċċ. minn Dar Malta?

Response (VELLA, GEORGE)

Xogħlijiet ta' manutenzjoni f'Dar Malta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-MIMCOL ( Malta Investment Management Co. Ltd) li taqa' taħt il-portafoll tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żghar. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Deputat biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dar Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa, sena b'sena mill-2004 sal-2012, f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Malta fi Brussell? Jista' jagħti break down ta’ x’kien dan ix-xogħol, sena b’sena? Jista' jagħti rendikont ta’ kemm kien id-dħul, sena b'sena mill-2004 sal-2012, li sar għall-pajjiż permezz ta’ kirjiet ta’ sulari eċċ. minn Dar Malta?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għalkemm ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-UE qegħda fil-binja “Dar Malta” fi Brussell, l-ġestjoni tal-binja nkluz xogħolijiet ta’ manuntenzjoni mhijiex responsabilità ta’ dan il-Ministeru. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Korp tal-Pulizija — Banda tal-Pulizija - membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li jagħmlu fil-Korp tal-Pulizija l-bandisti tal-Banda tal-Korp apparti dak relatat mal-banda?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm weġibt diversi domandi fuq il-Banda tal-Puliizja bl-istess sens, nerġa ntenni li s-sehem tal-bandisti fil-banda tal-Korp tal-Pulizija, huwa parti zgħira mill-ħin tax-xogħol tagħhom, liema xogħol regolari tagħhom jagħmluh fid-Distrett jew Taqsima tal-Korp fejn dawn ikunu stazzjonati.

Korp tal-Pulizija — Banda tal-Pulizija – membri pajżana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ċittadini se jkunu ingaġġati mal-Banda tal-Pulizija? Jekk iva, x'se jkunu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Le din l-informazzjoni hija skoretta.

Okkażjonijiet uffiċjali – ikel mill-kċina tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-aħħar 10 snin kien hemm okkażjonijiet uffiċjali ta' ikla jew riċevimenti organizzati mill-Gvern fejn l-ikel kien imħejji mill-kċina tal-Korp tal-Pulizija? X'kienu dawn l-okkażjonijiet, jekk kien hemm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li ma hemmx rekords uffiċjali dwar dak li qed ikun mitlub f’din il-mistoqsija.

Korp tal-Pulizija – transfers – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fis-27 ta' Ġunju 2013, fost l-għexieren ta' transfers li ngħataw fil-Korp tal-Pulizija kien hemm transfer ordnat biex pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jiċċaqlaq mill-SAG fejn kien stazzjonat iżda iktar tard filgħaxija fl-istess jum dan it-transfer ġie revokat u dan mar lura l-SAG? Għaliex ingħata trattament preferenzjali?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija Parlamentari 3318 fejn diġa spjegajtlu li ma kien hemm l-ebda transfers fis-27 ta’ Ġunju 2013 u għalhekk kien informat hażin. Jekk irid l-Onor. Interpellant nerġa nfakkru kemm għamel transfers l-Gvern preċendenti xahrejn qabel l-elezzjoni ġenerali.

Korp tal-Pulizija – xogħol ta’ waiter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Pulizija kien obbligat iservi ta’ waiter waqt l-ikla li saret filgħaxija l-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 ġewwa l-Palazz tal-Girgenti għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra ġie nformat ħażin. Ħadd ma kien obbligat jaħdem fil-palazz tal-Girgenti fis-27 ta’ Ġunju 2013. Qed ninnota li l-Onorevoli Interpellant kien infurmat hażin fuq diversi affarijiet li skond hu ġraw fis-27 ta’ Ġunju 2013.

Tisjir ta’ ikel fil-Kċina tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ikel kollu għall-ikla li saret għal iktar minn 250 ruħ ġewwa l-Palazz tal-Girgenti għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija l-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 issajjar kollu fil-kċina tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u ġie servut bħala outside catering?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ikla imsemmija saret skond il-prassi li s-soltu jissajar l-ikel mill-Pulizija għall-avvenimenti barra l-kwartieri, l-istess prassi li kienet tintuża taħt il-Gvern preċedenti għall-avvenimenti simili.

Billboards

Question

Peress illi l-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura ddikjara kemm-il darba pubblikament illi permezz ta’ Transport Malta se jagħti prijorità lis-sigurtà fuq it-toroq, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu jew se jieħu fir-rigward tal-billboards li l-Gvern Laburista tella’ dan l-aħħar biex jirreklema l-baġit jekk jinsab li dawn ittellgħu bi ksur tal-Guidelines of the Safe Placing of Billboards li jinsabu fl-iskeda tal-Avviż Legali 368 tal-2004?

Response (MIZZI, JOE)

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 6263, Transport Malta ser tistenna lill-Onorevoli Interpellant sabiex jgħidilna fejn jinsabu dawn il-billboards tal-baġit li għalihom qed jirreferi. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preżenti sa mill-bidu nett ħa ħsieb li jagħti prijorita’ lis-sigurta’ fuq it-toroq tagħna u hija ferm inkwetanti li l-istess interpellant mhux konxju ta’ dak kollu li qiegħed isir f’dan il-qasam.

Coaches minflok articulated buses – apparat ta’ sigurtà

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari 4642 u 5612, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex ma jridx jagħti l-informazzjoni mitluba? Il-Ministru ma jaqbilx illi din l-informazzjoni hija fl-interess tal-poplu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onore. Interpellant li fl-isfond tal-iżviluppi li kien hemm dan l-aħħar f’dak li jirrigwarda s-servizz tat-trasport pubbliku, m’għandi xejn iktar x’inżid ma’ dak li diġa ntqal.

articulated buses — Rapporti tekniċi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5611, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex ma jridx jagħti l-informazzjoni mitluba? Il-Ministru ma jaqbilx illi din l-informazzjoni hija fl-interess tal-poplu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant m’għandi xejn iktar x’inżid ma’ dak li diġà ntqal fuq dan is-suġġett.

Coaches minflok articulated buses – apparat ta’ sigurtà

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5612, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex ma jridx jagħti l-informazzjoni mitluba? Il-Ministru ma jaqbilx illi din l-informazzjoni hija fl-interess tal-poplu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-isfond tal-iżviluppi li kien hemm dan l-aħħar f’dak li jirrigwarda s-servizz tat-trasport pubbliku, m’għandi xejn iktar x’inżid ma’ dak li diġa ntqal.

San Pawl il-Baħar – rotot tal-karozzi tal-linja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4695, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-polza li qed jagħmel referenza għaliha fir-risposta tiegħu? Meta se tiġi konkluża r-reviżjoni tal-polza eżistenti? Id-diversi stakeholders involuti, bħall-kunsilli lokali, il-komunità kummerċjali ta’ kull lokalità, eċċ., ġew ikkonsultati? X'kien il-feedback tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onorevoli Interpellant iħobb jagħmel referenza għall-kliem li jien ma nkunx għidt jew għall-affarijiet li jkunux saru. Dan ma nafx jagħmlux bi żvista u għalhekk ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4695 ma ssemmiet l-ebda polza. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.

Residential Parking Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ġiet sospiża r-Residential Parking Scheme minn diversi lokalitajiet qabel il-Ministru lesta r-reviżjoni tal-polza eżistenti?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li kien hemm tlett parking schemes li ġew sospiżi din is-sena fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, f’Tas-Sliema u fin-Naxxar. L-iskema li ġiet introdotta f’parti mix-xatt ta’ San Pawl il-Baħar ġiet sospiża għax ma kinitx approvata. L-iskema li ġiet introdotta fiż-żoni residenzjali tas-Sliema ġiet sospiża għax irriżulta li din ġiet inkluża skont avviż legali mingħajr ma sar il-perjodu ta’ prova hekk kif kien stipulat fl-approvazzjoni oriġinali, għax ma kienx hemm qbil mal-entitajiet kollha skont l-approvazzjoni oriġinali, u għax tali skema ġiet implimentata snin wara li kienu nħarġu l-approvazzjonijiet oriġinali fis-snin 2006 u 2008 fejn tali approvazzjonijiet kienu bbażati fuq studji li m’għadhomx applikabbali għax-xenarju tat-traffiku li hemm f’tas-Sliema illum il-ġurnata. L-iskema li ġiet introdotta fin-Naxxar ma ġietx ikkonfermata bħala permanenti għax fil-perjodu ta’ prova rriżulta li kien hemm oġġezzjonijiet mir-residenti u mill-entitajiet kummerċjali, għaldaqstant il-kundizzjoni tal-permess għal perjodu ta’ prova, li tgħid li jrid ikun hemm tali qbil, ma ġietx sodisfatta.
Leg 12 PQ #6488 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, f’Ottubru u Novembru 2013, kategorija b’kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru f’Ottubru ta’ din is-sena fl-Isptar Mater Dei jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn l-operazzjonijiet huma mqassmin skont l- BUPA Hospital Category. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni għax-xahar ta’ Novembru ghadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #6489 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet, xahar b’xahar, bejn f’Ottubru u Novembru 2013, konsulent b’konsulent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-Surgical Operations Register tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ operazzjonijiet li saru f’ Ottubru u f’ Novembru 2013, konsulent b’konsulent, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6490 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei, f’Settembru, Ottubru u Novembru 2013? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6491 Sitting 109 2014-01-20 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta f’Settembru, Ottubru u f’Novembru 2013? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti mibgħuta għall-kura barra minn Malta huwa kif imniżżel fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Il-Gvern Malti għandu trattat ma' dak Ingliż li fih jiġu ikkurati 180 pazjent fis-sena li għalihom ma jitħallasx kont. It-total tas-somma tal-pazjenti, oltre 180 pazjent, li għalihom li l-Gvern iħallas kont tasal minn kull sptar u mhux ghal kull inidvidwu. Kontijiet minn sptarijiet li fihom ġew trattati pazjenti għat-tlett xhur imsemmija għadhom dehlin. L-Isptarjijiet li fihom jintbagħtu dawn il-Pazjenti huma: L-Ingilterra Great Ormond Street Hospital, London Moorfields Eye Hospital, London The National Hospital for Neurology and Neurosurgery, London Royal National Orthopaedic Hospital, London and Stanmore Nuffield Orthopaedic Centre, Oxford University College Hospital, London Royal Hallamshire Hospital, Sheffield Manchester Royal Infirmary, Manchester St Bartholomew’s Hospital, London Royal London Hospital, London Royal National Throat, Nose and Ear Hospital, London St Mark’s Hospital, Middlesex Evelina Children’s Hospital, London Royal Marsden Hospital, London and Surrey Guy’s Hospital, London King’s College Hospital, London St Thomas Hospital, London Sussex Eye Hospital, Brighton Basingstoke and North Hampshire Hospital, Basingstoke Hammersmith Hospital, London Walton Centre, Liverpool Royal Free Hospital, London John Radcliffe Hospital, Oxford St George’s Hospital, London Queen Victoria Hospital, East Grinstead Addenbroke’s Hospital, Cambridge L-Italja Policlinico di Monza, Monza Cisanello, Pisa ISMETT, Palermo l-Iżvizzera Hopital Ophthalmique Jules Gonin, Lausanne