Legislature:
Category:
Reset
Active:

konsum ta' enerġija elettrika — settur domestiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6175 u jgħid kemm kien in-numru ta' households fis-sena 2012 fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku li kienu kklassifikati bħala: a) household ta' persuna waħda; b) household ta' żewġ persuni; ċ) household ta' tliet persuni; d) household ta' erba' persuni; e) household ta' ħames persuni; f) household ta' sitt persuni; g) household ta' aktar minn sitt persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

KMS – xiri ta’ laptops, tablets, mobiles u gadgets elettroniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops, tablets, mobile phones u gadgets elettroniċi oħra minn Marzu 2013 sal-lum fil-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ f'kull każ jgħid għal min inxtraw u kemm swew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Motorsport – artijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema artijiet qed jikkonsidra l-Gvern bħala trakka tal-Motorsport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li għadha ma ttieħdet l-ebda konsiderazzjoni ta' art sa issa f'dan ir-rigward.

KMS – persuni li siefru business class u economy class

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kien is-safar tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) minn Marzu 2013 sal-lum? Min siefer? X'kienet ir-raġuni tas-safar? X kienet in-nefqa f'kull każ? Dawk li siefru Business Class u dawk li siefru Economy Class segwew il-prassi tal-KMS fil-ħames snin li għaddew? Jekk ma segwewx din il-prassi għaliex ġara hekk? F'liema każijiet ma ġietx segwita din il-prassi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Bini ta’ Shooting Range

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6458, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jeskludi ukoll li hemm trattativi ma’ investituri Maltin li jista’ jkollhom ukoll interess barrani?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li f'dan l-istadju mhux qed isiru taħditiet ma' investituri Maltin.

logħbiet tat-Tazza tad-Dinja — Kummentarji

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le dak li kien rappurtat fil-media lokali fl-aħħar jiem li l-kummentarji tal-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja 2014 li se jixxandru fuq il-PBS se jsiru bil-lingwa Ingliża? Jekk iva, jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni u għal liema raġuni ttieħdet?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-PBS tikkonferma li l-kummentarji tal-Logħob tat-Tazza tad-Dinja 2014 ser jsiru bil-lingwa Ingliża, dan għaliex il-PBS daħlet f’kuntratt kummerċajli għas-64 logħoba, li jkopri wkoll il-kummentarji diretti mid-diversi postijiet fejn ser jintlagħbu l-partiti. B’differenza mis-snin preċedenti, din id-darba t-telespettaturi ser jkunu jistgħu jaraw il-logħob kollu tat-Tazza tad-Dinja, fuq l-Istazzjon Nazzjonali mingħajr ma’ jkollhom iħallsu ebda ħlas. Nittama li din d-domanda mhux qed issir minħabba kunflett ta’ interess.

MFA — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar mal-Malta Football Association (MFA) li għalih saret referenza fl-istqarrija tad-DOI numru 2823?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Ftehim li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6905 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li d-direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inklużi d-dipartimenti u d-direttorati fi ħdanu, matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — Lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, nirreferiha ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7046 fejn ġiet ippubblikata lista sħiħa ta’ Direct Orders li ingħataw mill-Ministeru tiegħi u l-entitajiet fi ħdanu minn Settembru 1998 sat- 8 ta’ Marzu 2013. Liema informazzjoni qiegħda wkoll terġa titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6909 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6377. L-informazzjoni mit-30 ta’ Novembru 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu msemmi ngħataw żewġ direct orders- lil Omnistat Ltd u lil Nexia Ltd.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — lokalitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema lokalitajiet huwa maħsub li jkun hawn Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja madwar Malta u Għawdex?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jinfetħu sitt ċentri tal-Iżvilupp Reġjonali. Mappa tar-reġjuni fil-mistoqsija parlamentari numru 6993.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — operat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sa meta se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja ppjanati? Tista’ tagħti rendikont sena b’sena liema ċentri se jkunu qed jiftħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tnedija taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja u ċ-ċentri ta’ Żvilupp Soċjali huma parti mill-proġett Leap . F'dan il-mument huma għaddejin in-negozjati finali ma’ l-awtorità amministrattiva tal-Fond soċjali Ewropew sabiex tkun tista’ titqiegħed fis-seħħ l-istruttura neċessarja sabiex il-proġett jibda jopera totalment. Ir-reklutaġġ tan-nies li se jaħdmu fi’ ħdan il-proġett se jibda dalwaqt u huwa mistenni sa l-aħħar ta’ Marzu ikollna l-istruttura kompleta. Wara dan il-pass iċ-Ċentri għal-Iżvilupp Soċjali se jibdew jiġu stabbilit, fejn l-ewwel prijorità huma r-reġjuni ta’ tramuntana u nofsinhar li jmissu mal-port, kif ukoll ir-reġjun tat-tramuntana; t-tieni prijorità se jkunu r-reġjuni ta’ Għawdex u r-reġjun tal-Punent u finalment ir-reġjun tax-Xlokk . Iċ-ċentri tar-Riżorsi tal-Familji se jiġu stabbiliti fit-tieni fażi ta’ żvilupp skont il-pjanijiet ta' azzjoni li se jiġu definiti mis-sħubijiet li se jiffurmaw ċ-Ċentri għall-IŻvilupp Soċjali . Il-Pjan finali huwa mistenni li jkun finalizzat fl-aħħar tas-sena kurrenti .

Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja – fondi għat-twaqqif

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jiġi allokat fondi għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja? Kemm minn dawn il-fondi huma fondi Ewropej?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-proġett huwa li jintużaw ir-riżorsi li diġa qegħdin preżenti fil-lokalitajiet differenti u għalhekk m’huma ħa jintefqu l-ebda fondi f’dan ir-rigward.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma u kemm se jiġu impjegati ħaddiema professjonali sabiex joperaw is-servizz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel prijorità huma ċ-Ċentri għall-Iżvilupp Soċjali fejn se jkun hemm tim ċentrali ta' tliet persuni: Uffiċjal għall-Iżvilupp Komunitarju u żewġ esperti tekniċi relatati mal-kompetenzi dwar xogħol soċjali. Iċ-Ċentri tar-riżorsi tal-Familja se jkun tim transdixxiplinarju li se jinkludi l- professjonisti meħtieġa biex ikopru l-bżonnijiet meħtieġa . Huwa mistenni li l-ħidma ta’ dawn iċ-ċentri se tkun prinċipalment koperta minn ‘public social partnerships’ ( ftehim ma' NGOs jew istituzzjonijiet oħra ta' solidarjetà soċjali) jew sħubijiet pubbliċi ma’ Ministeri oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — rapporti

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-rapporti, studji, pjanijiet u strateġiji jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’mudell ta’ Public-Social Partnership se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Liema servizzi se jingħataw permezz ta’ dan il-Public-Social Partnership?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell tas-sħubija pubblika-soċjali li se tintuża se tkun mudell Malti. Dan ifisser li wara l-analiżi li saret ta’ mudelli differenti u esperjenzi rispettivi, ġie żviluppat mudell Malti. Is-servizzi pprovduti miċ-Ċentri għal-riżorsi tal-Familja se jkunu diversi u b'konformità mal-bżonnijiet tal-komunita.
Leg 12 PQ #7014 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kmamar tan-nar — permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess li jikkonċerna l-ħruġ ta' permessi għall-kmamar tan-nar differenti? Liema huma l-kmamar tan-nar li għandhom applikazzjoni pendenti u li se jibqgħu jiġu pproċessati skont il-proċeduri li kienu jeżistu sa ftit taż-żmien ilu? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-policies imħabbra dwar il-kmamar tan-nar mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hux se jiġu imposti wkoll fuq applikazzjonijiet li kienu sottomessi qabel?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7014, bħalissa il-proċess li jikkonċerna l-ħrug ta' permessi għall-kmamar tan-nar differenti għaddej minn Konsultazzjoni Pubblika. Skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, hemm erba' applikazzjonijiet (4) pendenti quddiem l-istess Awtorità għal żvilupp relatat ma' kmamar tan-nar. L-informazzjoni fuqhom qed tiġi annessa ma' din ir-risposta. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta tagħhom hemm xi waħda mill-kliem "fire", "nar"' jew "pyrotechnics". Bħal kull kaz iehor kull applikazzjoni tiġi determinata skond il-policies vigenti dak inhar tad-deċizjoni fuq l-applikazzjoni. Il-policy hija intenzjonata bhala qafas li permezz tagħha jigu determinati applikazzjonijiet ta' żvilupp sew għall-kmamar tan-nar ġodda kif ukoll għal talbiet ta' tibdil fuq kmamar tan-nar eżistenti.