B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5499, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jagħti elenku dettaljat tax-xogħol li sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li x-xogħol kollu relatat ma dan il-proġett kif indikat fir-risposta parlamentari 5500 għadu għaddej.
San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja – baġit
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-baġit indikat fit-tweġiba tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li għalissa d-dipartiment għadu mhux f’pożizzjoni li jista’ jagħti breakdown dettaljat tal-baġit minħabba li x-xogħol preliminarju fuq dan il-proġett għadu għaddej.
Ministeru għall-Finanzi — fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jekk jogħġbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jgħoġobha tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ideat u proġetti ġodda li se jitressqu mill-aġenziji, l-awtoritajiet, l-azjendi u l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jitwettqu minn fondi Ewropej?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’sistema ta’ passaġġ għad-drenaġġ qed tintuża hekk kif dan jasal fejn il-heliport? Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed jgħaddi d-drenaġġ mill-heliport 'il quddiem?
Response (REFALO, ANTON)
Peress li s-sistema tad-drenaġġ taqa’ fir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ it-triq illi tagħti minn Putirjal għall-parking, li issa ilha magħluqa minn ferm qabel il-Milied?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li x-xogħol neċessarju biex tinfetaħ t-triq illi minn Putirjal twassal għal-parkeġġ tar-Rabat ser isir minn Transport Malta. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tkeċċew minn mal-Arriva mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-13 ta’ Jannar 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-13 ta’ Jannar 2014 kien hemm 89 ħaddiem li l-impjieg tagħhom ġie itterminat minħabba passi dixxiplinarji, fil-maġġoranza tagħhom kollha kienu xufiera.
Infurmat ukoll li minnhom kien hemm 17-il ħaddiem li l-impjieg tagħhom ġie tterminat waqt li kienu għadhom fuq probation.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4290 u 4292, jista’ l-Ministru jgħid x’ħareġ mill-investigazzjoni li kienet saret, u li għamel referenza għaliha fl-istess żewġ tweġibiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul dawn l-aħħar xhur ġew installati sitt arbli fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Membru. Il-provvista għal dawn il-lampi kienet ġejja minn linja li tgħaddi minn Campra Lane fejn is-siġar kibru mal-linji u kienu qed jikkawżaw ħsarat fil-linja. Għaldaqstant partijiet minn din il-linja kellhom jiġu trasferiti fuq arbli ġodda. Minn meta sar dan ix-xogħol apparti li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni iċċekkjaw li l-lampi kienu mixgħula, il-Korporazzjoni Enemalta ma rċeviet l-ebda rapport ieħor fuqhom. Fadal madwar 150m ta’ linji oħra x’jiġu trasferiti għal fuq arbli oħra bl-istess mod u b’hekk huwa maħsub li l-problema tissolva għal kollox.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4433, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar liema pjanse jmur għalih il-Gvern b’rabta maż-żona tal-Għadira? Jista’ jgħid jekk fuq l-istess proġett hemmx time frames meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għadha għaddejja bl-evalwazzjoni ta’ diversi proġetti, fosthom dak imsemmi.
Tista’ l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur laqqa’ dawk l-awtoritajiet u regolaturi li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-konsumatur? Liema kienu dawn l-awtoritajiet u regolaturi u kemm-il darba dawn iltaqgħu?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur preżenti li twaqqaf f’Ġunju 2013 wara tmiem tat-terminu tal-kunsill preċedenti ltaqa’ darbtejn mal-Awortità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur u kellu laqgħa waħda ma’ Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Il-kunsill jinsab f’kuntatt kontinwu fuq diversi suġġetti ma’ l-awtoritajiet msemmija kif ukoll ma’ awtoritajiet oħra fosthom l-Awtorità tal-Mediċini u l-Awtorità għall-Kommunikazzjoni .
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il liġi l-MCCAA tħares u kemm resqet każijiet il-Qorti mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum għal xi infrazzjoni ta’ xi waħda mil-liġijiet li hija tenforza?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MCCAA tenforza dawn il-liġijiet:
L-Att dwar il-Kompetizzjoni
L-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur
L-Att dwar Kuntratti fuq l-Għatba tal-Bieb
L-Att dwar Sigurezza ta’ Prodotti
L-Att dwar il-Metroloġija
L-Att dwar Deskrizzjonijiet Kummerċjali
L-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi
Mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-llum, l-Awtorita’ resqet 5 każijiet il-Qorti fuq ksur ta’ xi waħda minn dawn il-liġijiet.
Ma nbdewx proċeduri ġudizzjarji oħra wara din id-data.
Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi – tul ta’ każijiet sakemm jinqatgħu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid bħala medja, kemm jieħu żmien każ minn meta l-konsumatur iresqu quddiem it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi sakemm jinqata’ d-deċiżjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kull każ huwa soġġettiv fil-mertu tiegħu għaldaqstant wieħed ma jistgħax jasal biex jagħti medja ta’ kemm każ partikolari jieħu żmien. Ċerti każijiet jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet waqt is-seduta stess, oħrajn wara seduta jew tnejn u il-każ jgħaddi għas-sentenza u oħrajn ikunu pendenti fit-tul minħabba:
· Rikorsi għal differimenti meta xi parti ma tkunx tista’ tattendi minħabba raġuni valida
· Rapporti ta’ esperti tekniċi
· Bżonn ta’ aktar provi
· Bżonn ta’ persuni li jagħtu evidenza fil-kawża
Tista’ l-Ministru tgħid f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena, kemm-il ilment ġew sottomessi għand l-MCCAA minn konsumaturi li jikkonċernaw:
a) Il-kwalità ta’
after sales services
;
b) Rispett tal-garanzija legali
c) Reklamar qarrieqi;
d) Termini u kundizzjonijiet sfavorevoli għall-konsumaturi;
e) Prattiċi kummerċjali mhux ġusti
f) Nuqqas ta’ wiri ta’ prezz ta’ prodotti offruti għall-bejgħ;
g) Servizz mhux sodisfaċenti fit-telefonija mobile;
h) Servizz mhux adegwat tal-internet; u
i) Terminazzjoni tas-servizz fil-qasam tal-komunikazzjoni?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li statistika kif qed jitlob hu ma tinżammx. Iżda l-istatistika li tista tipprovdi l-MCCAA u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hija skont il-kategoriji tal-ilmenti kif mitluba mill-Unjoni Ewropea.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ iddeċieda t-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Kemm minnhom inqatgħu favur il-konsumatur u kemm minnhom inqatgħu favur il-kummerċjant? Kemm minn dawk id-deċiżjonijiet li nqatgħu favur il-konsumatur ġew rispettati mill-kummerċjant? Tista’ tgħid x’passi ħadet l-MCCAA f’dawk il-każijiet li d-deċiżjonijiet tat-tribunal ma ġewx onorati mill-kummerċjanti fil-konfront tal-konsumaturi?
Response (DALLI, HELENA)
Il-każijiet deċiżi mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kienu mitejn u tnax (212). Minn dawn kien hemm tnejn u disgħin (92) li nqatgħu favur il-konsumatur, seba’ u sebgħin (77) favur il-kummerċjant u tlieta u erbgħin (43) in parte.
Minn dawn s’issa kien hemm erbgħatax (14)-il konsumatur li nfurmaw lill-Uffiċċju li l-kummerċjant ma kienx onora d-deċiżjoni tat-Tribunal.
L-Uffiċċju se jippublika l-ismijiet ta’ dawk il-kummerċjanti li ma jkunux ħadu passi biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tat-Tribunal.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-MCCAA?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li hemm 43 persuna jaħdmu fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Minn dawn hemm 22 persuna full time u 21 part time.
Dar Malta fi Brussel – ħlas għal xogħol ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għax-xogħol ta’ konsulenza relatat ma’ xiri ta’ Dar Malta fi Brussel?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-individwu tħallas is-somma ta’ €30,514.79.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kors ta’ Masters in Psychology li normalment kien jiftaħ kull sentejn hux se jiftaħ għas-sena akkademika 2014-2015? Jekk le, jista’ jagħti r-raġuni għalfejn mhux se jiftaħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-kors li jwassal għall-grad ta' Master of Psychology, kif ilu pprovdut għal diversi snin darba kull sentejn, hu ppjanat li jerġa' jiġi offrut meta jmiss, jiġifieri f'Ottubru 2014.
Id-Dipartiment tal-Psikoloġija qiegħed jeżamina u jevalwa l-kors preżenti biex jara kif jista' jżid in-numru ta' psikologi li jiġu mħarrġa fl-oqsma eżistenti, iżid it-taħriġ f'oqsma ġodda tal-professjoni, u anki jgħolli l-livell tat-taħriġ għal min jixtieq, u b'hekk ikun qiegħed jindirizza wkoll il-bżonnijiet tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat biex tneħħi il-main tat-three-phase?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm dewmien minħabba li l-applikazzjoni ma kenitx kompluta min-naħa tal-klijenta. Għaldaqstant fil-ġranet li ġejjin il-Korporazzjoni Enemalta se tieħu l-passi meħtieġa biex ikun jista’ jinqala’ l-meter.