Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3368 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Security Service

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ħa wara li sar magħruf li l-Ministru għall-Intern u l-Kap tas-Segretarjat tiegħu kienu qed ikunu involuti direttament fl-għażla ta' dawk li se jkunu fil-Malta Security Service?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3367.
Leg 12 PQ #3370 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' Sigurtà

Question

Jaf il-Prim Ministru li mkien u f'ebda pajjiż demokratiku, inkluż fl-Ewropa, ma jkun hemm Ministru, iktar u iktar dak tal-Intern, li jkun involut direttament fit-tmexxija tas-Servizz ta' Sigurtà ta' dak il-pajjiż?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3367.

djar residenzjali — Faċilitajiet sanitarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn allokazzjonijiet residenzjali li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum? X’beħsiebu jagħmel il-Gvern Malti sabiex jgħin lil dawn l-individwi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha dsatax (19)-il applikazzjoni li m’għandhomx faċilitajiet sanitarji adegwati għaż-żminijiet li ngħixu fihom illum. L-Awtorità diġà toffri skemi sabiex tgħin lill-inkwilini jew sidien jagħmlu rranġar u titjib fir-residenza tagħhom jew mikrija lilhom biex ir-residenza tagħhom tiġi abitabbli.

Benefiċċji soċjali – fondi allokati

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-benefiċċji soċjali li se jkun hemm ħtieġa ta' allokazzjoni addizzjonali għalihom sal-aħħar ta' din is-sena u liema se jkun hemm savings fuqhom? Kemm jammontaw dawn il-varjanzi f’kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet volontarji – riformi

Question

Tista' l-Ministru taghti iktar informazzjoni dwar ir-riformi li qed tiddiskuti mal-għaqdiet volontarji dwar it-tqassim aħjar tal-benefiċċji soċjali? Tista' tgħid min huma dawn l-għaqdiet? Kif intgħażlu? Meta mistenni li jingħataw ir-rakkommandazzjonijiet dwar dawn it-taħdidiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar ċar fil-mistoqsija tiegħu.

Persuni f’riskju ta’ faqar — miżuri

Question

Tista' l-Ministru telenka l-miżuri monetarji li ħadet kemm ilha Ministru sabiex itejjeb id-dħul finanzjarju tal-persuni li huma f'riskju tal-faqar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5142 u tgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tagħha llum, min huma dawn il-persuni u x’karigi jokkupaw? Kemm minnhom ġejjin mis-servizz u mis-settur pubbliku u kemm minnhom ġejjin mill-privat? Liema huma dawk il-karigi li fihom kien hemm bidla ta’ persuni li jokkupawhom minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpllant irreferri għad-dokument Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats, li kopja tiegħu tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta numru 7, tal-15 t’April 2013. Sadanittant l-unika kariga li kien hemm bidla ta’ persuni hija ta’ Chief of Staff.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 5143 u tgħid min huma u min kienu l-konsulenti tagħha u tas-Segretarju Parlamentari mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Fuq liema settur tingħata din il-konsulenza? Xi proċedura ntużat fl-ingaġġ tagħhom? Tista’ tippreżenta kopja tal-kuntratt ta' ingaġġ tal-istess konsulenti u, f'każ li kien hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, kopja tal-korrispondenza fuq l-istess bejn il-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) u l-Ministeru tal-Finanzi? X’pakkett ta’ salarju u kundizzjonijiet għandhom jew kellhom dawn il-konsulenti?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Housing estate — manutenzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tiswijiet, fuq barra u li għandhom x'jaqsmu mal-istruttura tal-bini, ta' flats li jinsabu f'housing estates tal-Gvern hux responsabbli li jagħmilhom id-Sipartiment tas-Social Housing jew l-inkwilin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar hi responsabbli ghal tiswijiet f’dawk il-binjiet residenzjali li huma proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar u tal-Gvern. Tiswijiet tal-istruttura fuq barra tal-binja jinkludu dak kollu li jaghmel parti mill-komun, jigifieri dawk il-partijiet li jigu uzati mir-residenti kollha tal-binja. Tiswijiet jinkludu tibdil ta’ struttura ta’ gallarijiet fejn dawn ikunu perikoluzi kif ukoll tibdil ta’ kontrabejt, gebel deterjorat f’hitan ta’ opramorti, tronob tat-tarag u hitan ta’ parapetti fejn dawn ikunu komuni biss. Tiswijiet ohra li jsiru mill-Awtorita’ biss fuq bazi ta’ priorita’, huma tikhil ta’ faccati, tronob u opramorti.
Leg 12 PQ #6500 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-testijiet tad-demm li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Ottubru u Novembru 2013.
Leg 12 PQ #6501 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lil figuri li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra huma ta’ nies li tteħdilhom id-demm iżda ħafna drabi kull individwu jkollu aktar minn test wieħed. Infurmat ukoll li ma’ tinzammx statistika għal kull tip ta’ test li ttieħed, ħlief ta’ l- INR.
Leg 12 PQ #6502 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CT-Scan/MRI — testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, bejn Ottubru u Novembru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li testitjiet tas-CT Scan, MRI u oħrajn simili li saru f’Ottubru u Novembru 2013 huma kif imqassma għal kull kategorija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6503 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CT/MRI — lista ta' stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6504 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – hospital activity report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-hospital activity report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Hospital Activity Report għax-xahar t’Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #6505 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

settur tas-saħħa – benefiċċji għall-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema fis-settur tas-saħħa għandhomx xi benefiċċji marbutin mas-servizzi tas-saħħa (eż. mediċini b’xejn, prijorità fuq aċċess għas-servizzi eċċ.)? Jekk iva, jista’ jelenkahom fid-dettall u jgħid kif dawn huma regolati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li diversi ċirkolari ħarġu matul is-snin relatati ma’ kategoriji ta’ ħaddiema fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u l- intitolament ta’ mediċini b’xejn. L-aħħar ċirkolari, DH 375/13, ġiet maħruġa fit-12 ta’ Diċembru 2013 fejn il-Medicines Entitlement Unit fi ħdan id-Directorate for Pharmaceutical Affairs ser jibda joħroġ dan it-tip t’intitolament (Kartuna Griża) fuq awtorizzazzjoni tad-Direttur/Kap Amministrattiv jew delegat awtorizzat minnhom. Mediċini awtorizzati fuq dan it-tip t’intolament huma dawk mmarkati bħala pink positive fuq il-Formularju tal-Gvern u li ħa jintużaw f’każ ta’ mard jew korriment relatat max-xogħol.

Is-Swieqi – zuntier – bdil ta’ pavimentar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5864, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx stima mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet ta' kemm jiġi jiswa dan ix-xogħol u jekk il-Ministeru għandux il-ħsieb li dan ix-xogħol jibda s-sena id-dieħla?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 5864.

Birżebbuġa – Triq Għar Dalam – speed cameras

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5865, fid-dawl ta' diversi inċidenti li sfortunatament saru f'din it-triq fejn l-aħħar wieħed kien fatali, jista’ l-Ministru jagħti prijorità għall-installazzjoni ta' speed cameras f'Triq Għar Dalam?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser timplimenta Vehicle Activated Sign fi Triq Għar Dalam bħala miżura sabiex jiġi kkontrollat sewqan eċċessiv li jista’ jsir f’din it-triq.

Is-Swieqi – skema ta’ parkeġġ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5863, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Parking Management Policy ġdida se tiġi mnedija u meta se jibda u jagħlaq il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar din il-policy?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tidba l-proċess ta’ konsultazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati fil-jiem li ġejjin u sussegwentament titnieda l-polza l-ġdida.

Servizz tat-trasport pubbliku – rotta bejn is-Swieqi u l-Gżira

Question

B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5860, jista’ l-Ministru jgħid meta se jintlaħaq il-ftehim bejn il-Gvern u l-operatur tat-trasport pubbliku dwar it-tibdil fir-rotot u l-frekwenzi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tibdil fir-rotot u l-frekwenzi se jiġu diskussi mal-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku meta dan jintgħażel wara l-proċess ta’ ħruġ t’espressjoni t’interess.

Bord ta’ Transport Malta — Membru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk membru fil-Bord ta' Transport Malta huwiex wkoll shareholder kif wkoll direttur ta' kumpanija li tieħu ħsieb it-Theory Test Centre tal-Liċenzji fi ħdan l-istess Transport Malta? Jista’ jikkonferma li l-istess persuna kien involut f'audit li sar reċentement fuq is-sistemi tal-IT ta' Trasport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membru tal-Bord imsemmi minnu kien iddikjara l-interess tiegħu fil-kumpanija li tmexxi t-Theory Test Centre fl-ewwel laqgħa tal-Bord tad-Diretturi ta’ Transport Malta. Infurmat ukoll li dan l-istees membru m’għadx għandu interess la bħala direttur u lanqas bħala shareholder fil-kumpanija msemmija.