Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7505 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Palazz tal-Inkwiżitur — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7506 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Forti Rinella — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru il-Forti Rinella f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-snin 2011, 2012 u 2013 kif provduta minn Fondazzjoni Wirt Artna li tieħu ħsieb il-Forti Rinella. Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni Wirt Artna bdiet iżżomm statistika b’sistema elettronika mill-2011 u għaldaqstant l-informazzjoni għas-snin preċedenti għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #7507 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Għar Dalam — Turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Għar Dalam u l-mużew tiegħu f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7508 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — segretarjat privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi rwol jaqdi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' jagħti d-dettalji dwar kif saret l-għażla? Jista' jgħid x'rabta kellu ma pajjiżna qabel l-ingaġġ tiegħu mas-segretarjat privat tal-Prim Ministru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-persuna li jagħmel riferenza għalih fil-mistoqsija tiegħu mhux membru tas-Segretarjat Privat tiegħi

Liċenzji tal-casinos — konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma d-ditti li ġew magħżula bħala konsulenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-casinos u għal proġett tal-maritime hub? X'esperjenza għandhom dawn id-ditti f'dan il-qasam? Jista' jgħid jekk dawn id-ditti tefgħux l-irħas offerta? Min għamel l-għażla tal-konsulenti? Jista' jispjega fuq liema bażi ntgħażlu l-konsulenti?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri: 2879 u 4603.

Konferenza tal-European Broadcasting Union – pulizija biċ-ċertifikat ta’ food handler

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija, li sajjar u serva l-ikel għall-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 fl-okkażjoni tal-konferenza tal-European Broadcasting Union kellu ċertifikat ta’ food handler maħruġ mill-Food Safety Commission?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi, l-membri tal-Korp li sajjru jew servew l-ikel fl-okkazzjoni imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kellhom ic-certifikati meħtiega.
Leg 12 PQ #3416 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – professjoni ta’ food handling

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-iskop li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi jgħallem dwar il-professjoni tal-food handling? Jikkonferma li l-osservanza tar-regolamenti dwar food handling huma essenzjali għall-industrija tat-turiżmu f’pajjiżna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li kull persuna li tipprepara, isservi jew tbiegħ ikel u xorb għal konsum trid tkun fil-pussess ta’ food handler’s licence, l-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi joffri tagħlim f’dan il-qasam. Dwar it-tieni mistoqsija, ir-risposta hija fl-affermattiv.

Food Safety Act – ksur ta’ liġi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li minn issa ’l quddiem il-pulizija mhux se jibqgħu joħorġu akkużi fuq ksur tal-Food Safety Act?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-pulizija toħroġ akkużi għall ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar Sigurta fl-ikel jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu, fuq ir-rapport tal-awtorita tas-saħħa. Għalissa ma’ hemm l-ebda ħsieb li din il-proċedura tinbidel
Leg 12 PQ #3418 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Avviż Legali 178 tal-2001

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal min japplika l-Avviż Legali 178 tal-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 137 u 426 tal-2007?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Avviz Legali 178 tal-2001 jirregola r-reġistrazzjoni tal- Food Handlers li skont it-tieni regolament tal-istess Att jiddefinixi l-Food Handlers bħala kull min ikun involut fil-preparazzjoni manifatturata u trattament skond l-Att f’xi negozju ta’l-ikel, sew jekk għal profitt sew jekk le, u li jimmaniġja jew jipprepara ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-maniġġ ta’l-ikel għandu jiftiehem skond hekk. L-Avviz Legali 137 tal-2007 mill-banda l-oħra jirreferi tas-Supretendent fir-regolamenti prinċipali li għandha tinftiehem bħala referenza għal Kummissjoni għas-sigurta fl-ikel.

Avviż Legali 178 tal-2001

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali 178 tal-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 137 u 426 tal-2007 ġiex osservat mill-Korp tal-Pulizija qabel u waqt l-ikla tal-Palazz tal-Girgenti tal-Ħamis 27 ta’ Ġunju 2013 fejn Pulizija sajru u servew l-ikel?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-avviżi legali msemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew osservati.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – xogħlijiet fuq l-Uffiċċju tal-Aġent Direttur

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotes li ntalbu għax-xogħol kollu li qed isir fl-Uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin inkluż tal-madum?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ċensura fuq logħob elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jekk teżistix xi forma ta' ċensura fuq logħob elettroniku li jista' jkun meqjus bħala vjolenti jew għandu messaġġ vjolenti speċjalment għat-tfal? Fid-dawl ta' dan kollu, jeżisti xi tip ta' kontroll?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bord tal-Koperattivi — ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħatriet saru fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi minn Marzu 2013 ’l hawn? Kif inħatru dawn l-uffiċjali? Meta saret is-sejħa għall-ħatra f’dawn l-impjiegi? Kemm kien hemm applikanti? Min huma l-persuni li ġew ingaġġati? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta ma’ kull pożizzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5635.

Bord tal-Koperattivi — administration manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ġie appuntat administration manager fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi? Kif inħatret din il-persuna? Meta saret il-call for applications? Kemm kien hemm applikanti? X’kundizzjonijiet u ħlasijiet hemm marbuta mal-pożizzjoni ta’ administration manager? X’kwalifiki u esperjenza għandha f’dan il-qasam il-persuna maħtura?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-persuna maħtura fl-uffiċċju tal-Bord tal-Koperattivi bħala Administratiuon Manager Designate għandha esperjenza Legali, Masters fil-liġi Ewropeja u esperjenza ta' organizzazzjoni. ( Aktar informazzjoni ingħatat dokument Nru 2345 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 121 tat-Tlieta, 18 ta’ Frar 2014)
Leg 12 PQ #6518 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Sptar Mater Dei – Line Item Nru 7222, Vot Nru XVI Capital – Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipments

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5929, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid għalxiex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għall-faċilitajiet, xogħol u apparat fl-Isptar Mater Dei taħt Line Item Nru 7222 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’6%?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ammont allokat għall-faċilitajiet, xogħol u apparat fl-Isptar Mater Dei taħt Line Item Nru 7222 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mater Dei Hospital – Facilities, works and equipments huwa bbażżat fuq eżercizzju ta prijorita klinika li jiġi determinat minn kumitat responsabbli għal dan ix-xiri ġo Mater Dei Hospital. Kif kienet u għaddha l-prassi, dan il-kumitat jieħu nkonsiderazzjoni ukoll apparat mediku li qed jiġi ffinanzjat minn fondi Ewropej.
Leg 12 PQ #6519 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7170, Vot Nru XVI Capital bit-titlu – Karin Grech Rehabilitation Centre

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5930, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid għalxiex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fiċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech taħt Line Item Nru 7170 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Centre – Upgrading works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’21%?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fiċ-Ċentru ta’ Riabilitazzjoni Karin Grech taħt il-Line Item Nru 7170 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Centre - Upgrading works and Equipment ġie kkompilat fuq lista ta’ proġetti kapitali kkunsidrati verament neċessarji għas-sena 2014 kif ukoll immaniġjar aħjar tax-xogħlijiet kapitali li jrażżnu nfiq fuq overtime u xiri b’valur miżjud. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella ddetaljata.
Leg 12 PQ #6520 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7137,Vot Nru XVI Capital bit-titlu – Karin Grech Rehabilitation Centre

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5931, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid għalxiex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ bini, upgrading u apparat fiċ-Ċentri tas-Saħħa taħt Line Item Nru 7137 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Improvements to buildings and equipment at Health Care Centres (Estimi 2014: paġna 330) b’60%?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Insaqsi lill-Onorevoli Membru jiklarifika għal liema Line Item Kapitali qed jirreferi minħabba l-fatt li t-titolu ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari jirreferi għal Kapitali ta’ Karin Grech Rehabilitation Centre filwaqt li l-mistoqsija ssemmi l-ammont kapitali allokat għaċ-Ċentri tas-Saħħa.
Leg 12 PQ #6521 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item 7172, Vot Nru XVI Capital – Mount Carmel Hospital – Upgrading Works and Equipment

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5932, minħabba li t-tweġiba mogħtija m’għandha x’taqsam xejn mal-mistoqsija, jista’ l-Ministru jgħid għalxiex qiegħed inaqqas l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u apparat fl-Isptar Monte Karmeli taħt Line Item Nru 7172 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu Mount Carmel Hospital – Upgrading works and equipment (Estimi 2014: paġna 330) b’25%?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ammont allokat għax-xogħlijiet ta’ upgrading u l-apparat fl-Isptar Mount Carmel taħt Line Item 7172 taħt Vot Nru XVI Capital titlu Mount Carmel Hospital - Upgrading Works and Equipment ġie kkompilat abbazi ta eżerċizzju li jiffokka fuq prijoritajiet kapitali neċessarji għall-isptar fis-sena 2014. Is-somma tieħu nkonsiderazzjoni wkoll xiri b’aktar għaqal u stimi ta’ xogħol b’valur miżjud.
Leg 12 PQ #6522 Sitting 114 2014-01-29 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma ċ-ċirkostanzi li fihom pazjent li jkun rikoverat fl-Isptar Mater Dei għal perijodu ta’ żmien, tibda tinqatagħlu parti mill-pensjoni tiegħu/tagħha? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti jew l-avviż legali li jirregola dan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li meta pazjent ikun rikoverat fl-isptar Mater Dei għal perjodu ta’ zmien jigi meqjus bhala Long Term Care Patient u dan jigi deciż mill-Konsulent tal-istess pazjent. Għaldaqstant tibda tinaqata parti mill-pensjoni tal-pazjent. Qed inpoggi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-Avvizi Legali għall-informazzjoni tal-Onorevoli Membru