Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6523 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – spiża medja ta’ kull sodda

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5661, jista’ l-Ministru jagħti l-ispiża medja ta’ kull sodda (average cost per bed) ta’ kull sala u jagħti l-workings relatati ta’ kif jiġu allokati l­-overheads?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 6929 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Ara dokument Nru. 2264 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 116 tat-Tlieta, 4 ta' Frar 2014
Leg 12 PQ #6930 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #6932 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Djar residenzjali f’Santa Venera u r-Rabat — kiri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati li kienet qed tagħmel dwar il-kirjiet ta’ żewġt idjar residenzjali f’Santa Venera u r-Rabat? Tista’ tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet il-ġodda tal-kiri għal dawn iż-żewġt idjar? Tista’ tgħid meta huwa ppjanat li jiftħu dawn id-djar? X’servizzi se jingħataw minn dawn iż-żewġt idjar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Memorandum of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li l-Gvern Malti ffirma mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament permezz tas-sussidjarja tagħha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tip ta’ informazzjoni li qed jitlob tingħata fil-ħin opportun.
Leg 12 PQ #7088 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persons of trust

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6887 u jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu mid-9 ta' Marzu 2013 sad-9 ta' Jannar 2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7158 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gradi maniġerjali – pagi u allowances

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l-pagi u l-allowances ta' persuni fi gradi maniġerjali (minn ekwivalenti f'paga ta' Grad 7 'l fuq) fis-Servizz Pubbliku u f'entitajiet tas-settur pubbliku frott deċiżjonijiet li ttieħdu bejn l-14 ta' Ottubru 2012 u l-11 ta' Marzu 2013? Jista’ jagħti break down ta' dawn iż-żidiet f'termini ta' dipartimenti tas-Servizz Pubbliku u entitajiet individwali tas-settur pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Leg 12 PQ #7159 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gradi maniġerjali – kuntratti rinegozjati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rinegozjati kuntratti fi gradi maniġerjali (minn ekwivalenti f'paga ta' Grad 7 taċ-Ċivil 'l fuq) f'entitajiet tas-settur pubbliku bejn l-14 ta' Ottubru 2012 u l-11 ta' Marzu 2013? Jista’ jagħti break down ta' dawn il-kuntratti f'termini ta' entitajiet individwali tas-settur pubbliku? Jista’ jindika liema elementi tal-kuntratt ġew rinegozjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Karta tal-Identità – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal tiġdid tal-karta tal-identità tal-persuna ta' Nazzjonalità Taljana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li skond l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti Oħra tal-Identità (Kap 258), m’għadhomx jinħarġu karti ta’ l-identita lill-barrnin iżda d-dokument ta’ residenza li jinħariġlu jista jintuża bħala dokument ta’ identifikazzjoni. Il-persuna ikkonċernata issottomettiet l-applikazzjoni iżda ma bgħatitx id-dokumenti kollha. Hija diġa kienet ġiet mgħarrfa b’din it-talba.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista' l-Ministru tara' li ssir xi ħaġa sabiex post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, mikri lil persuna li tinsab rikoverata għall-perjodu twil l-isptar, jiġi mnaddaf u dan peress li minnu qed joħorgu kwantità ta' firien b'detriment għall-familji li joqogħdu viċin?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-propjeta’ in kwestjoni hija tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex il-pussess vakanti ta’ dan il-fond peress li ċ-ċwievet għadhom għand l-inkwilin legali. L-Awtorita’ m’għandha l-ebda aċċess għal dan il-post.

Skejjel – studenti assenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li kienu assenti għal aktar minn tlett ijiem konsekuttivi u jgħid għal kull każ kemm fallew matul is-sena skolastika li għaddiet maqsuma skont skejjel primarji u sekondarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Geneva — Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida fl-Ambaxxata ta’ Geneva u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Geneva kienet qed tiġi mikrija (leased) u kienet fi stadju li l-kuntratt irid jiġi mġedded. Dan il-Ministeru segwa l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi, fejn sar eżerċizzju sabiex issir deċiżjoni jekk jiġix mġedded il-kuntratt tal-kiri jew inkella tinxtara karozza. Għalhekk wara li sar dan l-eżerċizzju, l-Ministeru tal-Finanzi ddeċieda illi aħjar tinxtara karozza ġdida milli terġa tinkera. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Washington — Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida għall-Ambaxxata ta’ Washington u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Washington kienet qed tiġi mikrija (leased) u kienet fi stadju li l-kuntratt irid jiġi mġedded. Dan il-Ministeru segwa l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi, fejn sar eżerċizzju sabiex issir deċiżjoni jekk jiġix mġedded il-kuntratt tal-kiri jew inkella tinxtara karozza. Għalhekk wara li sar dan l-eżerċizzju, l-Ministeru tal-Finanzi ddeċieda illi aħjar tinxtara karozza ġdida milli terġa tinkera. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Warsaw — Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida għall-Ambaxxata ta’ Warsaw u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Warsaw kellha tiġi mibdula minħabba l-mileage li kellha, u l-fatt li kienet antika. Din kienet teħtieġ tiswijiet estensivi fuq il-magna u b'hekk kienet teħtieġ spejjeż kbar sabiex din tkun fi stat tajjeb. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Washington — Ambaxxata Maltija - tneħħija ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienu s-siġar tant hazardous li tneħħew mir-residenza tal-Ambaxxata Maltija f’Washington u jista' jinforma lill-Kamra kemm intefaq sabiex jitneħħew?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi numru ta' siġar madwar ir-Residenza tal-Ambaxxatur ta' Malta ġewwa Washington kellhom jitneħħew jew jinżabru wara li waħda mis-siġar waqgħet viċin ħafna tar-Residenza matul maltempata tas-silġ qalila fil-bidu ta' Diċembru 2013. Fid-dawl ta' dan l-inċident, saret spezzjoni minn esperti fil-qasam, flimkien mal-Kunsill tad-Distrett ta' Kolumbia, sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi periklu addizzjonali ta' inċidenti simili fil-futur. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li numru ta' siġar kienu jeħtieġu li jitneħħew jew jinżabru sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' ħsara lill-proprjeta' jew korriment personali. L-ispiża totali ta' dawn ix-xogħolijiet ammontat għal madwar €9,889.86.
Leg 12 PQ #7260 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget 2014 – kampanja pubbliċitarja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm swiet b’kollox il-kampanja pubbliċitarja dwar il-Budget 2014? Jista’ jagħti spjegazzjoni ta’ kif intefaq dan l-ammont? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender u min ingħata x-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #7261 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Titolu ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux proprjetà tal-Gvern? Jekk iva, b’liema titolu qiegħed f’idejn il-Partit Laburista?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-post li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament huwa propjeta tal-Gvern u qiegħed b’titlu ta’ kera f’idejn il-Partit Laburista . Niġbed l-attenzjoni li s-sistema kompjutterizata ma tellgħetx l-informazzjoni fl-ewwel riċerka li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7111..

San Pawl il-Baħar – Triq il-Milord — bozza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga talba għal bozza ġdida li għadha pendenti, (in-notification number qed jintbagħat separatament) fi Triq il-Milord, limiti ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar meta saret it-talba għal din il-bozza, u xi żviluppi seħħew minn meta saret din it-talba sal-lum? Meta hu mistenni li titwaħħal din il-bozza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-lampa ġiet approvata mill-Korporazzjoni Enemalta. Kif il-Kunsill Lokali kkonċernat jinstalla l-bozza u jissottometti applikazzjoni, Form STL, lill-Korporazzjoni Enemalta, din il-bozza tkun tista’ tiġi mqabbda mas-sistema tal-elettriku.