Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratti ffirmati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti, id-dokumenti, skritturi, memoranda, ftehim u simili li l-Gvern Malti ffirma wara Marzu 2013 mal-kumpanija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u ma kwalsiasi sussidjarja jew aġenti tagħha fuq kwalsiasi materja, inkluż il-kuntratt u dokumenti relatati mal-hekk imsejjaħ Individual Investor Programme?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-istqarrija tal-Gvern numru PR2413 maħruġa mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali li fiha ġie ppubblikat parti mill-Kuntratt ta’ Henley and Partners dwar il-commissions. Il-kumplament tal-kuntratt huwa ta’ natura kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #7543 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — conservation orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm conservation orders li ħarġu mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2012 u l-2013? Kemm minn dawn huma proprjetajiet tal-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Matul l-2012 u l-2013, il-MEPA ħarġet Ordni ta' Konservazzjoni ( Conservation Order) waħda fuq il-qiegħ ta' Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) hekk kif ippubblikat fuq in-Notifika tal-Gvern 1235 fuq il-Gazzetta tal-Gvern tas-7 ta' Dicembru 2012. Il-MEPA m'għandhiex informazzjoni dwar min huma s-sidien ta' din il-parti tal-Wied.
Leg 12 PQ #7544 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Peress li f’Ġunju 2013 kien hemm numru mdaqqas ta’ student li lestew il-kors ta’ extended diploma in health studies mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu ngaġġati mad-Dipartiment tas-Saħħa bħala paramedic aid jew xogħol ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm ħsieb li jsir l-mili ta' vakanzi ta' Paramedic Aides skont l-approvazzjonijiet mogħtija fil-Capacity Building Exercise bi ftehim mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Iż-Żejtun – Triq A Cachia Zammit — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq A Cachia Zammit fiż-Żejtun tiġi resurfaced għax qiegħda fi stat ħażin ħafna u meta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li evalwajt id-diversi lmenti li tressqu fil-Ministeru tiegħi kif ukoll wara diversi talbiet fosthom mill-Kunsill Lokali, ingħata il-parir u l-approvazzjoni minn min hu responsabbli biex din it-triq tkun tista’ titranġa mill-aktar fis possibli.

Iż-Żejtun – ring road — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u meta jkun f’pożizzjoni li jlesti dawk it-toroq li jduru mar-raħal taż-Żejtun billi tiġi magħquda Triq il-Falkunier mat-toroq li hemm fejn il-kappella ta’ San Klement?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-iskema tal-MEPA, Triq il-Falkunier m’għandiex aċċess dirett għat-toroq li hemm fejn il-kappella ta’ San Klement. Fil-fatt dawn iż-żewg żoni jagħqdu flimkien biss permess ta’ toroq eżistenti bħal Triq Dun Mikiel Cassar, Triq San Klement u Triq Attard Bezzina, li jgħaddu mill-parti l-antika taż-Żejtun, għalhekk ma hemmx toroq oħra li jridu jingħaqdu. Nżid ukoll, li parti minn Triq il-Falkunier għadha mhiex żviluppata / ffurmata u għalhekk Transport Malta ma hiex f’pożizzjoni li tasfalta din il-parti tat-triq għalissa.
Leg 12 PQ #7547 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – trasferiment ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm trasferimenti saru minn fergħa għall-oħra jew minn dipartiment għall-ieħor fi ħdan il-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-fergħa u d-dipartimenti minn fejn ġew trasferiti u l-fergħa u d-dipartiment għal fejn ġew trasferiti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7548 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – item of expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul is-sena 2013 taħt kull item of expenditure f’Għawdex sew kapitali kif ukoll rikorrenti? Kemm kien l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li baqa’ ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta’ fondi minn item għall-ieħor matul is-sena? Jekk fl-affermattiv, minn liema għal liema items saru dawn it-trasferimenti? X’ kien l-ammont ta’ kull trasferiment u f’liema data sar kull trasferiment?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex – liċenzja ta’ casino

Question

B’ referenza għall-mistoqsija parlamentari 7236, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-proponent waħdieni li ssottometta applikazzjoni biex jieħu l-liċenzja tal-casino f’Għawdex? X’kienet ir-raġuni li dan il-proponent ma kkwalifikax għal din il-konċessjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7236. Ma naħsibx li jkun prudenti li f’dan l-istadju nagħtu aktar informazzjoni milli diġà ngħatat.
Leg 12 PQ #7550 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – cruise liners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner daħal f’Għawdex matul is-sena 2013 u kemm-il passiġġier kien hemm fuq dawn il-cruise liners? Jista’ jgħid kemm hemm cruise liners konfermati li se jagħmlu waqfa f’Għawdex matul is-sena 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #7551 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid taħt ir-responsabilità ta’ min jaqgħu dawn it-toroq segwenti (1) Triq Sant Antnin f’Għajnsielem; (2) Triq iż-Żewwieqa bejn Għajnsielem u l-Qala, (3) Triq l-Imġarr li twassal minn Nadur sa Għajnsielem; u (4) it-triq li twassal mix-Xewkija sal-Qala? Jista’ jgħid f’kull waħda minn dawn it-toroq liema xogħlijiet hemm ippjanat għas-sena 2014?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li dawn it-toroq jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Ministru għal Għawdex. Jiena nfurmat ukoll li huwa ppjanat li jsir xogħol ta’ asfaltar fit-triq li twassal mix-Xewkija sal-Qala kif ukoll xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Leg 12 PQ #7552 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet – membri nisa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’kull bord li nħatar mill-Gvern mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta’ membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Mill-elezzjoni ġenerali ‘l hawn in-numru ta’ membri fuq bordijiet maħtura fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta’ 138 li minnhom 24 huma nisa. Rigward bordijiet oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #7559 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Bejn 1 ta’Jannar 2012 u 8 ta’Marżu 2013, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, ġew impjegati 111 il persuna. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (GRECH, LOUIS)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #7561 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (VELLA, GEORGE)

In-nies ġodda li ġew ingaġġati fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-8 ta' Marzu 2013 huma kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Date/Month of Employment No. Of Newly Employed Personnel Jannar 2012 11 Frar 2012 7 Marzu 2012 2 April 2012 8 Mejju 2012 7 Ġunju 2012 8 Lulju 2012 3 Awwissu 2012 4 Settembru 2012 6 Ottubru 2012 1 Novembru 2012 6 Diċembru 2012 11 Jannar 2013 3 Frar 2013 2 Marzu 2013 1
Leg 12 PQ #7562 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-kumpanija Air Malta illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant nkun nista’ nippreżentaha f’xi seduta oħra. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kumplament tal-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għall-perjodu in kwistjoni.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Ex-MRRA ġew impjegati 99 ħaddiem permezz ta’ direct order, 34 persuna minn barra fuq kuntratt u 38 persuna oħra li ġew impjegati minn barra wara sejħa mill-Gvern għall-applikazzjonijiet. Barra minn hekk ġie impjegat ħaddiem wieħed mill-GHRC kif ukoll 49 ħaddiem ieħor minn Transport Malta. B’kollox, bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u it-8 ta’ Marzu 2013 ġew impjegati xejn inqas minn 221 ħaddiem. Il- kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7564 Sitting 118 2014-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Baħar iċ-Ċagħaq – xogħlijiet fuq il-Coast Road

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-Coast Road ta’ Baħar iċ-Ċagħaq? Kemm hu maħsub li se jdum ix-xogħol? Kemm hi l-istima ta’ dan ix-xogħol? Min hi l-kumpanija/joint venture li ħadet ix-xogħol? Jekk ix-xogħol ħaditu joint venture, min huma l-membri tal-joint venture?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-proġett tas- Salina Coast Road u ċjoè mill-Junction ta’ Buġibba saċ-Ċimiterju tal-Commonwealth mistenni li jibda sa nofs din is-sena, wara li jitlestew il-preparamenti amministrattivi u tekniċi mill-kuntratturi u minn Transport Malta. Dawn il-preparamenti diġà bdew. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta għall-aħħar xhur tas-sena 2015. L-istima tax-xogħolijiet tammonta għal total ta’ circa EUR 49 miljun b’kofinanzjament mal-Unjoni Ewropea. Żewġ kuntratti ġew iffirmati għax-xogħolijiet u l-kuntratturi huma: 1. Joint Venture: Kosta JV, ffurmata minn Polidano Bros. Ltd, Philip Agius and Sons., u Central Asphalt Ltd, u sub-contractors tagħhom. 2. Kumpanija: RM Construction Ltd., iffurmata minn Bonnici Bros. Ltd., Asfaltar Ltd. u Schembri Infastructures Ltd., u sub-contractors tagħhom

Xiri ta’ impjant ta’ Tarmak

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern għandu l-ħsieb li jixtri impjant tat-tarmak?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern ma jimxiex bil-ħsibijiet imma billi jippjana u mbagħad jibda jwettaq.

Transport Malta – ordni għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' xogħlijiet/servizzi/provvista ta' materjal u l-order to start work jew inkella r-requesition form għalihom li ħarġet Transport Malta mit-12 ta' Marzu 2013 sal-lum u għal kull każ jgħid minn ħareġ l-ordni, min hu l-kuntrattur, x'tip ta' xogħol/servizz/provvista ta' materjal wettaq, kemm kien il-valur tax-xogħol u jekk tħallasx jew le u jekk iva meta tħallas?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.