Kunsill Lokali tas-Siġġiewi –Triq Mons. Mikiel Azzopardi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt saret xi talba min-naħa tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi lil Transport Malta għal lights fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, kif titla’ minn Ħaż-Żebbuġ? Jekk kien hemm talba u ġiet rifjutata, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta rċeviet talba minn resident għall-implimentazzjoni ta’ pelican crossing oħra fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi. L-Awtorità infurmat lill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi rigward din it-talba u qed tistenna l-kummenti tal-kunsill sabiex tkompli tipproċessa tali talba.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jinqata’ l-ħaxix ħażin u jsir xogħol ta’ patching fi triq Għajn il-Kbira, limiti tas-Siġġiewi?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li l-ħaxix ħażin fi Triq Għajn il-Kbira nqata’ fil-jiem li għaddew u l-patching meħtieġ iddaħħal fil-lista tax-xogħlijiet u mistenni li jsir f’temp qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati opri tal-arti għall-iskejjel li qegħdin jinbnew? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-artist, kemm-il opra tal-arti nxtrat, il-prezz u l-mod li bih intgħażel l-artist?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li s'issa ma ġewx ikkummissjonati opri tal-arti għall-iskejjel li huma ppjanati li jinbnew. Huwa l-ħsieb li l-bini tagħhom jissebbaħ b'xogħlijiet artistiċi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati opri tal-arti għall-Isptar tal-Onkoloġija li qed jinbena? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-artist, kemm-il opra tal-arti nxtrat, il-prezz u l-mod li bih intgħażel l-artist?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ma ġew ikkummissjonati l-ebda opri tal-arti għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ikkummissjonati opri tal-arti għall-Bio Life Science Park? Jekk iva, jista’ jgħid min hu l-artist, kemm-il opra tal-arti inxtrat, il-prezz u l-mod li bih intgħażel l-artist?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma' ġewx ikkummissjonati ebda opri tal-arti għall-Bio Life Science Park.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jibda x-xogħol fuq il-pedestrian crossing fil-bypass tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li bħalissa qiegħdha tiġi ipproċessata l-applikazzjoni mill-MEPA. Wara li joħroġ il-permess, jibda il-proċess ta’ Expression of Interest.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni jitlesta x-xogħol ta’ restawr tas-salini fis-Salina? Kemm se jkun sewa dan il-proġett u kemm mill-ispiża se tkun tħallset minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr tas-salini fis-Salini, sakemm ma jinqalawx problemi li mhumiex prevvisti, huwa mistenni li jitlesta sal-aħħar kwart ta’ din is-sena. Il-proġett mistenni jiswa € 6,290,707 (VAT nett) li € 4,247,528 (VAT nett) mill-ispiża hi stmata li tkun tħallset minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Lill-Onorevoli Interpellant ninfurmah ukoll li meta dħalt responsabbli jiena, sibt sitwazzjoni fejn kien hemm periklu li jintilfu fondi biex jiġi iffinanzjat dan il-proġett. Madankollu saru u għadhom qed isiru sforzi sabiex ma jkunx hemm telf ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea għall-proġett tar-restawr tas-salini fis-Salina.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux jikkunsidra li s-salini restawrati fis-Salina jitħaddmu minn koperattiva jew formazzjoni simili tal-produtturi tal-melħ f’pajjiżna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jikkonsidra x’inhuma l-aħjar alternattivi sabiex jitħaddmu s-salini restawrati fis-Salina.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman, is-CEO jew persuni mit-top management ta’ Transport Malta rċivewx rigali mingħand il-ħaddiema tal-awtorità fl-aħħar sitt ġimgħat u jekk iva x’kienu r-rigali aċċettati?
Response (MIZZI, JOE)
Nikkonferma li persuni mit-top management (Chairman / CEO u Chief Officers) ta’ Transport Malta rċivew rigali mingħand il-ħaddiema tal-awtorità kemm fl-aħħar sitt ġimgħat kif ukoll fil-leġislatura l-oħra għal dan l-istess perijodu.
Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — rigali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman, is-CEO jew persuni mit-top management tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċevewx rigali mingħand il-ħaddiema tal-korporazzjonijiet fl-aħħar sitt ġimgħat u jekk iva x’kienu r-rigali aċċettati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu imsemmi kien hemm xi uħud mill-membri tal-‘management’ li rċevew xi rigali li normalment jingħataw fi żmien il-Milied fuq inizjattiva tal-impjegati, u li jitqiesu bħala ‘seasonal tokens’.
Fl-istess żmien inzerta li kemm fl-Enemalta kif ukoll fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kien hemm Chief Executive Officers li spiċċaw mill-kariga tagħhom. Dawn l-uffiċjali rċevew rigal mill-ħaddiema bħala ‘token of appreciation’ fi tmiem il-kariga tagħhom.
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex jinqata’ l-ħaxix ħażin u jsir xogħol ta’ patching fi triq Għajn il-Kbira, limiti tas-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona imsemmija hija fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali Siggiewi. Fir-rigward ta' patching dan hu responsabbiltà tal-imsemmi Kunsill Lokali. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Minn naħa l-oħra se jsir ko-ordinament bejn il-Customer Care Unit fi ħdan id-Direttorat għat-Tindif u l-istess Kunsill Lokali sabiex isir ix-xogħol ta’ qtugħ ta’ ħaxix li hemm bżonn.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6938, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema art qed tintalab li tiġi esproprijata għaliex sa fejn infurmat jien, l-art li dwarha dejjem sar diskors dwar bini ta' skejjel diġà hi proprjetà tal-Gvern u riċentament kien hemm ukoll risposti parlamentari li jgħidu li l-iskola se tinbena fl-istess inħawi li kellu jinbena l-kumpless sportiv? Jista' jagħti ukoll tagħrif dwar x'inhi mistenni li jsiru mill-bini li s'issa jintuża bħala skola primarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada talbet il-Kummissarju tal-Artijiet biex jibda l-proċeduri biex isiru t-terminazzjonijiet ta' kirjiet tal-artijiet kif indikat bl-aħmar fil-pjanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta’ żbroff tad-drenaġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, meta l-uffiċjal tekniku mill-Awtorità tad-Djar għamel l-ispezzjoni biex jivverifika l-każ f’Diċembru li għadda, sab li x-xogħlijiet kienu tlestew minn kuntrattur imqabbad mill-inkwilina nnifisha. Ma jirrizultax li kien hemm rapport ieħor wara dan.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ stock control system qed jużaw jew beħsiebhom jużaw il-Ministeru għas-Saħħa u s-CPSU sabiex jassiguraw li l-mediċini għall-użu tal-pazjenti ma jinqabdux out of stock?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fin-nuqqas ta’ sistema, d-Dipartiment ħareġ b’inizjattivi biex l-pazjent jiġi moqdi u assigurat trattament kontinwu billi:
1. Informazzjoni ċentrali ta’ domanda ta’ kull entità bħalha ‘forecast’ 2014 li tiġi modifikata kull xahar skont l-użu
2. Implementazzjoni ta’ apparat tekniku kullimkien biex ikun hemm indikazzjoni ċara tal-użu tal-mediċina
3. L-intitolament tal-mediċini u apparat mediku ċentrillizat
4. ‘Cash flow’ maħsuba skont l-‘forecast’ biex tlaħħaq man-nefqa annwali bi ftehim kontinwu mal-Minsiteru tal–Finanzi
5. Ġie maħluq tim biex jieħu ħsieb l-‘out of stock’ ta’ kull entita’ ħalli l-mediċina tiġi utilizata kif suppost u ma jkunx hemm ħela
6. Ġie maħluq raport elektroniku bħalha monitoraġġ tal-‘out of stock’ kif ukoll dawk il-prodotti li huma taħt il-livell minimu ta’ l-ordni
7. L-‘out of stock’ bdiet tiġi ppublikata bħalha metodu transparenti kif ukoll ta’ informazzjoni
8. L-ordnijiet qegħdin ssiru darba f’sena bil-prodotti jitwasslu kull xahar .
Qed jsir ukoll 'cyclic counting' fuq l-istok b'mod kontinwu biex jigi assigurat il-kwantità eżatta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-riżultati aħħarija għall-ingaġġ ta’ diretturi fil-Ministeru tiegħu, wara li s-sena l-oħra kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjoni għall-pożizzjonijiet ta’ diretturi għat-turiżmu u kultura, kif ukoll diretturi għall-implimentazzjoni tal-programm? Jista’ jikkonferma li minn żewġ sejħiet, ġew appuntati tliet diretturi? Xi kriterji ntużaw sabiex jiġu appuntati dawn it-tliet diretturi? X’evaluations u x’interviews saru u x’inhu l-pakkett finanzjarju globali li għandhom dawn it-tliet diretturi?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li saru ħatriet fit-tlett pożizzjonijiet f’dan il-Ministeru li huma:- Direttur (Turiżmu), Direttur (Kultura) u Direttur (Implimentazzjoni ta’ Programmi). Għar-rigward tal-pożizzjoni ta’ Direttur (Turiżmu u Kultura),wara li kienet ħarġet is-sejħa nħasset il-ħtieġa li t-Top Management Structure tal-Ministeru tiġi riveduta u nħolqu żewġ direttorati minflok wieħed.
Il-kriterji u l-proċess tan-nomina li ntużaw huma dawk stabbiliti skont kif spjegat fiċ-Ċirkolari Nru 11/2013, u l-ħatriet għad-diretturi saru skont Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni. Il-pakkett finanzjarju huwa dak stabbilit għad-diretturi fis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta’ kemm swiet iż-żjara fi Strasburgu (titjiriet, akkomodazzjoni u spejjeż oħra) tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament liema żjara saret qabel id-dibattitu dwar ir-riżoluzzjoni dwar iċ-ċittadinanza? Mil-liema vot tħallsu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex Kap Eżekuttiv jew xi ħadd ieħor f’kariga ekwivalenti? Jekk iva min hu l-Kap Eżekuttiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-kumpanija ma għandiex Kap Eżekuttiv. Ix-xogħol tal-Kap Eżekuttiv qiegħed isir miċ-Chairman tal-istess kumpanija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed tistenna għall-operazzjoni tal-kataretti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-kaz qed jiġi segwid mid-dipartiment tal-Customer Care fil-Ministeru