Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-budget tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni approvat f’April li għadda ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk il-budget ġie mnaqqas, b’kemm tnaqqas u x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-budget tal-Awtorita' Maltija għall-Komunikazzjoni li kien approvat f'April 2013 kien jammonta għal Eur550,000. Dan il-budget kien ġie rrevedut għal Eur500,000 fit-2 ta' Lulju 2013. Din is-somma tnaqqset wara reviżjoni ta' l-estimi finanzjarji li saret mill-Ministeru tal-Finanzi, u sussegwentement ġiet diskussa mal-MCA, fejn ġie kkontestat illi l-ammont ta' Eur50,000 mhux ser jiġi utiliżżat. B'hekk il-Ministeru tal-Finanzi jista' juża din is-somma f'oqsma oħra ta' ġid għal poplu Malti u Għawdxi. Din, in linea mal-politika tal-Gvern ta' għaqal fit-tmexxija.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li huma ngaġġati bħala persons of trust (POT) fi ħdan il-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework? Jekk iva min huma u kemm bħala persentaġġ jistgħu jagħmlu telework mill-ħin kollu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li ma hemmx persons of trust li ngħataw permess biex jagħmlu xogħol bit-telework fil-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5490 u jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Nursing tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li b’referenza għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4328, il-proċess li ntuża sabiex tiġi mjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Nursing and Midwifery Services fl-Isptar Mater Dei kien dak ta’ position of trust. Għaldaqstant ma ġiex appuntat interviewing panel.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5492 u jgħid min kienu l-persuni li servew fuq l-interviewing panel biex inħatret id-Director Human Resources tal-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-proċess li ntuża sabiex tiġi mjegata l-persuna fir-rwol ta’ Director Human Resources fl-Isptar Mater Dei kien dak ta’ position of trust. Għaldaqstant ma ġiex appuntat interviewing panel.
Sejħa għal Allied Health Practitioner – pubblikazzjoni tar-riżultat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5495 u jgħid meta se jiġu ppubblikati r-riżultati tas-sejħa marbuta mal-Allied Health Practitioner (Skala 7) u meta dawn se jiġu ingaġġati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li r-riżultati inkwistjoni ġew publikati fit-13 ta’ Jannar 2014.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5498 u ċjoè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-persuna konċernata?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li sa issa għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt għaliex għadu għaddej il-proċess ta’ release mis-Servizz Pubbliku fuq bażi ta’ Public policy.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5742 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva applikazzjonijiet ġodda għall-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li peress lis-sistema elettronika li hemm f’din is-Sezzjoni hija waħda antika u għandha limitazzjoni kbar, bħalissa, għaddej eżercizzju intern sabiex jiġu identifikati dawn il-limitazzjonijiet bil-għan li ssir konsolidazzjoni tas-sistemi fl-aqsar żmien possibli’.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li sabiex proġetti jiġu mwettqa minn fondi Ewropej ,dawn iridu jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni wara sejħa għal proġetti. Madankollu, peress li hemm diversi fondi Ewropej li Malta tista’ tibbenefika minnhom, l-entitajiet konċernati qegħdin jevalwaw liema proposti mill-prijoritajiet tal-Gvern jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ dawn il-fondi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi biex jitwettqu minn Fondi Ewropej.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (VELLA, KARMENU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — fondi tal-unjoni ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant jekk jogħġoba tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nies diagnosed bil-kanċer (kull tip) f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm mietu nies bil-kanċer f’dawn l-aħħar ħames snin? Bħala perċentwali kemm mietu bil-kanċer mill-kawżi kollha tal-mewt?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin (2008-2012), fir-Reġistru Nazzjoni tal-Kanċer, kien hemm irrappurtati 9,171 każ ta’ tumur primarju (primary malignant cancer – excluding non-melanoma skin cancer). Dawn kienu maqsumin kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jattendu d-Detox Centre għall-methadone bħalissa? Kemm attendew pazjenti detox f’dawn l-aħħar ħames snin (kemm kull sena)? X’nazzjonalità huma? X’sess huma? Kemm hemm minnhom li ilhom jieħdu mediċinali b’mod regolari għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm intuża methadone u kemm sewa f’dawn il-ħames snin?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Buġibba — Water Park - apparat espost għall-elementi tan-natura
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-apparat li hemm fil-Water park f'Buġibba ma jitħalliex iktar espost għall-elementi tan-natura billi qiegħdha ssir ħafna ħsara lil dan l-istess apparat u li jkun diffiċli biex jerġa jintuża meta jkollu jerġa jinfetaħ il-water park għas-sajf li ġej?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-amministrazzjoni sabet ma’ wiċċha sitwazzjoni fil-WaterPark tal-Qawra fejn fit-tender li kien ingħata għal dan il-park mill-amministrazzjoni preċedenti u li jkopri perjodu ta’ 5 snin sal-2017, imkien ma ssir referenza jew li dan ikopri biex fix-xhur tax-Xitwa jitneħħa l-apparat mill-park ħalli dan jiġi salvagwardjat mill-elementi tat-temp u ma ssirlux ħsara.
Minħabba f’hekk ta’ kull sena l-Works Department, li qabel kien responsabbli mill-ħruġ u l-għoti tat-
tenders
relatati, kien ikollu jirrikorri għal
direct order
biex jitneħħa l-apparat u hekk reġa’ sar din is-sena fejn jien infurmat li l-apparat issa tneħħa.
Fid-dawl ta’ dan qed isir proċess fejn qed ikun evalwat id-dossier tat-
tender
mgħoti u l-ftehim li kien hemm mal-
management
bl-iskop li jiġu mnaqqsa l-ispejjeż.
Sakemm jiskadi l-kuntratt marbut mat-
tender
, fuq livell amministrattiv qed isiru arranġamenti biex ma tibqax tingħata
direct order
kull sena lill-kuntrattur involut u jkun hemm miżuri aktar trasparenti.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7059 u jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu ma kellux varjazzjonijiet matul is-snin imsemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7053 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għax hija estensiva ħafna.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — lista ta' direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7054 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.