Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6941 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Proġetti Kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti, inizjattivi u programmi kofinanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea saru f’Għawdex matul is-sena 2013? Jista’ jagħti lista tagħhom u kemm sewa kull proġett, inizjattiva jew programm?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jikklarifika l-miqstosija tiegħu u jagħmilha aktar speċifika billi l-maġġoranza tal-proġetti ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea huma mwettqa fuq medda ta’ snin.
Leg 12 PQ #6944 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur (Għawdex) – Triq Għajn Qasab – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur wara li sentejn ilu tlesta x-xogħol fuq l-ewwel parti ta’ din it-triq li twassal sal-bajja tar-Ramla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li għal issa ma hux ippjanat li jitkompla x-xogħol fuq it-tieni parti ta’ Triq Għajn Qasab fin-Nadur din is-sena.

ordnijiet tal-ħarsien u ordnijiet temporanji tal-ħarsien fuq tfal

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġu ordnijiet tal-ħarsien u ordnijiet temporanji tal-ħarsien fuq tfal matul is-sena 2013? Tista’ tagħti d-dettalji xahar b’xahar u l-etajiet ta’ dawn it-tfal? Tista’ tgħid kemm minn dawn it-tfal qegħdin fil-fostering, jew f’djar residenzjali, jew tagħti dettalji ta’ każijiet li saru arranġamenti oħra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Ħal Qormi — faċilità residenzjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta bdiet topera l-faċilità residenzjali f’Ħal-Qormi li hija mmirata għall-aħwa? Tista’ tgħid kemm gawdew aħwa s’issa mis-servizz ta’ dar residenzjali? Tista’ tgħid kemm kienu bniet u subien kif ukoll x’inhi l-età tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-facilita’ residenzjali f’Ħal-Qormi laqgħet l-ewwel resident (tifel) tagħha fit-28 ta’ Ottubru 2013. Fit-30 ta’ Ottubru, daħħlu zewġ aħwa ta’ dan it-tifel, u fis-6 ta’ Novembru daħħlu zewg itfal oħra li huma aħwa. Dawn it-tfal huma kollha subien għax dawk huma l-aħwa li l-ħaddiema socjali raw li l-aktar għandhom bzonn is-servizz. L-etajiet ta’ dawn it-tfal huma 13, 9, 8, 7 u 5. Mill-1 ta’ Dicembru beda iqatta’ tmiem il-gimgħa fil-facilita’ tifel ta’ 11-il sena u mit-8 ta’ Dicembru bdiet tingħaqad miegħu nhar ta’ Ħadd, oħtu ta’ 5 snin. Qed isir assessment ta’ dawn iz-zewġ itfal mill-ħaddiema socjali biex jaraw hux fl-aħjar interess tagħhom li jibdew jgħixu hemm fuq bazi permanenti. Sadanittant, fit-30 ta’ Dicembru kien hemm bzonn ta’ placement ta’ emergenza ta’ zewg subien ta’ 4 snin u sena u nofs għal-lejl wieħed.

Fondazzjoni tas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali — applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li rċeviet il-Fondazzjoni tas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali sabiex titmexxa d-dar residenzjali għat-tfal aħwa f’Ħal-Qormi? Tista’ tgħid x’inhuma r-rekwiżiti li kien hemm fis-sejħa li saret? Tista’ tgħid jekk il-persuna magħżula għandhiex dawk ir-rekwiżiti kollha li kien hemm fis-sejħa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

dar residenzjali għall-aħwa — impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed kopja tas-sejħa ta’ ingaġġ biex jiġu impjegati l-carers li qed jaħdmu fid-dar residenzjali għall-aħwa? Tista’ tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema? Tista’ tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ġew ingaggati erba’part-time workers u tmien postijiet ohra full-time. Huma għandhom salarju ta’ Grad 4 ( FSWS Collective Agreement Grade ). Care Workers’ Allowance ta’1,150 fis-sena kif ukoll xift allowance skond il-ftehim kollettiv. Ix-Xift jinkludi il-lejl.

dar residenzjali għall-aħwa – manual of procedures

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-project document tal-proġett tad-dar residenzjali tal-aħwa? Tista’ tqiegħed kopja tal-manual of procedures ta’ dan is-servizz residenzjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta gie identifikat il-post li kien se jilqa’ l-aħwa biex jittrabbew fih, setgħu jiġu stabbiliti il-parametri. Billi l-post huwa apartament li fih tlett kmamar tas-sodda, l-aħjar għat-tfal li jkunu qed joqgħodu hemm huwa li jkun hemm kamra tas-sodda għal kull familja. Il-massimu ta’ tfal li jista’ jilqa’ l-post huwa ta’ tmint’itfal. It-tfal se jkunu qed jgħixu hemm sakemm ma jkunx għall-aħjar tagħhom li jerġgħu lura mal-familja tagħhom. Allura, is-servizzi fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ li s-soltu jkunu qed ifittxu post fejn jistgħu joqgħodu t-tfal u zgħazagħ ġew avvicinati biex jiddentifikaw liema huma l-aħwa li l-aktar għandhom bzonn dan is-servizz. Saret laqgħa mas-servizzi biex jintgħazlu t-tfal u ġew identifikati 7 itfal. Meta l-ħaddiema socjali bdew iħejju t-tfal biex imorru jgħixu fl-apartament il-ġdid, waħda mit-tfal ma riedetx titlaq minn fejn kienet qed tgħix. Allura bdiet tiġi esplorata l-possibilita’ li jmorru zewgt aħwa oħra. Din ta’ l-aħħar hija sitwazzjoni delikata li għandha bzonn evalwazzjoni sewwa biex tittieħed decizjoni dwar jekk hux fl-aħjar interess ta’ dawn iz-zewgt aħwa li jgħixu flimkien ġewwa dan l-appartament. Il-manual of procedures huwa dokument li qed jiġi mfassal fuq il-Model Policies and Procedures for Out-of-Home Child Care ifformulati mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Socjali. Dan huwa dokument li l-ko-ordinatur tad-dar qiegħed jaħdem fuqu, flimkien mal-manager. Pero’ il-fatt li d-dar hija ġdida u ilha toppera biss tlett xhur ifisser li l-manual għadu qed jiġi fformulat. Sakemm ikun finalizzat, qed jintuzaw il-policies u proceduri ffurmulati minn Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Socjali. Barra minn hekk, fuq livell aktar wiesa, hemm numru ta’ proceduri li huma tal-Fondazzjoni kollha u li d-dar trid timxi fuqhom.

dar residenzjali għall-aħwa — operat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien it-taħriġ li ngħataw il-ħaddiema tad-dar residenzjali għat-tfal aħwa minn meta bdiet topera d-dar? Tista’ tgħid x’inhuma l-pjanijiet ta’ taħriġ li hemm imħejjija fix-xhur li ġejjin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-maġġoranza tal-ħaddiema full-time li bdew jaħdmu fid-dar residenzjali għat-tfal aħwa, 7, gew trasferiti, fuq talba tagħhom, mis-servizz tal-High Support li huwa servizz fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ li joffri attenzjoni individwali lil tfal bi sfidi specifici. Dawn kellhom esperjenza estensiva f’dan il-qasam u diga’ kienu ircevew ammont sostanzjali ta’ taħriġ mill-FSWS. Barra minn hekk, ħafna minnhom għandhom ukoll kwalifika akademika fil-qasam. Il-ħaddiema full-time l-oħra, li ukoll ġiet trasferita minn servizz ieħor tal-Appoġġ, hija ggradwata mill-Mcast fil-Health and Social Care. 1 mill-ħaddiema part-time li bdiet tahdem mad-dar ġiet trasferita internament, mill-qasam tad-dizabilta’, 2 huma gradwati fil-ħidma socjali u 1 fil-psikologija. Meta bdiet topera d-dar, il-ħaddiema kollha attendew taħriġ li kien ikopri il- policies u l-proceduri tad-dar, l-filosofija li biha ha timxi d-dar u x’inhu mistenni mill-ħaddiema. Dan kien taħriġ mqassam fuq 4 ijiem, 4 siegħat kull darba. Barra minn hekk, 2 ħaddiema attendew taħriġ fil- first aid u 2 fil- fire fighting. It-taħriġ li hemm ippjanat jinkludi taħriġ dwar l-izvillup tat-tfal u taħriġ ieħor li jgħin lill-ħaddiema iwettqu r-rwol tagħhom bl-aħjar mod possibli għal ġid tat-tfal. Il-ko-ordinatur, li huwa kkwalifikat fid- dramatherapy u għandu ħafna esperjenza fix-xogħol mat-tfal, ukoll jgħin lill-ħaddiema fuq livell individwali biex ikomplu jizvillupaw il-ħiliet tagħhom f’dan il-qasam.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #7068 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistqosija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7141 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli Lokali tar-reġjun t’Għawdex – skemi mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Kunsilli Lokali tar-reġjun t’Għawdex ibbenefikaw minn fondi taħt skemi li ġew imnedija mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali mill-1 ta’ April 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2013? Jista’ jgħid mil-liema skema kull kunsill ibbenefika u kemm ħa fondi taħt kull skema?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7142 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali tax-Xagħra (Għawdex) – kuntratti ta’ servizz

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6799, jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u ċioè min ħa l-kuntratti tas-servizz li ta l-Kunsill Lokali tax-Xagħra u kemm huwa l-ħlas għal kull persuna li ħadet dawn il-kuntratti ta’ servizz?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gas pipeline bejn Malta u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istudju dwar il-viabilità tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija? Liema kumpanija/i qed twettaq/iwettqu x-xogħol fuq dan l-istudju? Meta hu previst li jkun lest? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Kemm mill-istudju se jkun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq l-istudju dwar il-viabilita’ tal-gas pipeline bejn Malta u Sqallija miexi kif previst. Il-kumpanija DSG Consulting Ltd qed twettaq ix-xogħol fuq dan l-istudju u previst li jkun lest fl-2014. Nofs l-ispejjeż tal-istudju huwa ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Gas pipeline bejn Malta u Sqallija

Question

Ġaladarba d-direttur tal-kumpanija Maltija, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandha sehem ta’ 30% fil-consortium li rebħet it-tender għall-istallazzjoni ta’ LNG Terminal, il-power purchase agreement u l-ħażna ta’ gass, li skont il-ġurnal The Times of Malta fl-14 t’Ottubru 2013 kien diġà qal li “the specialised storage ship has already been contracted”, u issa l-Gvern iffinalizza ma’ dan il-consortium, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-vapur li ġie kkuntratjat, fejn hu rreġistrat u meta inbena dan il-vapur? Jista’ jipprovdi visual ta’ dan il-vapur u l-qisien tiegħu? Jista’ jgħid jekk il-bastiment hux self-propelled?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.

Smart meters — inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li għaddejja inkjesta dwar tbagħbis ta' smart meters? Jekk iva meta nbdiet din l-inkjesta u min qed imexxi din l-inkjesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn żmien għal żmien, tasal għand l-Enemalta informazzjoni dwar allegat serq ta’ elettriku jew xi forma ta’ abbuż ieħor. Dawn il-każi jkunu investigati mis-Sezzjoni tal-Internal Audit flimkien ma’ sezzjonijiet oħrajn tal-Korporazzjoni.

Renewables policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta r-renewables policy,peress li l-ewwel kien iddikjara li din se tkun lesta sa Settembru 2013 u mbagħad qal sa Diċembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-renewables policy qiegħdha fi stadju avvanzat u bħalissa l-Ministeru qiegħed fil-fażi li jikkonsulta ma’ dawk kollha nvoluti qabel tkun approvata u tkun konformi ma’ l-istreteġiji u l-politika stabbilita’ mill-Gvern.

Panelli Fotovoltaiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’interess kien hemm fuq l-expression of interest maħruġa mill-Gvern għal spazji privati għall-panelli fotovoltaiċi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm interess mis-settur privat għar-Request for Information (MECW & MEPA). L-akbar interess kien fuq barrieri eżawriti u soqfa kbar.