Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-mara tiegħu tinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul u mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qalulu li kellu jieħu xi żieda?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista’ l-Ministru tara l-każ ta’ anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għat-telecare u għadu mingħajr risposta?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni ġiet mibgħuta post ħażin u għalekk qatt ma waslet fid-dipartiment tat-Telecare. Għalhekk, din l-applikazzjoni qatt ma ġiet ipproċessata u kien propju għall- din ir-raġuni li il- klijent qatt ma rcieva risposta. Madankollu, il- klijent għandu jirċievi applikazzjoni gdida tat-Telecare Plus, kif wkoll giet spjegat l-indirizz eżatt ta fejn trid tintbat u il-proċedura meħtieġa biex dan il-klijent jibbenefika mis-servizz mill-aktar fis.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha każ quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija se tintbagħtilha ittra ta’ spjega.
Jista’ l-Prim Ministru jara li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tiċċekja jekk maġenb il-pompa tal-petrol Santa Rita fi Triq il-Barrani f’Ħal Tarxien hemmx xi permess għall-iżvilupp eress li fl-għalqa tal-ġenb li hija green area qed isir xi xogħol? Jista’ jgħid x’tip ta’ żvilupp qed isir? Jista’ jgħid jekk hemmx permessi? Jista’ jgħid jekk hemmx xi permessi oħra? Jista’ jgħid x’tip ta’ permessi hemm? Jekk hemm permessi, jista’ jgħid fejn waslu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill Onor Interpellant illi li l-izvilupp li lahaq sar fis- sit indikat m'hu kopert b'ebda permess ta' zvillupp. Fill-fatt l-izvilluppatur gie mgieghel iwaqqaf immedjatament kull xoghol li kien qed isir u gie wkoll notifikat b' Avviz Biex Tieqaf u Twettieq skont riferenza ECF 22/14 u dan taht penali li tibqa tiddekorri ghall kull gurnata li l-izvilupp jibqa llegali. Kienet l-intenzjoni ta‘ l-izviluppatur li wara li holoq access mit-triq ghal-go din l-art u nehha xi hamrija, jillivella u juza l-istess art ghall skop ta' parkegg ta‘ 'fuel bowsers' sakemm isir hatt ta 'fuel' ghall-pompa tal-petrol adjacenti. Lahqet saret ukoll applikazzjoni sanatorja li ggib in-numru TRK 155154 (To sanction leveling of site and to propose casting of slab to form temporary bay for fuel supply bowser (to remove unsafe bowser loading bay from existing fuel station). L-Awtorita ser tibqa 'ssegwi il-kaz sakemm jigi konkluz skont il-ligi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment peress li għandu problema fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta għamlet kuntatt mal-individwu kkonċernat u se tara kif tista’ tassistih sabiex tinstab soluzzjoni għal dan il-każ tiegħu.
Jista’ l-Ministru jispjega jekk intalabx permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħol strutturali li qed issir fl-Uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? X’inhu n-numru tal-applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li sar fl-uffiċju tal-Agent Direttur tal-Faċilità Korretiva ta’ Kordin ma’ kienx jirrikjedi bini ġdid jew estensjonijiet ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta’ reati jew talbiet għal assistenza daħlu għand il-vice squad, ALE u l-għases tal-1 sad-9 Distrett tal-Pulizija, il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013 bejn it-3:00p.m. u nofsillejl?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox saru disa’ u għoxrin rapport lill-Pulizija fil- ġurnata u matul il-ħin msemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kif kienu detailed il-pulizija li servew bħala waiters fl-ikla tal-Girgenti tal-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li naħseb li kont eżawrjenti u ġust fit-tweġibiet li tajt għall-sbatax il-mistoqsija parlamentari dwar din l-attivita’. Ma’ narax li hemm raġuni valida għaliex dawn id-dettalji għandhom ikunu ppublikati.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju ġew trasferiti l-11-il persuna lejn l-Malta Security Service fl-1 ta’ Lulju 2013 ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 2731. F’numru ta’ domandi dwar l-Malta Security Service, għedt li mhuwiex fl-interess nazzjonali li jiġu żvelati dettaliji. Suppost l-Onorevoli Interpellant li jixxedowja dan l-Ministeru huwa nfurmat b’dan.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew iċ-Chief of Staff tiegħu kinux fuq l-interviewing board li approva t-transfers lejn il-Malta Security Service li saru fl-1 ta’ Lulju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istess risposta li tapplika għad-domanda preċedenti, hija ukoll valida f’dan il-kuntest. Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta ma’ dan l-allegat każ, il-kap tal-oppożizzjoni kien qal li għandu fiduċja fil-Malta Security Service.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5659 u jgħid liema huma dawk id-dipartimenti u entitajiet li jużaw is-sistema ta’ e-procurement, u għal kull dipartiment/entità jagħti dawn id-dettalji:
meta beda juża din is-sistema;
kemm ħareġ sejħiet b’din is-sistema;
kemm aġġudika sejħiet b’din is-sistema; u
x’inhu l-valur kumplessiv tas-sejħiet aġġudikati permezz ta’ din is-sistema?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5660 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-persuni li huma kkwalifikati fl-accounting, fl-auditing, u/jew fil-business management fid-dekasteru tiegħu u għal kull każ jgħid meta ġiet impjegata l-persuna, ġietx impjegata fuq bażi ta’ position of trust jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet u x’inhi l-kariga tal-persuna llum?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 5031 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta’ impjegati f’kull grad, imqassma skont kull dipartiment u/jew entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni – membri tal-Bord
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5030, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kwalifiki u esperjenza fil-qasam tal-bijoetika li għandhom il-persuni appuntati fuq il-Bord tal-Awtorità għall-Protezzjoni ta’ Embrijuni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat illi fil-Liġi għal Protezzjoni tal-Embrijun (2012) huwa stabbilit biss il-Kwalifiki li ghandu jkollu c-Chairman :
Twaqqif u għamla tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, li jkun magħmul minn Chairman u numru ta’ membri li ma jkunx anqas minn erbgha, maħtura mill-Ministru.
(2) Iċ-Chairman għandu jkun persuna li jkollha warrant biex teżerċita l-professjoni ta’ Avukat u illi tkun eżerċitat dik il-professjoni għal perjodu ta’ mill-anqas tnax-il' sena jew Imħallef irtirat jew Maġistrat irtirat.
(3) Persuna ma tkunx kwalifikata li jkollha l-kariga ta’ membru tal-Awtorità jekk:
(a) tkun Ministru jew Segretarju Parlamentari;
(b) tkun membru tal-, jew kandidat għall-elezzjoni għall-Kamra; jew
(ċ) tkun membru ta’ awtorità tal-gvern lokali; jew
(d) għandha interess finanzjarju jew interess ieħor f’xi intrapriża jew attività li x’aktarx taffettwa t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Awtorità.
Għalhekk bħala Ministru tas-Saħħa fis-17 ta' Mejju 2013 jiena ħtart il-Membri tal-Awtorita kif ġej:
Chairperson: Judge Philip Sciberras LL D – Retired Judge
Vice Chairperson: Ms. Simone Attard PGrad Cert, PGrad Dip Family Therapy (Tavistock London and Portman NHS Trust) MBICA – Family Therapy Counsellor Specialising in Infertility u Membru tal British Infertility Counsollors Association
Dr. Patrick Sammut MD MRCPCH. CCT (UK) – Paediatrician
Ms. Pauline Baldacchino BA (Hons) PGCE PGrad Dip Psychotherapy, PGrad School Counselling, MSc Health Psychology (Sheffield) – Psychologist
Ms. Mariella Meachen SN. BPsych (Hons), PGrad Dip Psychotherapy – Psychotherapist
Ms Loranne Cachia - Authority Secretary
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-persuni kollha ingaġġati u/jew impjegati fid-dekasteru tiegħu minn barra s-servizz pubbliku mingħajr ma saret sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet minn Marzu 2013 ’l hawn, u f’kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
l-isem tal-persuna;
il-kariga li ngħatat;
min għażel lill-persuna;
il-post fejn taħdem il-persuna; u
ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji l-oħra li għandu/ha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
l-isem tal-persuna appuntata;
il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
min għażel lill-persuna;
il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet;
jikkonferma jekk l-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6889 u jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu mid-9 ta' Marzu 2013 sad-9 ta' Jannar 2014?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6890 u jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu mid-9 ta' Marzu 2013 sad-9 ta' Jannar 2014?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.