Legislature:
Category:
Reset
Active:

Home – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħata separatament rigward applikazzjoni għall-home tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #30377 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karin Grech — ħaddiema

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 29235, jista’ l-Ministru jgħid min fil-preżent qed iħallas lill-ħaddiema tal-Isptar Karin Grech u tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u ċjoè jekk hux id-Dipartiment tas-Saħħa jew il-kumpanija Vitals Global Healthcare jew xi kumpanija sussidjarja tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema tal-isptar Karen Grech u tal-isptar Ġenerali t’Għawdex li huma mpjegati mal-Gvern, ser ikompli jitħallsu mill-Gvern.
Leg 12 PQ #30378 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei – waiting lists – studju u suġġerimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ingħata l-inkarigu li jagħmel studju u suġġerimenti dwar il-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar dwar il-waiting lists f'Mater Dei? Jista’ jagħti l-ammont li tħallas għal dan ir-rapport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30379 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-ART – ħlas lill-EPA

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28894 jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali mħallas mill-ART Clinic tal-Isptar Mater Dei lill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) għall-interventi ta' IVF/ICSI li saru minn meta beda jiffunzjona l-ART Clinic sal-aħħar ta' Diċembru 2016? Jista' jagħti break down ta' xiex tħallas dan l-ammont lill-EPA?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni minn Jannar tal-2015 sa Diċembru tal-2016 irċeviet is-somma ta’ €34,400 għal-proċeduri tal-IVF u ICSI.
Leg 12 PQ #30380 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

ART Clinic – ammont minfuq

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28883, fejn ta l-ammont totali minfuq mill-Gvern minn mindu bdiet topera l-ART Clinic, jekk is-somma mogħtija tinkludix ukoll (1) l-ispejjeż tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm; (2) ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u (3) spejjeż relatati ma’ outpatients visits?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm, l-ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u spejjeż relatati ma’ outpatients visits m’humiex inklużi fis-somma ikkwotata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28883.

Transport Malta – Uffiċjali — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jintbagħtu uffiċjali ta’ Transport Malta fl-irħula Maltin u Għawdxin biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjali ta’ Transport Malta għandhom l-awtorizzazzjoni li jagħtu ċitazzjonijiet skont il-parametri tal-leġislazzjoni u regolamenti stabbiliti.

Uffiċjali ta’ Transport Malta — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru taċ-ċitazzjonijiet li nħarrġu minn Uffiċjali ta’ Transport Malta, minn Jannar 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma skont il-lokalità fejn ingħataw?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ftehim bejn Uffiċjali ta’ Transport Malta u l-LESA — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ ftehim bejn l-Uffiċjali ta’ Transport Malta u l-Local Enforcement System Agency (LESA) dwar ċitazzjonijiet li jingħataw lill-vetturi privati f’Malta u Għawdex?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Is-Sitt Distrett – Housing Soċjali allokat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew allokati housing soċjali fis-Sitt Distrett, skont il-lokalità, sa mill-2013, maqsuma skont il-lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-1 ta’ Jannar 2013 sallum, l-Awtorità tad-Djar allokat 3 postijiet ġewwa Ħal Luqa, 22 post f’Ħal Qormi u 10 postijiet fis-Siġġiewi.

Awtorità tad-Djar – Housing Soċjali fis-Sitt Distrett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm mill-Awtorità tad-Djar għall-Housing Soċjali fis-Sitt Distrett għas-snin li ġejjin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, hemm żewġ proġetti ġodda għall-Housing Soċjali li huma ppjanati f’lokalitajiet li jaqgħu fis-sitt distrett.
Leg 12 PQ #30391 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Agri-Turiżmu — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu, skont il-lokalità, għall-Agri-Turiżmu, u kemm minn dawn ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #30438 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare — somma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li ġie mgħoddi lill-Vitals Global Healthcare jew sussidjarji tagħha sal-aħħar ta' Diċembru 2016 u kemm huwa l-ammont dovut li kien għadu ma tħallasx sa dik id-data lil Vitals Global Healthcare jew sussidjarji tagħha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas dovut għas-sena 2016 lill- Vitals Global Healthcare tħallas kollu.
Leg 12 PQ #30439 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – waiting lists

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 28714, jista’ l-Ministru jgħid kif jiġġustifika dik ir-risposta meta fil-Gazzetta tal-Gvern deher li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet mogħtija kuntratt ta' madwar mija u għoxrin elf euro (Euro 120,000) biex tagħti parir lill-Gvern dwar il-waiting lists fil-Mater Dei u liema kuntratt ġie mogħti taħt il-proċedura magħrufa bħala negotiated procedure? Jista' jpoġġi kopja ta' dan l-imsemmi rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28714.

Malta u Għawdex – trinek fit-toroq – garanzija tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kuntratturi li jkunu ser jagħmlu trinek fit-toroq, f'Malta u f’Għawdex, fil-fatt jintalbux iħallsu xi garanzija, biex fil-każ li x-xogħol ma jsirx sew, fil-fatt tkun tista’ ssir it-tiswija neċessarja, billi jintużaw dawn l-istess flus?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kuntrattur li hu reġistrat ma’ Transport Malta biex jagħmel xi xogħol fit-toroq f’Malta u Għawdex, jiġi mitlub jipprovdi garanzija bankarja ta’ €15,000 skont il-ftehim li jsir mal-istess Awtorità u kif inhu stabbilit fil-liġi. Tali garanzija tintuża f’każ ta’ xi nuqqasijiet min-naħa ta’ l-istess kuntrattur waqt it-twettieq tax-xogħol kif ukoll jekk jonqos li jsewwi xi xogħol li jkun għamel ħażin.
Leg 12 PQ #30446 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq li mix-Xemxija twassal sa Għajn Tuffieħa – dwal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-toroq li mix-Xemxija jwasslu sa Għajn Tuffieħa (fejn għad ma hemmx dawl) fil-fatt jitwaħħlu fiha l-arbli neċessarji u jinxtegħel ukoll id-dawl li hu meħtieġ għal din l-istess triq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17839. Minkejja li r-responsabilità ta’ dwal ġodda f’dawn it-toroq mhijiex ta’ Enemalta plc, il-kumpanija se tkun qed tgħaddi dan is-suġġeriment lill-entitajiet u awtoritajiet konċernati għall-attenzjoni tagħhom.
Leg 12 PQ #30447 Sitting 476 2017-01-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Salina san-Naxxar u miż-Żebbiegħ sa Għajn Tuffieħa – dawl fit-toroq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq li twassal mis Salina san-Naxxar, u dik li twassal miż-Żebbiegħ sa Għajn Tuffieħa, jinxtegħlu, biex jiġu evitati inċidenti minħabba d-dlam?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17839. Minkejja li r-responsabilità ta’ dwal ġodda f’dawn it-toroq mhijiex ta’ Enemalta plc, il-kumpanija ser tkun qed tgħaddi dan is-suġġeriment lill-entitajiet u awtoritajiet konċernati għall-attenzjoni tagħhom.

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ sottomess, liema artikoli tal-Att dwar il-Kompetizzjoni dawn kienu jikkonċernaw?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-każijiet kienu jikkonċernaw dawn l-artikoli tal-Att dwar il-Kompetizzjoni hekk kif joħroġ mit-tweġieba parlamentari 30451: - Tlettax il-każ taħt Artikolu 14 (2) tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni - Każ wieħed artikolu 11A tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni - Żewġ każjiet taħt l-artikolu 14 tal-Att dwar l-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-affarijiet tal-Konsumatur

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni — laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għat-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, kemm-il laqgħa saret mal-partijiet konċernati?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li mill-fajls jirriżulta li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għamel 57 laqgħa mal-partijiet konċernati fejn kien hemm: 12 il-każ fejn ma saret l-ebda laqgħa 11 il-każ fejn saret laqgha waħda 3 kazijiet fejn saru żewġ laqghat 3 każijiet fejn saru tliet laqghat 2 każijiet fejn saru erba’ laqghat Każ fejn saru 5 laqgħat Każ fejn saru 43 laqgħa

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni – ħruġ ta’ request for information mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni, tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, kemm-il request for information inħareġ mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li mil-fajls jirriżulta li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ ħamsa u ħamsin (55) request for information fejn kien hemm: 26 każ fejn ma ħarġet l-ebda talba 4 każijiet fejn ħarġu żewġ talbiet 2 każijiet fejn ħarġu 4 talbiet Każ wieħed fejn ħarġu 43 talba.

Direttur Ġenerali – deċiżjonijiet li mhumiex skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29149 b’mod partikolari għal dawk it-tlieta u tletin (33) deċiżjoni maħruġa mhux skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni tista’ l-Ministru tgħid, għal kull każ, kienx hemm ċirkostanzi fejn xi wieħed mill-partijiet weħel xi multa amministrattiva skont kif kontemplat fl-Att dwar il-Kompetizzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

L-ewwelnett nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 30451 fejn urejt li huwa żbaljat fil-konkluzjoni tiegħu li d-deċizjonijiet ma ħarġux skont il-liġi. Infurmata li kien hemm każ wieħed fejn wieħed mill-partijiet weħel multa amministrattiva wara li ma ppreżentax l-informazzjoni mitluba fi żmien li ngħata mill-Uffiċċju.