Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li d-direct orders li ngħataw mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi matul il-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ġej:-
Tabella 'A' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Tabella 'B' - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada/Malta Libraries/Kunsill Malti għall-Isport/Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'C' - Universita' ta' Malta
Tabella 'D' - MCAST
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u min huma l-membri tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ li rriżenjaw minn dan il-bord kemm ilu maħtur minnha? Tista’ tagħti r-raġunijiet ta’ kull riżenja li seħħet? Tista’ tgħid min ġie maħtur minflok kull persuna li rriżenjat u meta ġiet maħtura?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru tagħti d-dati tal-laqgħat tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ li saru mill-1 ta’ Mejju 2013? Tista’ tgħid min kienu l-membri li attendew għal-laqgħat tal-bord u min kien assenti jew skużat skont id-dati tal-laqgħat li saru?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — laqgħat
Question
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk kienx hemm kworum għal-laqgħat kollha li saru tal-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ? Jekk ma kienx hemm kworum f’xi laqgħa, tista’ tgħid jekk dik il-laqgħa ġietx posposta jew xorta waħda sarux laqgħat mingħajr kworum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, kien hemm quorum għall-laqgħat kollha skedati, apparti għall-laqgħa skedata fis-16 ta’ Jannar 2014. Fiċ-ċirkustanzi, l-każijiet skedati fis-16 ta’ Jannar 2014 ġew postposti f’dati oħra fil-qrib.
Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ — rappreżentanza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ir-rappreżentanta tagħha fil-Ministeru li kienet membru fuq il-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ li isimha qed jintbagħat separatament irriżenjat minn dan l-istess Bord? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-kunflitti li kien hemm bejn din il-persuni u membri tal-istess Bord u anke ma’ ħaddiema soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.
tfal taħt ordni tal-ħarsien – talbiet mingħand ġenituri
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ġenituri tat-tfal taħt ordni tal-ħarsien li talbu lill-Ministru jew ir-rappreżentanta tagħha fil-Ministeru sabiex jiltaqgħu mal-bord? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-ġenituri ngħataw appuntament mal-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ dirett mill-Ministeru mingħajr qabel ma kienu referuti lill-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Appoġġ?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
tfal taħt ordni tal-ħarsien – riferiment lill-Aġenzija Appoġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn biddlet il-policy li tirrerferi ġenituri tat-tfal taħt ordni tal-ħarsien li jkollhom xi diffikultà lill-Aġenzija Appoġġ u minflok tirreferihom direttament lill-Bord Konsultattiv tat-Tfal u ż-Żgħażagħ? Ma taħsibx li b’dan il-mod qed tpoġġi lil ħaddiema soċjali f’qagħda skomda mal-ġenituri ta’ dawn it-tfal?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Jista’ l-Onorevoli Membru jispeċifika l-kelma varjazzjonijiet li ntużat fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija 7063 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli għalih nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru u li l-informazzjoni dwarhom tista’ tkun qed tingħata fi tweġibiet mil-Ministeru tagħhom.
Għaldaqstant, skont l-informazzjoni li għaddewli, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella b’lista tal-varjazzjonijiet kollha li ngħataw bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013, mil-kumpanija WasteServ Malta Ltd, li baqgħet taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B ‘referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jiosta’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-masterplan taċ-Cittadella – li jikkonsisti f’numru ta’ xogħlijiet għar-riabilitazzjoni tal-parti interna taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huwa stmat li jiswa € 14,584,500. Ix-xogħol fuq dan il-proġett huwa mistenni li jinbeda fil-ġranet li ġejjin. Il-proġett huwa mistenni li jitlesta sa’ Ġunju 2015. Dwar il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti moghtija għall-mistoqsijiet 7117, 7118 u 7119.
Għawdex – Iċ-Ċittadella – proġetti kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa l-proġett tal-masterplan taċ-Cittadella li kien finanzjat mill-Mekkaniżmi Finanzjarji tal-Area Ekonomika Ewropea (EEA Financial Mechanisms)? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett? Jista’ jpoġġi sommarju ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-Masterplan taċ-Cittadella b’kollox sewa €315,656 . Ix-xogħol fuq il-preparazzjoni tal-Masterplan sar mill-Kumpanija Politecnica Ingegneria ed Architettura ta’ Modena. Ix-xogħol fuq dan il-proġett tlesta f’April 2010.
L-offerti li ntefgħu għal dan ix-xogħol inkluża l-VAT kienu kif imniżżla hawn taħt;
1 Prince Research Consultants Ltd €352,500
2 Politechnica Ingegneria ed Architettura €316,800
3 ADI Associates €322,140
4 Cittadella Urban Renewal Consortium €342,200
5 Valerio Schembri Protect Workshop Ltd €265,500
6 Mangion, Mangion & Partners €349,870
7 ABC Appalti Bonifiche €335,400
8 Heritage Enterprise Consultancy LTD €244,197.22
9 EMDP €318,600
Il-Masterplan qieghed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-Iskola Primarja tax-Xagħra, Għawdex? Jikkonferma l-Ministru li x-xogħol waqaf għal perijodu twil u li hemm inkonvenjent għat-tfal li jattendu din l-iskola primarja fosthom tfal li qed imorru l-iskola fi klassijiet provi¿orji u mhux addattati? Meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-Iskola Primarja tax-Xagħra, Għawdex s’issa saru dawn ix-xogħlijiet:
1. Twaħħil ta' twieqi ġodda fil-klassijiet kollha tal-iskola.
2. Ġie applikat
membrane
fuq is-saqaf kollu tal-iskola.
3. Sar xogħol ta' tikħil u żebgħa fuq il-ħitan ta' barra kif ukoll ta' ġewwa, inkluż fil-klassijiet.
4. Twaħħil ta’ tapit tar-rubber fil-bitħa ta’ barra.
Fil-preżent qed tiġi nstallata sistema tal-elettriku ġdida u nfurmat li kwazi l-klassijiet kollha tlestew minn din il-fażi.
Ix-xogħlijiet fil-klassijiet waqfu għal erba' t'ijiem biex sar ix-xogħol ta’ installazzjoni tal-elettriku u tikħil u tibjid fis-sezzjoni tal-amministrazzjoni.
Biex ma' jkunx hemm inkonvenjent għat-tfal, il-klassijiet tal-
kindergarten
ġew rilokati fi klassijiet temporanji. Dawn il-klassijiet huma attrezzati bin-neċessitajiet kollha meħtieġa, saħansitra
interactive whiteboards
. Ta' min isemmi li dawn il-klassijiet temporanji kollha għandhom dawl u ventilazzjoni naturali u jinstabu qrib it-
toilets
.
Dan kollu sar biex ma ssirx inkonvenjenza lit-tfal tal-iskola u l-istaff. Ta’ min isemmi li l-Kap tal-Iskola dejjem żamm lill-ġenituri infurmati fuq x’kien qed jiġri fl-iskola.
Ix-xogħol fl-Iskola Primarja tax-Xagħra hu mistenni jkun lest fil-vakanzi tas-sajf li ġej, fejn huwa ppjanat li jitwaħħal madum ġdid fl-iskola.
San Lawrenz (Għawdex) – Triq San Lawrenz — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu tal-mistoqsija parlamentari 6945 jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq San Lawrenz, San Lawrenz, Għawdex? Fiex wasal il-proċess fuq dan ix-xogħol? Inħarġu t-tenders? Se jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej u jekk iva kemm se jkun l-ammont ta’ kofinanzjament? Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol kollu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fi Triq San Lawrenz, San Lawrenz fadal ir-rikostruzzjoni tal-parti ta’ triq quddiem ta’ Dbieġi u li nħargu l-offerti u sar ix-xogħol sal-junction ta’ Triq ir-Rokon. Jien infurmat ukoll li mhux ser ikun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej u li x-xogħol fuq dan il-kuntratt mistenni li jiġi jiswa €669,999.00 .
Victoria (Għawdex) – Triq Għajn Qatet — xogħlijiet
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6945 jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li se jsir fi Triq Għajn Qatet, Victoria, Għawdex, hux se jkun fuq it-tul tat-triq kollha u hux se jsir l-asfaltar tat-triq kollha? Fiex wasal il-proċess fuq dan ix-xogħol? Inħarġu t-tenders? Ser jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej, u jekk iva kemm se jkun l-ammont ta’ kofinanzjament? Kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol kollu fuq dan ix-xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ asfaltar fi Triq Għajn Qatet Victoria se jsir fuq parti mit-triq u li nħarġu l-offerti għal dan l-asfaltar. Jien infurmat ukoll li qegħdin jiġu evalwati l-offerti u għalhekk il-valur mistenni tax-xogħol jiddependi mill-eżitu tal-evalwazzjoni. Mhux se jkun hemm kofinanzjament mill-fondi Ewropej għal dan ix-xogħol.
Kunsill Lokali tas-Siġġiewi –Triq Mons. Mikiel Azzopardi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qatt saret xi talba min-naħa tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi lil Transport Malta fuq il-lights ta’ Triq Mons. Mikiel Azzopardi, kif titla’ minn Ħaż-Żebbuġ? Jekk kien hemm talba u ġiet rifjutata, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li, wara li ntalab l-opinjoni tiegħu minn Transport Malta, ma jsib l-ebda oġġezzjoni li ssir pedestrian crossing fit-triq imsemmija. Preżentament qed jitħejjew il-pjanti għall-approvazzjoni ta’ Transport Malta.