Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ex Malta National Laboratory — likwidazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħd fejn waslet il-likwidazzjoni tal-ex- Malta National Laboratory? Jekk din għadha ma saritx, għalfejn ma saritx u x’qed iżomm milli din issir?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-likwidazzjoni għadu għaddej. Bħalissa qed isir l-awditjar tal-'accounts' tal-Malta National Laboratory. Wara dan il-likwidatur ikompli bix-xogħol tiegħu. F'dan l-istadju mhux magħruf meta l-likwidatur mistenni jikonkludi l-likwidazzjoni.

MCCAA – ċertifikazzjoni ta’ standard internazzjonali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7276, tista’ l-Ministru tgħid meta sar l-aħħar awditjar tal-ISO 9001 mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li hija l-entità akkreditata li tiċċertifika għall-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar awditjar tal-kumpanija msemmija sar fil-11 ta’ Marzu 2013. L-awditjar li jmiss għandu jsir f’Marzu li ġej.

Nefqa fuq vjaġġi barra minn Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet is-somma li ntefqet fi vjaġġi barra minn Malta matul l-2013 liema ċifra għandha tinkludi wkoll in-nefqa fi trasport, per diem, assikurazzjoni tal-ivvjaġġar, parkeġġ u spejjeż oħra relatati ma’ dawn il-vjaġġi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili matul is-sena 2013 nefaq is-somma ta’ tletin elf, erba’ mija u tlieta u erbgħin ewro (30,443 ewro) fuq safar.
Leg 12 PQ #7467 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Deheb depositat fil-Monte di Pietà

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u jistax jinforma lill-Kamra liema hu l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u li ma nġabarax sal-aħħar tas-sena li għaddiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant li sa l-aħħar tal-2013 kien hemm 3,463 depositu ta’ deheb taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietaˋ u l-aktar depositu ta’ rahan li ngħata u li għadu veljanti u li ma nġabarx ilu minn 1981.
Leg 12 PQ #7468 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-ambaxxaturi li ltaqa’ magħhomtul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss? Jekk kienx mistieden għand dawn l-ambaxxaturi u jekk iva, min akkumpanjah?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant illi l- Ministru ltaqa ma l-ambaxxaturi ta’ dawn il–pajjizi li magħhom ġew diskussi affarijiet ta’ natura bilaterali. USA Ambassador British High Commissioner Austrian Ambassador Ambassador of the Kingdom of the Netherlands Ambassador of the Kingdom of Spain The Ambassador of the People’s Republic of China High Commissioner of the Commonwealth of Australia Charge d’Affairs –Libya Ambassador of the Federal Republic of Germany Ambassador of the Republic of Sudan Ambassador of the Republic of Poland Dawn l–Ambaxxaturi ltaqghu mal–Ministru għall-Finanzi fl – uffiċċju tieghu fil Belt Valletta. Minnbarra stediniet regolari li jsiru fl- Ambaxxati residenti f’Malta fil Jum Nazzjonali ta pajji¿hom il- Ministru ukoll kien taha Pre¿entazzjoni lil Ambaxxaturi residenti f ‘Malta fl Ambassador Circle Working Breakfast fl- Ambaxxata Taljana fit 18 ta Lulju.
Leg 12 PQ #7469 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Laqgħat ma’ ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-ambaxxaturi li ltaqa’ magħhom tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru sitt laqgħat ma’ ambaxxaturi u kienu kollha laqgħat ta’ kortezija.
Leg 12 PQ #7470 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi (Għawdex) stat tat-Torri ta’ de Redin

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stat jinsab t-torri ta’ de Redin ġewwa x-Xlendi u jekk hemm bżonn ta’ tiswijiet jistax jindika x’inhuma u meta se jsiru?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma — Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu l-ambaxxaturi li ltaqa’magħhom tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kelli żjarat ta’ korteżija mal-Kummissarju Indjan u Ingliż, l-Ambaxxaturi taċ-Ċina, tal-Amerika, tal-Iżvezja, tal-Italja, ta’ Iżrael, tat-Tuneżija, Spanja, l-Ġermanja u l-Olanda.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Laqgħat ma’ Ambaxxaturi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jinforma lill-Kamra ma’ liema ambaxxaturi ltaqa’ tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika x’ġie diskuss?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li matul il-perjodu konċernat ltqajt fost l-oħrajn mal-ambaxxaturi ta’ l-Istati Uniti, Spanja, Tune¿ija, Russja, Ċina, Libja, Polonja, Svezja, Olanda, Svizzera u l-Ġermanja. Ltqajt ukoll mal- High Commissioners ta’ Ċipru, United Kingdom, New Zealand w l- Awstralja. F’dawn il-laqgħat ġew diskussa oqsma ta’ natura bilaterali u temi oħra Ewropej u internazzjonali.
Leg 12 PQ #7479 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħ'Attard — Triq Santa Katerina - camera

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7246, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija dwar il-camera li tinsab fi Triq SAnta Katerina f'Ħ'Attard fejn il-Maypole? Jista' l-Ministru jivverfika l-operat ta' din il-camera?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali li l-camera li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant titħaddem b’mod manwali billi persuna tara dak li jseħħ mill-iscreen u toħroġ kontravenzjoni għal kull abbużż li tara. Intant infurmat li la r-Reġjun Ċentrali u lanqas l-Uffiċċjal Awtorizzat ma rċivew xi allegazzjoni ta’ abbuż relatat mal-camera msemmija. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b’xi abbuż partikolari nistiednu jgħaddili d-dettalji ħalli d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jkun jista’ jinvestiga l-każ.
Leg 12 PQ #7480 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studenti gradwati fil-BSc Applied Biomedical Science

Question

Peress li kien hemm grupp imdaqqas li ggradwaw fil-BSc Applied Biomedical Science fl-2013 u grupp iżgħar li ggradwaw fl-2012 u peress li dawn s’issa għadhom bla impjieg minkejja li l-kollegi tagħhom f’korsijiet relatati mas-saħħa kollha ġew impjegati, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta dawn il-gradwati se jsiru tal-post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #7481 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Studenti gradwati fil-BSc Applied Biomedical Science

Question

Peress li kien hemm grupp imdaqqas li ggradwaw fil-BSc Applied Biomedical Science fit-2013 u grupp iżgħar li ggradwaw fl-2012 u peress li dawn s’issa għadhom bla impjieg minkejja li l-kollegi tagħhom f’korsijiet relatati mas-saħħa kollha ġew impjegati, jista’ l-Ministru jgħid meta dawn il-gradwati se jsiru tal-post?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi saret rakkomandazzjoni għall-ingaġġ ta’ persuni fil-grad ta’ Allied Health Practitioner (Medical Laboratory Science).

Kumpanija li tinvesti f’co-productions ta’ films

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 7301, jista’ l-Ministru jippreċiża min huwa d-direttur tal-kumpanija li twaqqfet jew se titwaqqaf? Jista’ jwieġeb ukoll il-parti l-oħra tal-mistoqsija u jgħid jekk parti minn dan il-fond intefaqx jew ġiex committed u jekk dan sarx wara sejħa pubblika?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellan li il-kumpanija għada ma twaqqfitx. Sa issa saru laqgħat ta’ diskussjoni mal-MIMCOL sabiex ikun stabillit eżatt x’se jkun l-irwol tal-kumpanija. Għadu ma ġiex stabillit min se jkunu d-diretturi ta’ din il-kumpanija. Dan il-fond la intefaq u lanqas ġie ‘committed’.
Leg 12 PQ #7488 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – top management positions

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema huma t-top management posts li qed jirreferi għalihom.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — top management positions

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ uffiċjali li l-kuntratt tagħhom skada u uffiċċjal ieħor li ġie assenjat responsibilitajiet ġodda fi ħdan l-istess Ministeru. Intant tlett uffiċċjali, li kienu diġa impjegati tal-Gvern, ġew appuntati f’top managment positions. F’każ li l-Onor. Interpellant jixtieq aktar informazzjoni jiena lest li ngħaddihilu b’mod privat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza.
Leg 12 PQ #7491 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (VELLA, KARMENU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema 'management positions' qed jagħmel referenza għalihom.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. interpellant jispeċifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza għalihom.
Leg 12 PQ #7503 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħaġar Qim — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Ħaġar Qim f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7504 Sitting 115 2014-02-03 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Tempji tal-Imnajdra — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru it-Tempji tal-Imnajdra f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.