Legislature:
Category:
Reset
Active:

Road Maintenance Unit

Question

Peress li f'April li għadda l-Ministru qal li l-Gvern se jkun qed iwaqqaf Road Maintenance Unit, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-unit ingħatatx il-backing staff neċessarju biex ħofor u ħsarat oħra f' diversi toroq jiġu rranġati b'mod immedjat però mhux iżjed tard minn 24 siegħa min meta tinqala’ tali ħsara?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Maintenance Monitoring Unit twaqqfet sabiex tinnota u tiġbor rapporti tal-ħsarat relatati mat-toroq, liema rapporti jiġu mgħoddija lill-entitajiet rispettivi. Dawk il-ħsarat li jkun jeħtiegu intervent mhux daqshekk immedjat qiegħdin jiġu ndirizzati fl-anqas ħin possibli. Dawk meqjusa perikolużi, l-intervent isir fi żmien 24 siegħa b'kollaborazzjoni mall-Project Implementation Directorate, Transport Malta u l-MSD, jiddependi n-natura tax-xogħol.

MFA – ftehim iffirmat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li ġie ffirmat mal-Malta Football Association (MFA) fl-aħħar jiem jinkludix fih faċilitajiet li diġà inbeda x-xogħol fuqhom mill-amministrazzjoni preċedenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-faċilitajiet li se jiġu ffinanzjati se jkunu proġetti fejn ix-xogħol fuqhom beda fi żmien l-amministrazzjoni preżenti.

Ftehim bejn il-Gvern preċedenti u l-MFA – somma addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-11-il grawnd li għalihom hemm referenza fl-istqarrija maħruġa mid-DOI numru 2823 u jgħid ukoll jekk is-somma indikata mis-segretarju parlamentari fl-istess ftehim hija addizzjonali għal dak li kien miftiehem mill-amministrazzjoni preċedenti jew hija parti mill-istess somma li fuqhom kien hemm qbil bejn l-istess Malta Football Association (MFA) u l-Gvern preċedenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Rigward liema huma l-grawnds imsemmija fil-ftehim, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6808. Peress li ma kien hemm l-ebda ftehim iffirmat bejn l-MFA u l-Gvern preċedenti, wieħed ma jistax jitkellem fuq somma addizzjonali jew jekk hijiex parti mill-istess somma.

Ftehim bejn il-KMS u Naxxar Lions FC fuq grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien ġie ffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u Naxxar Lions FC f’Ottubru 2012 b’rabta mal-grawnd tal-futbol fl-istess lokalità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim mitlub mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Lista ta' direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #6914 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direct orders li ngħataw huma: · Servizzi ta’ konsulenza · Air tickets – (bi 3 quotations) · Xogħol relatat mal-uffiċju – (bi 3 quotations)
Leg 12 PQ #6916 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — twaqqif

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-viżjoni tagħha għat-twaqqif taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja u kif dawn se jkunu differenti miċ-Ċentri Aċċess?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhux jingħataw fil-pajjiż u se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — servizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li sal-lum mhumiex aċċessibbli fil-komunitajiet u issa se jibdew jingħataw għall-ewwel darba miċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6984.

Ftuħ ta’ Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hekk kif jiftħu ċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja hux se jingħalqu ċ-Ċentri Aċċess?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-viżjoni tal-proġett hija waħda li tagħmel użu mir-riżorsi eżistenti, iċ-ċentri tal-ACCESS se jkunu integrati f’ Ċentri tal-Iżvilupp Reġjonali.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — tmexxija

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja hux se jibqgħu jitmexxew mill-istess entità li tmexxi ċ-Ċentri Aċċess?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċentri tar-rizorsi għall-familja se tkun il-fergħa operattiva taċ-ċentri għall-żvilupp soċjali li se tkun bħala forma ta’ "żvilupp" taċ-Ċentri tal-ACCESS (fejn ikunu jeżistu) / dawn se jkomplu jitmexxew mill-MFSS.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – żieda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa maħsub li jkun hawn Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja madwar Malta u Għawdex? Kemm se tkun iż-żieda fin-numru ta’ Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja meta mqabbel man-numru ta’ Ċentri Aċċess?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpllant li ser jinfetħu sitt ċentri tal-Iżvilupp Reġjonali, wieħed f’kull reġjun. Il-ftuħ taċ-ċentri tar-Riżorsi tal-familja jiddependu mid-domanda li jkun hemm f’kull area. Filwaqt li għat-tieni parti tal-mistoqsija rreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 6986.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – ftehim

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li jirregola l-Public-Social Partnerships li se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – għajnuna kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jiġu indirizzati persuni li sal-lum għadhom mhux jiġu indirizzati permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — pjanijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ riskju ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.