Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #32265 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ kont tad-dawl u ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn Arms Ltd li l-każ ġie mistħarreġ u sar kuntatt mal-konsumatur fejn qiegħed jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.

Benefiċċju Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

Heritage Malta – rikonoxximent lill-ħaddiema li jikkontribwixxu għall-esebizzjonijiet li jittellgħu barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta ma tirrikonoxxix il-kontribut ta' ħaddiema oħra tal-istess Aġenzija li jikkontribwixxu għall-esebizzjonijiet li jittellgħu barra minn Malta? Ma' jaħsibx li mhux sew li dawn il-ħaddiema (li jagħmlu l-parti kbira tax-xogħol) jiġu mħollija barra, anke fejn jidħol sempliċement acknowledgment u grazzi li ma jiswewx flus?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jkunu taw sehemhom fi kwalunkwe wirja, skont il-każ.

Heritage Malta – proċeduri biex jiġu evitati konflitti ta’ interess

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 29309 u 29310, jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex proċeduri interni sabiex tevita konflitt ta' interess fil-każijiet fejn żewġ ħaddiema ta' Heritage Malta jaħdmu direttament flimkien u jiġu minn xulxin u saħansitra wieħed jirraporta direttament lil ieħor? Jekk fin-negattiv, meta ser issir din il-policy interna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tevita ċ-ċirkostanzi msemmija kull meta jkun possibbli li jsir hekk.

Heritage Malta – smoking shed

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijijiet parlamentari 26853,26023 u 16851 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-smoking shed storika fi ħdan il-kwartieri ġenerali ta' Heritage Malta, tkun restawrata? Jista' jgħid għaliex dan ir-restawr s'issa għadu ma sarx u taparsi jiċċaqlaq kif issir xi mistoqsija bħalma kien hemm kif imsemmi iktar qabel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq l-ismoking shed se jitkompla kemm jista’ jkun malajr skont il-prijoritajiet tal-aġenzija.

Heritage Malta — GSOs, Senior Clerks u ħaddiema tal-maintenance - uniformijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min qed jissupplixxi lil Heritage Malta bl-uniformijiet tal-GSOs, is-Senior Clerks kif ukoll tal-ħaddiema tal-maintenance?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li preżentement is-site officers u senior clerks jixtru l-ħwejjeg huma personalment minn fejn jogħġob lilhom, skond il-kriterji tal-aġenzija, u jiġu rimborsati minn Heritage Malta. Il-ħaddiema tal-maintenance bħalissa ma għandhomx uniformi. Huwa mistenni li jiġi ppubblikat tender fil-ġimghat li ġejjin f’dan ir-rigward.

Heritage Malta – Forti Sant’Iermu — Mużew tal-Gwerra – vetturi militari li jistgħu jkunu esebiti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Heritage Malta għandhiex fil-pussess tagħha vetturi militari li jistgħu jiġu esebiti fil-Mużew tal-Gwerra ġewwa Forti Sant Iermu? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti elenku ta' dawn l-esebiti u fejn qed jinżammu bħalissa u x'inhi l-kundizzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Heritage Malta — senior curators/managers u principal conservators/curators/senior executives – per diem allowance meta jsiefru barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-per diem allowance ta' kull ġurnata li Heritage Malta tagħti lill-gradi ta’ senior curators/managers u principal conservators/curators/senior executives meta dawn ikunu meħtieġa li jsiefru barra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li r-rati ta’ ħlas għal kull lejl li tagħti Heritage Malta meta l-ħaddiema tagħha jsiefru fuq xogħol huma dawk stabbiliti mill-gvern u bir-regolamenti li japplika l-gvern

Ċekk tal-bonus – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ċekk tal-bonus?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

LSA — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onorevoli interpellant b'mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #32331 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċens ta’ Caravan – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ ċens għall-caravan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji fuq l-każ msemmi.

A Partnership for Creative Governance — proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32339 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30649, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispejjeż kollha li saru fuq il-proġett “A Partnership for Creative Governance”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Aġenzija Żgħażagħ — Advisory Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost l-Advisory Board tal-Aġenzija Żgħażagħ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Advisory Board tal-Aġenzija Żgħażagħ huwa kompost kif gej: Chairperson Miriam Teuma Membri Robert Napier Clara Grixti Michael Piccinino Benjamin Dalli

Ħad-Dingli – tiswijiet ta’ bankini u culverts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli peress li fir-risposta ma hemm l-ebda informazzjoni mill-1999 sa 2014? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “no info available”? Xi tfisser “no info available” li ma kienx hemm xogħol ta tiswijiet ta’ bankini u culverts f’Ħad-Dingli jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien reponsabbli politikament u amministrattivament? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kalkara – tiswijiet ta’ bankini u culverts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali tal-Kalkara peress li fir-risposta hemm ftit informazzjoni mill-1999 sa 2016 ? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “no information – records found”? Xi tfisser “no information – records found” li ma kienx hemm xogħol ta’ tiswijiet ta’ bankini u culverts fil-Kalkara jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien reponsabbli politikament u amministrattivament? Xi jfisser allura li mill-2008 sal-2013 kien hemm nefqa fuq bankini u culverts u m’hemmx informazzjoni lil min tħallsu dawn il-flus? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Xgħajra – tiswijiet ta’ bankini u culverts

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30642 jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu rigward il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra peress li fir-risposta ma hemm l-ebda informazzjoni mill-1999 sal-2016? X’wassal biex fir-risposta għall-PQ 30642 inkiteb “not applicable”? Xi tfisser “not applicable” li ma kienx hemm xogħol ta’ tiswijiet ta’ bankini u culverts fix-Xgħajra jew li ma nstabux id-dokumenti? U jekk ma nstabux id-dokumenti jista’ l-Ministru jgħid għaliex u x’passi ttieħdu u min kien responsabbli politikament u amministrattivament? Jeskludi l-Ministru li jagħmel inkjesta?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #32456 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kien kompost il-Gozo Sports Board fl-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid kemm kien hemm ħaddiema assenjati mal-Gozo Sports Board u x'kien ix-xogħol tagħhom fl-aħħar tas-sena 2016? Jista' jgħid kif ġie ngaġġat kull ħaddiem, f’liema skala qiegħed u x’inhu x-xogħol tiegħu? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża totali tal-Gozo Sports Board għas-sena 2016 u din l-ispiża fuq xiex saret? Jista' jgħid f'kull każ l-ispiża saritx wara tender, ħruġ ta' quotations jew direct order?

Response (REFALO, ANTON)

Jiena nfurmat li fl-aħħar tas-sena 2016 il-Gozo Sports Board kien kompost minn Chairman, Kap Eżekuttiv, Segretarju, Teżorier, Public Relations Officer u 23 membru bħala rappreżentanti tad-dixxiplini prattiċi. Fl-aħħar tal-istess sena n-numru ta’ ħaddiema marbuta mal-Gozo Sports Board kien ta’ 24, assenjati fuq funzjonijiet differenti. Ta’ min igħid li l-ħaddiema tal-Gozo Sports Board huma ingaġġati fuq bażi kuntrattwali. Min-naħa l-oħra dawk li huma fil-community work scheme ġew ingaġġati mill-Community Work Scheme Enterprise Foundation. L-ispiża totali tal-Gozo Sports Board fl-2016 kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull spiża saret wara l-ġbir ta’ hand quotations.

Korp tal-Pulizija – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-uffiċċjali tal-Pulizija matul ir-reklutaġġ, kif ukoll waqt l-‘in service’ illi ingħata fil-passat, ġew imħarrġa fl-Ewwel Għajnuna. Il-membri tal-Korp li qegħdin stazzjonati l-Lock-up tal-Pulizija ukoll ingħataw taħriġ fl-Ewwel Għajnuna f'Marzu tas-sena l-oħra. It-taħriġ se jitkompla għal dawk il-membri tal-Korp li ingħataw dan l-aħħar posting fil-Lock-up. Taħriġ fil-Basic Life Support Skills ingħata wkoll is-sena l-oħra lil dawk kollha li applikaw biex iservu bħala Tourism Police Officers.

Protezzjoni Ċivili – membri mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid) f’każ ta’ inċident lil terzi persuni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-membri tal-Forza tal-Għajnuna u Salvataġġ huma kollha mħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna (First Aid). Dan huwa proċess kontinwu li jingħata kull tlett snin. Bħalissa qed jinġabru stimi biex dan jingħata lil mitt (100) ħaddiem, peress illi t-tliet snin għaddew ftit tax-xhur ilu. Ħamsa u sittin (65) ħaddiem ieħor fadlilhom sena oħra biex iġeddu ċ-ċertifikat bażiku.