Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta' Kordin – vann bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala wieħed mill-prison vans tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għadu, u ilu ġimgħat sħaħ, wieqaf bil-ħsara?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hija ¿baljata pero jekk irrid l-Onorevoli Interpellant , nista ngħid lil awtoritajiet tal-ħabs jiprovdulu elenku ta’ l-affarijiet kollha li ma’ kinux jaħdmu l-ħabs fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, inkluż affarijiet indispensabbli għas-Sigurtà fil-Facilita, bħal ma huma CCTV cameras.

Inmates bi problema tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala s-SATU fl-Imtaħleb, essenzjali għall-inmates li jridu jfiequ mill-problema tad-droga jew problemi simili, għadu vojt b’uffiċjali biss stazzjonati hemmhekk, minkejja li r-refurbishment tiegħu ilu li tlesta diversi xhur?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jitfixkel ma’ żminijiet ta’ amministrazzjoni preċedenti, fejn is-SATU għamlet sena u nofs vojta u ma’ tintużax. B’differenza, il-unit tas-SATU fl-Imtaħleb bħalissa mhux qiegħda mitluqa iżda qed tintuża bħala s-sezzjoni tal-YOURS li wara ħafna żmien inħarġet mill-Facilita Korrettiva ta' Kordin. Din is-sistemazzjoni hija waħda temporanja sakemm tinbena il-Facilita l-ġdida tal-YOURS ħdejn is-SATU. Hekk kif is-sezzjoni taż-żghażagh titlesta, il-Unit tas-SATU terġa tibda' topera bħala program ta' terapija għal dawk ir-residenti li għandhom problema ta' addiction.
Leg 12 PQ #3412 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċini out of stock — Xanax

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Xanax ilha out of stock ġimgħat sħaħ, inkluż mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li din il-mediċina qatt ma’kienet out of stock.

AFM – suldati stazzjonati mal-Ministeri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il suldat mill-Forzi Armati ta’ Malta hemm stazzjonati mal-Ministeri bħalissa u kemm kien hemm qabel id-9 ta’ Marzu 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li tmien suldati mill-Forzi Armati ta’ Malta huma stazzjonati mal-Ministeri bħalissa. Ma kien hemm l-ebda suldat stazzjonat qabel id-9 ta’ Marzu 2013.

AFM – suldati stazzjonati mal-Ministeri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Ministeru għandu stazzjonati miegħu, jew fih, suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali għandu stazzjonati miegħu żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Leg 12 PQ #6512 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item 16, Vot Nru 47 - Allowances

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5923, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u l-workings kollha għall-qabża ta’ 18% (aktar minn €8 miljuni) fl-allowances ivvutati f’Line Item 16 taħt Vot Nru 47 bit-titlu allowances (Estimi 2014: paġna 317)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li ż-żieda ta’ € 8.074 miljuni vvutati taħt Line Item 16 hija primarjament r-riżultat ta’ Sectoral Agreements li ġew iffirmati fl-ewwel kwart tas-sena 2013. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ddetalljata.
Leg 12 PQ #6513 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 6029 – Vot Nru 47 – Mental Health Services

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5924, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 6029 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Mental Health Services (Estimi 2014: paġna 319) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €26,500,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ta kif ser jkun imqassam il-budget ta’ €26,500,000.
Leg 12 PQ #6514 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 6771, Vot Nru 47 – Karin Grech Rehabilitation Committee

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5925, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 6771 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Committee (Estimi 2014: paġna 319) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €12,000,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-ippjanar ta’ l-infieq li jammonta € 12,000,000 għall-Isptar Karen Grech.
Leg 12 PQ #6515 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7001 – Vot Nru XVI Capital - ICT

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5926, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7001 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu ICT (Estimi 2014: paġna 329) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €1,880,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ € 1,880,000.
Leg 12 PQ #6516 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Line Item Nru 7801, Vot Nru XVI Capital – EU Structural Funds 2007-2013

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5927, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7801 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – EU Funds (A) (Estimi 2014: paġna 329) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €35,160,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. Dawn il-fondi jkopru l-porzjon ta’ fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropeja għal 2014 biss.
Leg 12 PQ #6517 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7901, Vot Nru XVI Capital - EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5928, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7901 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu EU Structural Funds 2007-2013 – Malta Funds (A) (Estimi 2014: paġna 318) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €14,715,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ddettaljata.

Kottonera – proġetti ta’ water culvert

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ipprogrammat li jsiru proġetti relatati ma’ water culvert fil-Kottonera biex tiġi mtaffija sitwazzjonijiet ta' għarar f'diversi żoni ta' dawn il-lokalitajiet? Fejn se jsiru dawn il-water culverts? Kemm ġejjin jiswew dawn il-proġetti, wieħed wieħed? Meta hemm il-ħsieb li jibdew u jispiċċaw dawn il-proġetti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika fejn se jsiru interventi f'dan is-sens fil-Kottonera?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-proġett relatat ma’ storm water culverts fil-Kottonera hu dak marbut mal-proġett tal-Baċir Nru 1 f’Bormla. Dan il-proġett jinkludi sistema ġdida ta’ culverts u titjib f’dik eżistenti fl-inħawi li jkopru Triq Santa Tereża, Piazza Gavino Gulia u toroq oħrajn fl-inħawi kif muri fi-site plan li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra (site plan A). Barra dan sar titjib u tindif fis-sistema tal-culverts f’Triq ix-Xatt ta’ Bormla, biswit il-Bacir Nru.1. Saret ukoll manutenzjoni u tindif ta’ storm water culvert fix-Xatt tal- Kalkara biex jiġu eliminati problemi ta’ għarar mix-xita. Huwa stmat li x-xogħol f’Pjazza Gavino Gulia ġie jiswa madwar 123,700Euros filwaqt li ta’ Triq ix-Xatt s’issa ġie jiswa madwar 60,720 Euros. F’dan il-każ għad jonqos xi xogħolijiet ta’ reinstatement. Dan ix-xogħol tlesta bħala parti mill-ewwel fażi tal- Proġett tal-Baċir Nru.1. Inżid ukoll li hemm pjanat xogħol fi Triq San Nikola Bormla, fiż-żona magħrufha ta’ Verdala. Hawnhekk ser tittaffa l-problema ta’ għargħar billi ser isir upgrade u manutenzjoni tal- culverts li hemm, dan flimkien ma’ manutenzjoni w użu mill-ġdid ta’ infrastruttura oħra eżistenti. L-ispiża għal dan ix-xogħol għadha qiegħda tiġi ppreparata, filwaqt li site plan taż-żona fejn ser isir ix-xogħol qed titpoġġa ukoll fuq il-mejda tal-kamra ( site plan B).

Konsenja ta’ bendy buses

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5623, jista’ l-Ministru jikkonferma li dak li qal li l-ftehim biex jiżdiedu l-bendy buses sar qabel l-elezzjoni kienet biss allegazzjoni peress li mid-dokumenti li hu stess poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jirriżulta li l-ftehim sar sena qabel, u n-numru nbidel minn 50 fil-kuntratt oriġinali għal 67, jiġifieri lanqas ma kien xi żieda fenomenali kif dejjem ipprova jagħti l-impressjoni l-Ministru, dan anke fid-dawl li hu stess qal li dan sar wara li saru diversi tibdiliet fir-rotot kemm fl-2011 u kemm fl-2012?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fil-mistoqsija tiegħu stess qiegħed jikkonferma dak li sostnejt jiena u li fil-fatt kien hemm żieda fin-numru ta’ bendy buses. Ninfurmah ukoll li fir-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5623 kont diġa’ irrispondejt id-domanda, u għaldaqstant ma baqali xejn aktar x’inżid.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni li għaddewli, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li d- Direct Orders kollha li ingħataw minn Transport Malta qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma ingħataw l-ebda Direct Orders mill- GHRC fil-perjodu msemmi. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7046 fejn ġiet ippubblikata lista sħiħa ta’ Direct Orders li ingħataw mill-entitajiet u korporazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi bejn l-2004 u l-2013 liema informazzjoni qiegħda wkoll terġa titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6925 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6377. L-informazzjoni mit-30 ta’ Novembru 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014 tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d- direct orders li ngħataw huma mill-KNPD b’xiri ta’ Toyota Yaris għall-użu tad-Direttur Eżekuttiv u xogħol ieħor tal-KNPD u kif ukoll mill-Awtorita’ tad-Djar li l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Subject Type (Works/Supply/Service Approved on Repairs at Blk 3, Pjazza ES Tonna, Floriana Works 09/05/13 Repair works at Garages in Triq Dun Frans Camilleri, Hamrun Works 06/08/13 Repair works at Garages in Triq Dun Frans Camilleri, Hamrun Works 06/08/13 Direct Order for Legal and Consultancy Services - Dr. Josef Masini Vento Services 26/11/13
Leg 12 PQ #6940 Sitting 113 2014-01-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati li bbenefikaw minn miżuri family friendly

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati nisa u rġiel fid-dipartiment jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li matul is-sena 2013 ibbenefikaw minn xi miżura family friendly? Liema kienu dawn il-miżuri family friendly li bbenefikaw minnhom dawn l-impjegati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.