Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk żiditx iktar konsulenti (inkluż persons of trust), oltre dawk illi semmiet fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 349, li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tagħha? Tista’ tgħid x’terms of reference għandhom il-konsulenti (u persons of trust) kollha għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 5380 u 6897.

Traffikar tad-droga fil-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif tħalliet tidħol il-ħabs persuna li nqabdet iddaħħal id-droga l-ħabs ftit jiem ilu f’Ġunju 2013 meta kien hemm ordni biex ma titħalliex tidħol? X’inhi d-data tal-ordni oriġinali li fiha d-Direttur tal-Ħabs kien ordna li tali individwu ma jitħalliex jidħol il-ħabs?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet tal-ħabs m’għandhom l-ebda rekord ta’ dak li qed jallega hu. Jekk forsi jkun aktar speċifiku, fl-isem, l-awtoritajiet tal-ħabs ikunu jistgħu jaslu għal tweġiba aktar speċifikata.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Uffiċċju tal-Aġent Direttur — xiri ta’ materjal għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-LPO jew dokument ieħor tax-xiri tal-materjal kollu, inkluż irħam u madum, li qed jintuża fix-xogħlijiet fl-uffiċċju tal-Aġent Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li li r-risposta għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – operations coordinator — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-operations coordinator li se jkun impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mill-ġimgħa d-dieħla?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Minħabba raġunijiet ta’ Sigurtà ma’ nħossx li hu għaqli li jiġi ppublikat l-kuntratt ta’ xi ħadd li jaħdem fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin. Jekk irid l-Onorevoli Interpellant nista’ ngħaddilu kopja tal-kuntratt b’mod personali u kunfidenzjali.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – operations coordinator — impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex ikun impjegat operations coordinator fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Dan hu messaġġ ta' sfiduċja fil-management tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nibda biex nippreċiża mal-Onorevoli Interpellant li fuq rakkomandazzjonijiet tal-Bord tar-Riforma tal-Ħabs, inħolqot struttura ġdida fil-Facilita Korretiva ta’ Kordin. Din l-istruttura tara Direttur, manager tal-Operationers u Manager fuq l-edukazzjoni. Naqbel ma’ l-Onorevoli Interpellant li dan hu messaġġ ta’ sfiduċja i¿da mhux fil-management tal-Faċilita iżda fil-mod kif din il-Faċilita kienet titmexxa taħt il-Gvern preċedenti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – operations coordinator — kwalifiki u abilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiċi jew abilitajiet iktar għandu l-operations coordinator li se jkun impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mill-management preżenti tal-Faċilità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Bir-rispett kollu lejn l-Onorevoli Interpellant din kwistjoni ta’ struttura ġdida li qed topera bir-riżultat li l-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin qed issir aktar iffukata u effiċjenti fl-għan tagħha, jiġifieri li tirrijabilità r-residenti fi ħdana.

Transport Malta – Uffiċċju tal-Ħaddiema tax-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta hiex bi ħsiebha tgħaddi l-amminstrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ħaddiema tax-Xatt li jinsab fi ħdanha, lil terzi privati? Jekk dan huwa l-każ, jista’ jgħid x’se jsir mill-impjegati ta’ Transport Malta li bħalissa jaħdmu f’dan l-uffiċċju, x’inhuma d-dettalji finanzjarji tal-arranġament li sar, jekk inħarġitx sejħa pubblika għall-offerti u, jekk le, għalfejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx ħsieb li Transport Malta tgħaddi l-amminstrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ħaddiema tax-Xatt lil terzi privati.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijiet parlamentari 5380 u 6897.

strateġija kontra l-faqar — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm intefqu flus s’issa fuq l-istrateġija kontra l-faqar inkluż il-ħlas ta’ konsulenti, loġistika għall-attivitajiet, ħlas lill-orkestri u nfiq ieħor? Tista’ tagħti breakdown tan-nefqa kif saret?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Dettalji € Riklami 15,589.04 Bands 0 Logistika 10,981.39 Moderatur 345.00 Materjal Promozzjonali 6,243.69 Total 33,159.12
Leg 12 PQ #6494 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — azzjonijiet industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 59 il l-azzjoni industrijali li jmorru lura mill-2010. Union Period Number of Directives MUMN September 2010 todate 45 UHM May, 2012 todate 8 GWU Years todate 5 MAM August, 2013 1
Leg 12 PQ #6536 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna safra/roża – pazjenti intitolati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti intitolati għall-mediċini b’xejn taħt is-sistemi tal-kartuna s-safra u tal-kartuna r-roża (separatament), xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ngħatat f’mistoqsija parlamentari 6535
Leg 12 PQ #6537 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Università ta’ Pisa – Memorandum of Understanding

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5337, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat mar-reġjun tat-Toscana?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat mar-reġjun tat-Toscana.
Leg 12 PQ #6538 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam Mediku – impjieg ta’ professjonisti ġodda

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 4203 u 5338, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għall-ingaġġ ta’ impjegati/professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa, kategorija b’kategorija għas-sena 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4203, fejn indikajt li ninsab infurmat li l-ingaġġ ta’ professjonisti fil-qasam mediku jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi, u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Infurmat ukoll li l-vakanzi li għandu bżonn il-Ministeru jiġu ppreżentati lil dawn iż-żewġ entitajiet bil-għan li jintlaħaq qbil.
Leg 12 PQ #6539 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5342 u ċjoè b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti li ssir referenza għalihom fit-tabella annessa humiex kollha mħallsa minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid għal liema raġuni l-ismijiet tal-istess konsulenti mhumiex ippubblikati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmatli l-konsulenti kollha kif riferuti fit-tabella annessa mal-mistoqsija parlamentari 4177 huma mħallsa minn fondi pubbliċi. M’għandi xejn aktar xi nżid.
Leg 12 PQ #6540 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5343 u ċjoè b’referenza għat-tabella annessa mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4177, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta’ kull konsulent li jikkorrispondi mal-ittra/i indikat fl-ewwel kolonna tal-imsemmija tabella u jgħid ukoll in-numru totali ta’ sigħat li kull wieħed minn dawn il-konsulenti ħadem fl-imsemmi perijodu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 4177.
Leg 12 PQ #6541 Sitting 117 2014-02-05 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5494, għal kull każ indikat jista’ l-Ministru jgħid: għalxiex ma nħarġitx tender jew request for quotation; jekk hux se jerġa’ jiġi mġedded mingħajr sejħa pubblika; u min hu l-kuntrattur involut f’kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tagħha bejn id-9 ta' Marzu 2013 sa 9 ta' Jannar 2014?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċju tal-Qagħad – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6598, fejn il-Ministru wieġbet li l-individwu msemmi qiegħed jaħdem u allura mhux intitolat li jirċievi l-benefiċċju tal-qagħad, nixtieq ninforma l-Ministru li l-aħħar ġurnata tax-xogħol ta’ din il-persuna kienet fit-12 ta’ Lulju 2013 u bdiet tirreġistra fid-19 ta’ Lulju 2013 u l-irċevuta tar-reġistrar qed tintbagħat separatament. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti tista’ l-Ministru tara għalfejn din il-persuna mhux qed tieħu l-benefiċċju tal-qagħad?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija għadu m’għalaqx il-ktieb tax-xogħol mal-ETC Huwa qiegħed jirreġistra fuq it-tieni parti tar-reġistru minħabba dan u għalhekk benefiċċju ma joħroġx. Meta ikun qed jirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru irid javża l-uffiċċju distrettwali tas-Sigurtà Soċjali u jinfurmawh rigward benefiċċji.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – ftehim

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li jirregola l-Public-Social Partnerships li se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim li jirregolaw is-sħubijiet soċjali pubbliċi qed jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ analiżi ta' mudelli addottati minn pajjiżi / reġjuni oħra kif ukoll ta’ ftehim iffirmati fil-passat ma' istituzzjonijiet differenti tat-tielet settur.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – għajnuna kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.