Issa li s-servizz ta’ trasport pubbliku għadda taħt it-tmexxija tal-Gvern Malti, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ passiġġiera li nġarru matul dan il-perijodu ta’ żmien minn meta ħa over l-Gvern, kemm kien in-numru ta’ persuni li nġarru mill-karozzi tal-Unscheduled bus service u minn liema destinazzjonijiet operaw dawn l-istess karozzi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-coaches ta’ l-Unscheduled Bus Service mhumiex mgħammra b’apparat ta’ ticketing machines u automatic passenger counter units, ma jistax jiġi pprovdut l-ammont attwali ta’ passiġġieri li nġarru fuqhom. Madankollu, fuq estimi li saru mill-Malta Public Transport Services Ltd jirriżulta li bejn it-2 ta’ Jannar u is-16 ta’ Jannar 2014, inġarru madwar 1,070,000 passiġġieri li minnhom huwa stmat li 75,000 inġarru permezz tal-coaches tal-Unscheduled Bus Service.
Infurmat ukoll li l-coaches tal-Unscheduled Bus Service kienu qed joperaw fl-istess perjodu mit-Tnejn sas-Sibt fuq dawn ir-rotot:
Rotta
Destinazzjoni
Destinazzjoni
Minn
Lejn
109
Bahrija
Dar tal-Providenza
110
Marsa P&R
Sliema
136
Birkirkara
Gharghur
201
Airport
Rabat
226
Mater Dei
Santa Lucija
X2
Sliema
Airport
X3
Bugibba
Airport
X4A
Valletta
Birzebbugia
X4
Valletta
Birzebbugia
X5
Valletta
Marsaskala
X7
Valletta
Birgu
101
Cirkewwa
Golden Bay
102
Cirkewwa
Golden Bay
401
Bugibba
Wardija
123
Mater Dei
Castille
132
Floriana P&R
Castille
Jista' l-Ministru jippubblika l-agreement li għamel mal-Kumpanija Arriva fuq t-trasport pubbliku u b'liema kundizzjonijiet dawn se jgħaddu dan s-settur lura lill-Gvern Malti?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-agreement li sar mal-Kumpanija Arriva.
Iż-Żejtun – dawl tat-triq mixgħul matul il-ġurnata
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W158 fejn intqal li kienet saret ħsara minħabba kawża ta' vandaliżmu, jista' l-Ministru jgħid jekk instabx min kien jew kienu l-persuni u x'passi ttieħdu fil-każ li l-persuna/i huma ddentifikati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħsara ġiet irranġata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni li mill-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 l-ikel għal ikliet uffiċjali organizzati f’isem il-Gvern Malti jibda jissajjar fil-kċina tal-Korp tal-Pulizija u l-waiters ikunu pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Għal darba oħra l-Onor. Interpellant kien infurmat ħażin dwar avvenimenti li seħħew fis-27 ta’ Ġunju 2013.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li rrifjutaw li jagħmluha ta’ waiters waqt ikla organizzata mill-Gvern għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija fil-Palazz tal-Girgenti għal iktar minn 250 ruħ il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 minħabba li ħassewhom umiljati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li d-domanda tiegħu tqajjem ċertu ħsibijiet għax filwaqt li f’domanda li nqrat il-bieraħ, partikolarment, mistoqsija parlamentari 3330, l-Onorevoli Interpellant qal li l-pulizija kienu mġegħla jaħdmu dan ir-riċeviment, hawnhekk qed isaqsi fuq dawk li rrifjutaw. Ovvjament kieku kien il-każ li kienu mġegħla, ebda pulizija ma’ kien ikun jista’ jirrifjuta, minħabba din l-ispjega li tajt. Ovvjament kien hemm min irrifjuta li jaħdem din l-attivita. M’hemm xejn uffiċjali minn dak li qed jipprova jallega l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu waiters waqt l-ikla organizzata fil-Palazz tal-Girgenti għal okkażjoni li ma kellha x’taqsam xejn mal-Korp tal-Pulizija għal iktar minn 250 ruħ il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 kienu “expected” li jaħdmu ta’ waiters mingħajr ma jitħallsu extra ta’ dan?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra nformat ħażin.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm-il function hu mistenni li l-Korp tal-Pulizija jibda jservi ta’ outside catering kif għamel il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 filgħaxija fil-Girgenti għal ikla ta’ iktar minn 250 ruħ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx ‘functions’ simili fi żmien li ġej. Però jekk jkun hemm, jsir jaf bihom żgur.
Peress li fl-aħħar Leġiżlatura l-Bord tal-Koperattivi kien ingħata direzzjoni biex jgħin fit-twaqqif ta’ koperattiva għall-priġunieri, jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx ma’ dan u x’qed isir f’dan ir-rigward?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni l-ġdida qiegħda tistudja din il-proposta pero’ għada ma’ laħqet l-ebda deċiżjoni fuq dan peress li għada qed titlob aktar informazzjoni.
B’referenza għall-White Paper imnedija mill-Gvern preċedenti dwar id-demanju pubbliku (public domain) jista’ l-Prim Ministru, fid-dawl ta’ dak li huwa qal dwar is-suġġett waqt il-kampanja elettorali, jikkonferma jekk tali liġi hijiex ser issir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-impenn tal-Gvern jibqa' dak li jwettaq dak li wiegħed.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' ilmenti għand il-customer care section tal-Isptar Mater Dei, xahar b’xahar, f’Ottubru u f’Novembru 2013, kategorija b'kategorija? Kemm minnhom ġew solvuti u kemm baqa' pendenti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm kien hemm mediċina li skadiet f’kull spiżerija tal-Gvern u tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC), xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013, u kemm kienet tiswa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat lil mediċina li tkun skadiet f’kull spiżerija fil-kommunita’ li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) kif ukoll dik li tkun inġabret minħabba f’xi ħsara li tkun ġarbet, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013 hija kif ġej:
Numru ta’ Spiżeriji li bħalissa qed jippartecipaw fl-Iskema tal-POYC
Ottubru
2013
Novembru
2013
Grand Total
212
7,899.03
11,612.11
19,511.14
Ta’ min jgħid li l-figuri jirriflettu l-mediċina li tkun inġabret fil-perijodu imsemmi. Din il-figura tirrapreżenta 250-il tip ta’ mediċina differenti u tammonta għal 0.66% tal-istock li kien mqassam lill-pubbliku minn dawn l-ispiżeriji għall-istess perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru house visits minn kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bejn Ottubru u Novembru 2013 saru:
House Visits
Ċentru tas-Saħħa
Ottubru Novembru
Furjana 296 364
Gżira 99 120
Qormi 80 71
Mosta 295 339
B'kara*--
Rabat 52 61
Raħal Ġdid 238 305
Bormla 42 56
Il-
house visits
ta' B’Kara jsiru miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' pazjenti li marru f’kull ċentru tas-saħħa, xahar b’xahar, bejn Ottubru u Novembru 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti ġew riferuti għad-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Sptarijiet – listi ta’ stennija għal operazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perijodi li ġejjin:
· Anqas minn tliet xhur;
· 3 u sitt xhur;
· 7 u 12-il xahar;
· 13 u 24 xahar;
· 25 u 36 xahar; u
· aktar minn 36 xahar.
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas- Centralised Theatre System, in-numru ta’ interventi maqsumin skont id-dipartiment u x-xhur ta’ stennija jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-numru ta’ interventi li għalihom qegħdin jistennew l-pazjenti u ż-żmien ta’ stennija għal intervent kirurġiku fl-oqsma tal-ortopedija, l-oftalmoloġija, kardjoloġija, il-kirurġija ġenerali, ENT, uroloġija u proċeduri taħt il-Mediċina ttieħed mill- Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei.
Iż-żmien ta’ stennija ġie kkalkulat mid-data ta’ reġistrazzjoni fuq is-sistema sa’ Diċembru 2013 meta saret l-analiżi. Wieħed għandu jkun infurmat li kull intervent li għandu jsir huwa rreġistrat fuq din is-sistema imma ż-żmien ta’ stennija jiddependi mill-urġenza tal-każ.
Ta’ min wieħed jinnota li s-
Centralised Theatre System
tal-Isptar Mater Dei għada qed tiġi aġġornata
,
għaldaqstant in-numri li jidhru fit-tabella huma
proviżorji
. Qed tittieħed azzjoni sabiex l-informazzjoni għad-dipartimenti kollha tkun mdaħħla u mmexija minn fuq din is-sistema.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5848, peress li l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li x-xogħol preparatorju fuq il-grawnd tal-futbol ta' Birżebbuġa sar fi żmien dan il-Gvern, jista’ l-Ministru jikkwota d-data ta' meta:
a) ġew ippreparati l-pjanti relatati ma’ dan il-proġett;
b) saret l-applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
ċ) ħarġu l-permessi relatati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
d) bdew jiġu ppreparati l-istimi relatati max-xogħlijiet neċessarji;
e) ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding mal-Kunsill Malti għal l-Isport biex l-art fejn se jinbena il-grawnd tingħata lill-Fondazzjoni li tmexxi l-klabbs tal-futbol ta' Birżebbuġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsijiet minn a) sa d) lill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura peress li x-xogħol preparatorju sar mill-Ministeru msemmi.
Rigward mistoqsija e), il-Memorandum of Understanding in kwistjoni ġie ffirmat fit-13 ta’ Frar 2013.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5622, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu Plan B la dan l-pjan imur oltre dak li hemm stipulat fil-kuntratt?
Response (MIZZI, JOE)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel ir-rwol tiegħu bħala l-kelliem tal-Oppożizzjoni f’dan il-qasam b’mod effiċċjenti, diġa għandu risposta għal din il-mistoqsija fl-isfond tal-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar għal dak li jirrigwarda s-servizz tat-trasport pubbliku. Huwa tassew inkwetanti li l-Onorevoli Interpellant li jaspira li jagħti kontribut f’dan il-qasam, ma ndunax bit-tibdiliet li seħħew riċentament.
L-Imqabba – Sqaq Buħar fi Triq il-Parroċċa – tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jingħata t-tarmak fi Sqaq Buħar f'Triq il-Parroċċa, l-Imqabba, peress li jinsab fi stat perikoluż? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hi l-istima ta' dan ix-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li l-isqaq li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma kienx inkluż fil-proġett pilota tat-toroq mitmum fil-leġislatura preċedenti. Infurmat ukoll illi l-Kunsill Lokali għandu l-ħsieb li jagħmel ix-xogħol imsemmi skont id-disponibilta’ finanzjarja.
L-Imqabba – Sqaq Buħar fi Triq il-Parroċċa – tarmak
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak fi Sqaq Buħar f'Triq il-Parroċċa, l-Imqabba, hux inkluż fil-program ta' xogħlijiet ta' resurfacing ta' Transport Malta għax jinsab fi stat perikoluż? Meta se jibda u jispiċċa x-xogħol? Kemm hi l-istima ta' dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Sqaq Buħar f'Triq il-Parroċċa, l-Imqabba hija triq rurali li mhix parti mill-iskema tal-MEPA u għaldaqstant ma taqax taħt ir-responsabbilta` ta’ Transport Malta, anke minħabba l-fatt li dan l-isqaq huwa diġa asfaltat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6174 u jgħid kemm kien l-ammont totali annwali ta' konsum (jiġifieri t-total ta' dak actual u estimated) indikat fil-kontijiet mibgħuta lill-konsumaturi lis-segwenti kategoriji fir-rigward ta' konsum ta' enerġija elettrika fis-settur domestiku matul is-sena 2012:
a)
household
ta' persuna waħda;
b) household ta' żewġ persuni;
ċ) household ta' tliet persuni;
d) household ta' erba' persuni;
e) household ta' ħames persuni;
f) household ta' sitt persuni;
g) household ta' aktar minn sitt persuni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.