Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-istores tal-mediċini fil-Marsa? Veru li qed jingħad li dawn se jingħalqu? Kemm hija l-kera ta’ dawn l-istores?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-istores tal-Marsa inħatt mill-mediċini biex jiġu trasferiti fl-istores ta’ San Ġwann mal-kumplament ta’ l-istock biex b’hekk ikun jista jinalaq.
Dawn huwa parti mill-proġett li nbeda f’Ottubru 2013 minn dan il-Gvern biex il-mediċini kif ukoll l-apparat mediku u
supplies
ikunu taħt saqaf wieħed.
Il-kera ta’ l-istores tal-Marsa hija dik ta’ € 121,127 kull sitt xhur, għaldaqstant il-Gvern se jkun qiegħed jiffranka € 242,254 fis-sena.
Tista’ l-Ministru tara li jiġi rranġat it-telecare tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsara li kellha din il- persuna jindika li kienet ħsara fuq il-linja tat-telefon. Id-dipartiment ġie infurmat li issa din il- ħsara tranġat u li is-servizz ġie lura għan-normal.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir il-bdil tad-drenaġġ ta’ Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien (il-parti l-qadima) biex b’hekk il-kunsill lokali jkun jista’ jkompli bix-xogħol ta’ pavimentar, peress li kull meta tagħmel ix-xita, jiżbroffa d-drenaġġ u minn din it-triq jgħaddu t-tfal għall-iskola primarja u sekondarja.
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se terġa tevalwa l-każ u għaldaqstant se tieħu l-provvedimenti kollha neċessarji biex ix-xogħol fi Triq l-Isqajjaq, Tarxien jitlesta mill-aktar fis possibli. Sa frattant se terġa ssir spezzjoni tal-‘main’ eżistenti biex ikun assigurat li sakemm isir ix-xogħol, l-istess main ikun miżmum fi stat ta’ manutenzjoni xierqa, bl-inqas inkonvenjent lill-pubbliku.
Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta’ home help tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat xhur ilu?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma rċieva l-ebda applikazzjoni għas-servizz tal-Home Help mill-persuna kkonċernata.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm public officers li kienu rtirati ddaħħlu lura wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2013? Min huma u x’inhu x-xogħol tagħhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mid-9 ta’ Marzu sal-lum, daħlu lura 49 impjegati li kienu rtiraw mis-Servizz Pubbliku.
Il-gradi jew pożizzjonijiet ta’ dawn l-impjegati jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dettalji personali mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma jistgħux jingħataw, skont il-provedimenti tal-Liġi dwar il-Privatezza tad-Data.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li bejn il-bidu ta’ Gunju 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienu 72 l-impjegati li daħlu lura wara li kienu rtiraw mis-Servizz Pubbliku.
Is-sistemi li bihom iddaħħlu lura l-impjegati mid-9 ta’ Marzu sal-lum huma konformi mal-proċessi eżistenti li ilhom jintużaw għal dawn l-aħħar snin, inkluż il-proċess li l-impjieg mill-ġdid jgħaddi mill-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku jew permezz ta' strument ta' delega mogħti mill-istess kummissjoni.
Dan huwa f’kuntrast ma dak li kien isir fl-amministrazzjoni preċedenti meta ddahhlu mal-gvern saħansitra persuni kontra l-provedimenti tal-Kostituzzjoni.
S’issa instabu hdax – il kaz minn dawn.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti l-lista ta’ special envoys li huma mpjegati mal-Gvern u jgħid kemm qed jitħallsu inkluż l-allowances u perkaċċi oħra li għandhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra t-taghrif mitlub, relatat mal-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ persuni boarded out f’Marzu 2012 u kemm hu llum?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li f’Marzu tal-2012 kienu jirċievu Pensjoni Għall-Invalidità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minħabba li ġew boarded out kien ta’ 4,780. Filwaqt illi f’Jannar ta’ din is-sena dan in-numru hu ta’ 4,557.
Tiġdid ta’ Liċenżja ta’ Electricians — kondotta tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-electricians li qed imorru biex iġeddu l-liċenzja tagħhom issa qed jintalbu l-kondotta tal-pulizija biex tkun tista’ tiġġedded? Peress li jien informat li jista’ jkun hemm persuni li skontaw żmien fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin u li bħala parti mir-riabilitazzjoni tagħhom kienu imħeġġa biex jittrenjaw u jġibu liċenzja ta’ electricians, jista’ jgħid jekk lil dawn hux se tiġġeddilhom il-liċenzja?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi qed timxi skont l-obbligu li joħroġ mir-regolament 4 tal-Avviż Legali 195 ta’ l-2008.
Huwa minħabba dan l-obbligu li l-applikanti qed jintalbu l-kondotta tal-pulizija għal ħruġ jew tiġdid tal-liċenzja tagħhom.
Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Taħt Putirjal — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-triq fi Triq Taħt Putirjal ir-Rabat (Għawdex), liema triq tgħaddi mal-ġenb tal-playing field, ilha magħluqa għal dawn l-aħħar ġimgħat? Jista’ jgħid jekk hemmx bżonn isiru xi xogħlijiet f’din it-triq, u fil-każ meta hemm il-ħsieb li dawn jiġu mwettqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ingħalqet għat-traffiku wara li ftit tal-ġimgħat ilu ġie innutat xi ċaqliq u konsenturi fir-retaining wall li jżomm l-area ta’ ħdejn it-triq, fejn hemm it-terminus tat-trasport pubbliku, u għalhekk kien hemm bżonn li bħala miżura ta’ prekawzjoni l-imsemmi ħajt jiġi msaħħah minn naħa ta’ barra b’mod proviżorju. Konsegwenza ta’ dan, it-triq ser ikollha tibqa magħluqa għax hija dejqa. Hemm ukoll problema fit-terminus għax il-bankini li saru fl- 2012 bħala parti mix-xogħlijiet ta’ riforma tat-trasport, inqassmu kollha.
Sadanittant komplew isiru l-istudji meħtiega u bħalissa qed jitħejja rapport dwar l-istat tal-ħajt u s-soluzzjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati.
Din hija biss parti żgħira mill-problemi kbar li il-Ministeru tiegħi wiret mill-amministrazzjoni preċedenti. Għalhekk filwaqt li inħarsu lura biex nitgħallmu mill-iżbalji li saru minn ħaddieħor, niffukaw ħarsitna ‘l quddiem biex insaħħu is-sigurta’ fit-toroq tagħna.
Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Borg Olivier – Irranġar ta’ Ħajt tal-Parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-ħajt tal-parkeġġ li hemm fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat (Għawdex), liema ħajt jinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan il-parkeġġ, jiġifieri fi Triq San Ġużepp Labre, isirlu x-xogħlijiet meħtieġa peress li l-istess ħajt jidher li hu fi stat imminenti li jiġġarraf?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Transport Malta — Triq it-Tnax ta' Mejju - Irranġar ta' triq
Question
Jista' l-Ministru jara jek hux posibbli li Transport Malta tindaħal biex tiġi rranġata l-parti ta' fuq ta' Triq it-Tnax ta' Mejju f'Ħaż-Żebbuġ il-parti viċin tar-Rabat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq it-12 ta’ Mejju f’Ħaż-Żebbug, hija triq li taqa` taħt ir-responsabbilta` tal-kunsill lokali. F’każi bħal dawn Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
B'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tal-14 ta' Ġunju 2013 (PR Nru 1249 tal-2013) fejn intqal li l-Gvern Malti ffirma memorandum of understanding biex isir studju dettaljat dwar il-possibilità li jsir pont bejn Malta u Għawdex mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u b'referenza għall-istqarrija għall-istampa PR 1283 li ħarġet fit-18 ta' Ġunju 2013, liema stqarrija kienet dwar l-ewwel mitt jum tal-Gvern preżenti, fejn fost il-kisbiet u inizjattivi elenkati mill-Prim Ministru kien indikat ukoll li se jsir studju dwar bini ta' pont bejn Malta u Għawdex, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal dan l-istadju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-OHSA għamlitx l-evalwazzjoni tagħha fuq il-Quantitative Risk Analysis (QRA) tal-LNG Powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti kollha li ħejjiet l-OHSA? Jekk le, meta se tagħti l-kummenti tagħha l-OHSA?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-rapporti għadhom fil-proċess ta’ finalizzazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-OHSA qabditx esperti ħalli jevalwaw il-Quantitative Risk Analysis tal-LNG Powerstation, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Jekk iva, min huma? Jekk le, min hu l-espert fi ħdan l-OHSA li kapaċi janalizza l-Quantitative Risk Analysis? Kemm-il espert kien hemm?Jista’ jpoġġi kopja tas-CV tal-esperti kollha (esterni u interni fl-OHSA) li ħadmu fuq il-Quantitative Risk Analysis?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-OHSA qabdet espert barrani biex janalizza dan ir-rapport. Aktar dettalji jingħataw meta x-xogħol ikun tlesta.
Jista' l-Ministru jpoġġi r-rapporti kollha tal-esperti mqabbda mill-OHSA fuq il-Mejda tal-Kamra fir-rigward tal-LNG Power Station, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Kemm tħallas kull espert?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lil Onor. Membru li r-rapporti għad irid jiġu ffinalizzati.
Jekk ir-rapporttal-esperti fuq LNG Power Station, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari għadhom mhux iffinalizzati, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kummenti li għamlu l-esperti kollha, u jgħid x'informazzjoni talbu aktar u fejn wasal il-proċess? Meta se jkunu lesti l-opinjonijiet fuq il-Quantitative Risk Analysis mill-esperti imqabda mill-OHSA?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-opinjonijiet ikunu lesti la darba r-rapporti jkunu finalizzati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’consultation zones ġew ikkunsidrati fl-analiżi tal-esperti mqabbda ħalli janalizzaw l-Quantitative Risk Analysis tal-LNG Power Station, LNG Storage Facility u faċilitajiet anċillari? Min ħadem dawn il-consultation zones? Kif inħadmu u x'data ntużat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li ġiet sottomessa l-informazzjoni kollha neċessarja biex il-konsulenti indipendenti tal-COMAH jagħmlu l-analiżi tagħhom. Issa qed nistennew ir-riżultati.
Ministeru għat-Turiżmu — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7060 u jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.