Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — pjanijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Politika Strateġika Nazzjonali għall-Anzjanità Attiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni li huma awtorizzati li joħorġu ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini? Meta sar l-aħħar kors biex ikunu jistgħu jiġu akkreditati tali persuni u meta hu mistenni li jsir kors ieħor għal dan l-istess għan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 12 PQ #7035 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-promozzjonijiet fil-gradi ta’ messaġiera

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar eżamijiet għall-promozzjonijiet fil-gradi differenti tal-messaġġiera? Kemm kien in-numru ta’ messaġġiera li qagħdu għal dan l-eżamijiet? Għal kemm kien validu l-istess eżami? Meta hu mistenni li jingħataw il-promozzjonijiet dawk li kienu għaddew minn dawn l-istess eżamijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li twieġeb l-ewwel parti ta’ din il-mistoqsija parlamentari. Rigward l-aħħar parti, ninforma lill-Onor Interpellant li l-postijiet jimtlew skont l-eżiġenzi tas-Servizz u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għad-Djalog Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għall din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u għalhekk se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7057 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ngħatat l-ebda varjazzjoni fil-perjodu konċernat mid-dekasteru tiegħi.
Leg 12 PQ #7059 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #7060 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz tat-trasport pubbliku – overtime lill-ħaddiema

Question

Fit-28 ta' Novembru 2013, b'ittri kbar fl-ewwel faċċata ta’ gazzetta lokali tħabbar li l-ħaddiema tal-Arriva kienu għamlu rebħa kbira għaliex kienu se jibqgħu/ jibdew jitħallsu paga tripla fil-jiem tal-festi pubbliċi, Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ħaddiema fil-fatt irċevewx il-paga tagħhom tripla fil-festi li kien hemm bejn it-28 ta' Novembru 2013 u l-jum li fih l-Arriva għaddiet għand il-Gvern ta' Malta (amministrata minn kumpanija mwaqqfa apposta) kif ukoll minn dakinhar li l-Arriva għaddiet għand il-Gvern ta' Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-festi pubbliċi nklużi f'dan il-ftehim, u jekk il-Ħdud humiex ukoll parti mill-istess ftehim?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema rċievew ħlas triplu għall-festi pubbliċi kollha fis-sena 2013 li ħabtu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, inkluż dawk li kien hemm bejn it-28 ta’ Novembru 2013 u l-jum li fih l-Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern. Dan il-ħlas sar skont il-ftehim li l-Arriva Malta Ltd għamlet mal-General Workers Union fit-23 t’April 2013. Infurmat ukoll li mit-2 ta’ Jannar 2014, li hija d-data minn meta l-Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern, ma kien hemm l-ebda festa pubblika.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex imur għandha l-perit tal-Awtorità tad-Djar għaliex allegatament qed issir ħsara strutturali fil-post tagħha minħabba attività ta’ terzi li joqogħdu f’appartament fuq tagħha?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-postijiet inkwestjoni huma tal-Privat u għalhekk m’hijiex policy tal-Awtorità tad-Djar li tibgħat periti tagħha sabiex jispezzjonaw proprjetà privata.

Għawdex – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi jaħdmu fuq l-iskeda tat-trasport pubbliku f’ Għawdex (ex-Arriva)? X’ tip ta’ vetturi huma dawn u kemm hi s-seating capacity ta’ kull vettura? Meta hi d-data tal-manifattura ta’ kull vettura li taħdem f’Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi li jaħdmu fuq l-iskeda tat-trasport pubbliku f’Għawdex huwa ta’ 12, fejn 10 vetturi jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku u 2 vetturi oħra jinżammu bħala vetturi addizzjonali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jindika is-seating capacity, it-tip ta’ vettura kif ukoll id-data tal-manifattura tat-12-il vettura li hemm allokati ġewwa Għawdex.

Għawdex – trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati (ex-Arriva) mal-kumpanija li issa qed tħaddem it-trasport pubbliku f’ Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Arriva Group, l-ishma tal-kumpanija li kienet topera t-trasport pubbliku f’Malta, jiġifieri l-Arriva Malta Ltd, għaddew f’ idejn il-Gvern u l-isem tal-kumpanija inbidel f’Malta Public Transport Services (Operations Ltd). B’ hekk il-ħaddiema li kienu impjegati ma’ din il-kumpanija għadhom impjegati mal-istess kumpanija b’ isem differenti. B’ kollox f’Għawdex hemm 44 ħaddiem maqsumin fil-kategoriji hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Full Time Part Time Total Xufiera 33 33 Kummerċjali 1 1 Operations 9 9 Engineering 1 1 43 1 44
Leg 12 PQ #7117 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6949, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet taċ-Cittadella u fl-liema stadju jinsabu dawn is-sejħiet?

Response (REFALO, ANTON)

Is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huma kif imniżżla fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7118 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — iċ-Cittadella – xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3086/2013 – xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li intefgħu ħames offerti għal din is-sejħa. Il-valur ta’ kull offerta huwa kif jidher hawn taħt; Road Construction Co. Ltd €648,430.60 Agius Stone Works (Restoration JV) €455,182.28 Joe Grima €434,702.70 MC Restauri di Corrada Miloro €546,316.80 Gaulos Conservation €397,790.66
Leg 12 PQ #7119 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — iċ-Cittadella – servizz ta’ moniteraġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3079/2013 – provista ta’ servizzi ta’ moniteraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li intefgħet offerta waħda għat-tender numru CT3079/2013 – provvista ta’ servizzi ta’ monitoraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Ċittadella li l-valur tagħha kien ta’ €46,754.55.
Leg 12 PQ #7120 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 39 – restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex li kien jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tal-blat li fuqu hija mibnija ċ-Cittadella u r-restawr tal-ħitan tal-fortifikazzjonijiet taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevolli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Operaturi tat-trasport pubbliku — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li toħroġ is-sejħa għall-interess/tender biex ikun hemm operatur tat-trasport pubbliku li jibda jipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku? Jista’ jagħti tagħrif dwar fuq liema skedi ta’ trasport hu mistenni li jibda joffri s-servizz minn jibda jagħti dan l-istess servizz? Kemm se jdum il-perjodu tat-tendering, u meta mistenni li jiġi konkluż?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-interess mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin u għaldaqstant kull informazzjoni dwarha għandha tingħata aktar ‘il quddiem. Din is-sejħa se tinkludi r-rotot il-ġodda li bihom għandu jopera l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.

Operaturi tas-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li saru jew mistenni li jsiru laqgħat ma’ operaturi lokali biex jipprovdu s-servizz ta’ trasport pubbliku? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar min minn naħa ta’ Trasport Malta jew tal-Ministeru ħa sehem f’dawn l-istess laqgħat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nikkonferma li saru diversi laqgħat inizjali ma’ kull min talab u wera interess sabiex jipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku.