Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni – talba għal ħruġ ta’ interim measure

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, jekk kienx hemm xi talba biex tinħareġ xi interim measure u effettivament din inħarġitx mid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni)?

Response (DALLI, HELENA)

L-ewwelnett nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 30451 fejn urejt li huwa żbaljat fil-konkluzjoni tiegħu li d-deċizjonijiet ma ħarġux skont il-liġi. Infurmata li ma kien hemm l-ebda talba biex tinħareġ xi interim measure .

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – standard operating procedures

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29148, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedures li jsegwi l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur f’investigazzjonijiet ta’ prattiċi fis-suq?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni għadha qed tingabar.

MCAST – studenti – kors tal-media studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li qed jattendu l-kors ta’ media studies fl-MCAST? Kemm minnhom qed jintbagħtu għal xi taħriġ ma’ xi media house? Kemm ilhom jintbagħtu studenti ma’ dawn il-media houses? Jista’ jikkonferma li fil-fatt l-istudenti qed jintbagħtu biss mal-ONE u mal-PBS? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-kors tal-media fl-Istitut tal-Arti Kreattiva fi ħdan l-MCAST hemm total ta' 246 student maqsumin bejn 56 fit-tielet livell, 116 fir-raba' livell u 74 li qegħdin jagħmlu l-baċellerat. Huma biss 44 student, jiġifieri l-istudenti tat-tieni sena tar-raba' livell li jintbagħtu għall-placements. Din hija l-ewwel darba li studenti tal-media ħa jmorru fuq work placement bħala parti mill-kors tagħhom. Il-placements, li għadhom qed jiġu finalizzati, huma varji, imma jinkludu biss lill-istazzjon pubbliku, il-PBS, bħala stazzjon televiżiv. L-istudenti tal-media għamlu wkoll taħriġ mal-PBS f'Novembru li għadda fil-Junior Eurovision.
Leg 12 PQ #30500 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Swieqi – CCTV Cameras

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30115, billi fir-risposta qed jingħad li s-CCTV Cameras kienu se jitwaħħlu għaliex il-Gvern sema’ l-ilmenti tar-residenti tas Swieqi, u għaliex inħass l-effett tat-turiżmu fuq iż-żona, jista’ l-Ministru jara li jekk bl-istess argument, kellhomx jibdew jiġu stallati wkoll cameras f'lokalitajiet bħal Buġibba, Qawra u San Pawl il-Baħar, fejn it-turiżmu hu ferm iktar qawwi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm xejn x’inżid mat-tweġiba illi ngħatat għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30115, datata 25 ta’ Jannar 2017.
Leg 12 PQ #30505 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ distribuzzjoni ta’ mediċini lill-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa kkalkulat li tibda l-firxa (mill-pilot areas) tas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ mediċini lill-anzjani ta’ iktar minn 70 sena? Din l-iskema se tgħodd ukoll għall-persuni b’diżabilità li joqogħdu waħedhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema tat-tqassim tal-mediċini fid-djar domiċiljari tal-pazjenti ta’ ‘l fuq minn 70 sena bdiet tiġi estiża f’lokalitajiet oħra barra dawk tal-proġett pilota f’Ottubru 2016. Barra l-lokalitajiet tar-Rabat u r-Raħal Ġdid, hemm 6 lokalitajiet oħra li minnhom qed jiġi offrut dan is-servizz. Dawn il-lokalitajiet huma l-Fgura, Santa Lucija, Ħal Tarxien, l-Imdina, Ħad Dingli u l-Imġarr (Malta).Minn din l-iskema ser ikunu qed jibbenefikaw ukoll persuni b’nuqqas ta’ mobilita’.
Leg 12 PQ #30509 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Irkoppa — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward operazzjoni tal-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jgħixu f'kamra kkundanata?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħti d-dettalji korretti tal-persuna kkonċernata peress li in-numru tal-karta tal-Identita’ ma taqbilx mal-persuna hawn taħt imsemmija.

Ministeru għall-Famlija u s-Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Membri tal-Istaff fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru huma kif stabilit fid-Dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li l-kopja tiegħu ġa tpoggiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Aktar informazzjoni: Mario Schembri - Chief of staff Maximillian Zammit - Private Secretary Nadia Portelli - Assistant Private Secretary Shaun Grech - IT Mark Grima - Communications Officer Joe Camilleri - Security Claire Calleja - Segretarja Tony Azzopardi - Messaġġier Anthony Gambin - Messaġġier Customer Care: Marlene Mizzi David Muscat Terribile Ray Pace Romina Galea Jacquline Cross Xufiera: Sunny Gouder Paul Vella

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — Segretarjat Privat - lista aġġornata

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista aġġornata tal-membri tas-Segretarjat Privat tagħha u s-salarji rispettivi tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #29654 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kienu 4 l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum. Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2013 sa l-aħħar tas-sena 2016, kienu 9 dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat tiegħi.
Leg 12 PQ #29656 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn April 2013 kien hemm disa' persuni li ma baqgħux jaħdmu fis-Segretarjat, li huma: Private Secretary Assistant Private Secretary 2 Communications Co-ordinators Co-ordinating Officer 3 Secretariat Officers 1 Secretariat Messenger

Djar tal-Anzjani — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jkunu qed jinfetħu Djar tal-Anzjani matul din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il Dar tal-Anzjani se jkun qed jiftaħ u f'liema lokalità se jkunu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-Gvern għaddej kontinwament b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod sabiex tiġi indirizzata d-domanda preżenti kif ukoll dik proġettata.

Day Centres — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qed jiftaħ Day Centres matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid kemm u f'liema lokalità se jkunu qed jinfetħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena ser inkunu qed niftħu Ċentri ta’ Matul il-Jum. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.

Night Shelter — ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun qed jiftaħ Night Shelters matul din is-sena? Jekk iva, jista’ jgħid kemm u f'liema lokalità se jkunu qed jinfetħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena ser inkunu qed niftħu Night Shelters. Bħalissa għaddejin b’diskussjonijiet dwar dan ir-rigward.
Leg 12 PQ #30015 Sitting 475 2017-01-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet Pubbliċi — kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif - numru ta’ impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25566, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija sħiħa u jagħti l-informazzjoni wkoll ta’ kemm hemm kuntratturi tat-tindif f’kull post indikat minnu fit-tabella u kull kuntrattur kemm iħaddem nies fuq bażi full-time u part-time?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nerġa nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25566, nitlobha tirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed nindika n-numru ta’ siegħat ta’ tindif fil-ġimgħa kkuntrattati mal-kuntratturi responsabbli għat-tindif fl-imsemmija entitajiet. Entita’ Siegħat ikkuntrattati fil-ġimgħa Primary Health Care 992 RHKG (Rehab) 2148 Mount Carmel Hospital 4550 Mater Dei Hospital 11730 Department of Health 651 SPBH (Boffa) 420

Sptar Zammit Clapp – servizz ta’ tabib — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn m'hemmx servizz ta' tabib fl-Isptar Zammit Clapp? Huwa minnu li r-residenti li jkollhom bżonn tabib iridu jħallsu €20 kull darba li jżurhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, għandu tabiba ingaġġata u allokata għal Zammit Clapp, li tagħmel iż-żjarat tagħha b’mod regolari. Dan is-servizz jingħata b'xejn mid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva.

Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratturi fil-Qasam tat-Tindif — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġu l-aħħar tenders biex jintgħażlu l-kuntratturi tax-xogħol ta’ tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Kemm hemm kuntratturi involuti fil-qasam tat-tindif f’dan il-post u kull kuntrattur kemm għandu ħaddiema miegħu fuq bażi full-time u part-time?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa qegħdin fl-aħħar fażijiet biex joħrog it-tender ġdid li jirrifletti l-aħħar bidliet fil-leġiżlazzjoni u li jindirizza l-bżonnijiet tar-Residenza. L-Onor. Interpellant għandha tapprezza li kull informazzjoni f'dan l-istadju tista' tippreġudika l-proċess.

Skejjel – nurses jew professjonisti mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom nurse jew professjonisti mediċi oħra permanenti biex jamministraw mediċini lit-tfal b’kundizzjonijiet ta’ saħħa bħall-epilessija, dijabete, ADHD, eċċ.?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda tibdil fis-sitwazzjoni fl-iskejjel f’dan ir-rigward minn kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25750.