Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – Tal-Veccia — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien ix-xogħol li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Tal-Veccia, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar? Meta sar dan l-istess xogħol u kemm sewa? Meta tlesta u x'passi ttieħdu biex ma jitħalliex periklu fl-istess triq wara li reġgħet infetħet għat-traffiku? Kemm sewa l-istess xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħolijiet imsemmija kienu jinkludu tiswijiet fuq is-sistema ta’ drenaġġ li damu minn nhar l-Erbgħa 29 ta’ Jannar sal-Ġimgħa 31 ta’ Jannar. Temporanjament il-wiċċ tat-triq qiegħed jiġi mantenut sakemm isir ix-xogħol b’mod permanenti mill-aktar fis possibli.

San Pawl il-Baħar – Tal-Veccia – trasport pubbliku

Question

B'referenza għax-xogħol li sar f’Tal-Veccia, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'arranġamenti saru għal dak li jirrigwarda t-trasport pubbliku mix-Xemxija lejn San Pawl il-Baħar u viċe versa? Min ipprovda t-trasport u kemm ġie jiswa?Kemm dam jingħata dan is-servizz temporanju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ikkomunikat ma’ Transport Malta, li għamlet arranġamenti neċessarji għat-trasport pubbliku tal-inħawi.

Pont bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7364 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tal-14 ta' Ġunju 2013 (PR Nru 1249 tal-2013) fejn intqal li l-Gvern Malti ffirma memorandum of understanding biex isir studju dettaljat dwar il-possibilità li jsir pont bejn Malta u Għawdex mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u b'referenza għall-istqarrija għall-istampa PR 1283 li ħarġet fit-18 ta' Ġunju 2013, liema stqarrija kienet dwar l-ewwel mitt jum tal-Gvern preżenti, fejn fost il-kisbiet u inizjattivi elenkati mill-Prim Ministru kien indikat ukoll li se jsir studju dwar bini ta' pont bejn Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju wasal dan l-istadju?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet fuq dan il-proġett għadhom għaddejjin u għaldaqstant iktar informazzjoni tkun tista’ tingħata fil-mument opportun.
Leg 12 PQ #7686 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Borg Olivier – Irranġar ta’ Ħajt tal-Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7361 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-ħajt tal-parkeġġ li hemm fi Triq Borg Olivier, ir-Rabat (Għawdex), liema ħajt jinsab fuq in-naħa ta’ wara ta’ dan il-parkeġġ, jiġifieri fi Triq San Ġu¿epp Labre, isirlu x-xogħlijiet meħtieġa peress li l-istess ħajt jidher li hu fi stat imminenti li jiġġarraf?

Response (REFALO, ANTON)

Peress li l-parkeġġ imsemmi fil-mistoqsija huwa responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-post nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-misoqsija lill-Ministru konċernat.

Università – Mature Students – applikazzjonijiet għall-istipendju u smart cards

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7386, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kejl qed jintuża biex ikunu deċiżi dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li ma sar ebda tibdil fil-kejl li qiegħed jintuża u li kien fil-fatt qed jintuża taħt l-amministrazzjoni preċedenti biex ikunu deċiżi dawn l-applikazzjonijiet.

Università – Mature Students – applikazzjonijiet għall-istipendju u smart cards

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7386, jista’ l-Ministru jgħid x’jikkunsidra l-bord li jkun il-minimum tad-dħul fil-familja, biex student/a jingħata s-supplementary grant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-Bord qed jimxi fuq il-prassi li kienet segwita għal diversi snin, dik li tistipola li jekk student/a jew il-breadwinner jew il-familja għandha dħul globali ta' aktar minn €11,000 ma jkunx intitolat għas-Supplementary Grant. Madankollu, il-Bord f'ċerti cirkostanzi, jikkunsidra fatturi oħra minkejja l-qliegħ globali tal-familja jekk din taqbeż is-somma msemmija.

Università – Mature Students – applikazzjonijiet għall-istipendju u smart cards

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7386, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mil-livell post sekondarju u kemm minnhom kienu milqugħa jew miċħuda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda applikazzjoni minn mature students fil-livell post sekondarju għall-istipendju u smart card.

In-Nadur – Skola tad-Drama – Għalliema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5409, li fit-tweġiba tiegħu l-Ministru kkonferma li hemm seba’ klassijiet tad-dixxiplina tal-ballet fl-iskola tad-drama tan-Nadur Għawdex li kienu għadhom ma bdewx u r-raġuni li ta l-Ministru kienet li l-edukaturi li applikaw ma jistgħux joffru aktar ħin għal-lezzjonijiet mitluba u li l-edukatriċi li għandha l-ħin biex toffri dawn il-lezzjonijiet mhix kwalifikata biex tressaq lill-istudenti għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-edukatriċi minn Għawdex li ntgħażlet wara sejħa għall-edukaturi tal-adulti ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern datata 20 ta’ Settembru 2013, meta ssejħet biex tibda taħdem, ġiet ippostjata Malta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi wara li l-iskola tad-Drama fin-Nadur reġgħet għaddiet fi ħdan id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-korsijiet fil-ballet kollha bdew u kull min kien interessat beda jattendi. Il-klassijiet li għandhom iwasslu għall-eżamijiet tar-Royal Academy of Arts, qed jiġu mgħallma minn għalliema kwalifikati li jistgħu jwassluhom għal dan it-tip ta’ eżami. Jidher li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persuna li ġiet intervistata biex tgħallem Zumba u Keep Fit. Għaż-żewġ suġġetti l-applikanta kienet mgħarrfa minn qabel li l-korsijiet se jsiru Malta. Minkejja dan, l-applikanta xorta aċċettat li tattendi għall-intervista. Qatt ma ġiet intervistata biex tgħallem il-Ballet, kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — top Management Positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7492, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7693 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — top Management Positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7491, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat- Turiżmu, u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada, fil-perjodu in kwistjoni huma kif elenkati hawn taħt: Grad Segretarju Permanenti Direttur Turiżmu Direttur Servizzi Korporattivi - MTA CEO – Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti CEO – Istitut għall-Istudji Turistiċi Head of Acedmic Staff - Istitut għall-Istudji Turistiċi Il-persuni li huma f’top management position mid-9 ta’ Marzu 2013 s’issa huma appuntati fil-gradi kif ġej: Grad CEO – Heritage Malta Direttur Turiżmu Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Programmi Direttur - Kultura Chairman Eżekuttiv – Malta Philarmonic Orchestra Assistent Direttur – Dipartiment tal-Gvern Lokali Designate Kap Eżekuttiv – Air Malta

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — top Management Positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7492, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm persuna waħda li kienet tokkupa top management position fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u twaqqaflu l-kuntratt minħabba li ħa kariga ġdida. Id-dettalji ta' din il-persuna huma kif jidhru hawn taħt : Name & Surname Grade Victor Grech Assistant Director L-uffiċjali li ġew appuntati f' top management positions mid-9 ta' Marzu 2013 s'issa huma kif jidhru hawn taħt : Name & Surname Grade Remarks Joseph Cole Permanent Secretary Fiona Jayne Formosa Director Mario Buttigieg Director Angele Azzopardi Director Re-appointed Annabelle Shawish Mifsud Assistant Director Sharon Scicluna Assistant Director John Peter Buttigieg Assistant Director Mariel Sacco Assistant Director

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — top management positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7489, peress li dawn huma uffiċjali pubbliċi u għalhekk kemm il-ħatra u kif ukoll it-terminu tal-kuntratt tagħhom hija materja pubblika, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni u ċjoè min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet tan-nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-top management positions fejn il-kuntratt ġie mwaqqaf jew ma ġiex mġedded wara li skada fid-9 ta’ Marzu huma dawn :- · Head (OP II) – Planning and Priorities Co-ordination Division – Kuntratt skada; · Head – EU Secretariat – L-uffiċjal konċernat ġie assenjat responsabilitajiet ġodda fi ħdan il-Ministeru; · Deputy Permanent Representative – PREU – Kuntratt skada. Ninforma wkoll l-Onorevoli Interpellant li t-top management positions eżistenti fejn ġew appuntati uffiċċjali fi ħdan l-MEAIM mid-9 ta’ Marzu huma dawn :- · Head Co-Ordinator – EU Funds Programming Unit; · Deputy Permanent Representative – PREU; · Acting Head – EU Secretariat.
Leg 12 PQ #7696 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — top Management Positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7488, jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #7706 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mid-Dipartiment tat-Taxxi sena b’sena mis-sena 2008 ‘l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7707 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — għoti ta' fondi speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hux beħsiebu joħroġ skema għall-għoti ta' fondi speċjali lill-kunsilli lokali matul is-sena 2014? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta hi mistennija li titnieda din l-iskema u x'se jkun il-budget allokat għaliha?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħi hija li jkomplu jinħarġu l-iskemi matul din is-sena. Iżda għad hemm numru ta’ skemi li jmorru lura sas-sena 2010 li għadhom mhux konklużi, u li l-ispiża tagħhom trid tinġarr minn dan il-vot, peress li l-amministrazzjoni ta’ qabel ma kienetx ipprovdiet għalihom. Hekk kif inkunu kkonkludejna dawn l-iskemi, li se nippruvaw nagħlquhom sa l-aħħar ta’ Ġunju, inkunu f’pożizzjoni li niddeterminaw xi skemi se nkomplu noħorġu.
Leg 12 PQ #7723 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam tas-Saħħa Mentali — Ċentri ta’ Matul il-Jum

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1981, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jużaw iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum? Twettaq il-pjan li kellu jsir biex jiġu estiżi dawn iċ-Ċentri li qed joffru kura speċjalizzata? Fejn se jitwaqqfu ċ-ċentri l-ġodda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 304 persuna li jużaw iċ-Ċentri tas-Saħħa Mentali ta' matul il-Jum: 47 iż-Żejtun, 42 Bormla, 75 Raħal ġdid, 87 Floriana, 53 Qormi. Il pjan biex jiġu estizi dawn iċ-ċentri qed jiġi atwat biċ-ċentru ġdid ta' Matul il-Jum li se jitwaqqaf fil-Mosta.
Leg 12 PQ #7724 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Psychiatric Outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li qed jirċievu servizz bħala psychiatric outpatients? X’inhuma r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ kull professjonist li qed jgħin lil dawn il-persuni biex jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-Psychiatric Out Patients iseħħu f'Mater Dei Hospital, Gozo General Hospital Floriana, Paola, Cospicua, Qormi u Mtarfa Mental Health Clinics. L-appunatmenti jkunu prinċipalment mat-tobba (psikjatri, trainees tal-psikjatrija u tobba oħra). Huma jagħmlu d-dijanjosi tal-pazjenti, jikkuraw b'mediċi fejn ikun hemm bżonn u jirreferu għal membri oħra tat- team li jkunu preżenti. Membri oħra tat- team jikkunsitu : 1. Nurses (jagħtu injection depots u jassistu t-tobba), 2. Social Workers (jgħinu lil pazjenti fl'aspetti soċjali), 3. Psychologist (jiprovdu terapija)

Specialised fostering benefit

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1230, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ familji jew individwi li jibbenefikaw mill-ispecialised fostering benefit? Kemm qegħdin jitħallsu fis-sena dawn il-familji? Kemm minn dawn it-tfal li qed jieħdu ħsiebhom dawn il-familji huma taħt care order?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 27 individwi li qed jibbenifikaw mill- ispecialised fostering benefit. Dawn il-familji b’kollox qed jithallsu total ta` €154,060 fi ispecialised fostering benefit meta teskludi l-pagament tac-child in care benefit li jammonta ghal total ta` € 98,280 fis-sena (€70 fil-gimgha kull minuri). 18-il tifel u tifla mis-27 hawn fuq imsemmija huma protetti b’Ordni tal-Ħarsien.
Leg 12 PQ #7729 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — top management positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7493, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Raħal Ġdid — skola tas-subien - pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-iskola tas-subien ta’ Raħal Ġdid fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More (eks Ġuże D’Amato) fis-snin li ġejjin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-iskola msemmija mill-Onor. Interpellant se tibqa' tintuża għal skop edukattiv.