Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossux komdu jara r-ritratti ta’ tarbija Somala u persuni oħra immigranti li kienu għadhom kif waslu Malta t-Tlieta, 9 ta’ Lulju 2013 wara jiem bejn sema u ilma, bil-għatx, għajjenin u bil-ġuħ jitħallew mal-art fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, assenti kull sens ta’ rispett lejn id-dinjità tal-bniedem?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ir-ritratt tat-tarbija, tajjeb jingħad li din kienet il-ħin kollu akkumpanjata mill-ġenituri tagħha stess u mhux kif forsi setgħet ingħatat l-impressjoni li din kienet mitluqgħa mal-art għal riħha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iħossux komdu jara r-ritratti ta’ tarbija Somala u persuni oħra immigranti li kienu għadhom kif waslu Malta t-Tlieta, 9 ta’ Lulju 2013 wara jiem bejn sema u ilma, bil-għatx, għajjenin u bil-ġuħ jitħallew mal-art fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, assenti kull sens ta’ rispett lejn id-dinjità tal-bniedem? Dan hu l-Gvern ħanin u uman li wiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar lill-Onor. Interpellant fiż-żewġ każi li fihom f’Lulju li għadda l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem sabet lil Malta ħatja li kisret id-drittijiet ta’ żewġ immigranti f’detenzjoni. Dawn iż-żewġ każi jmorru lura għall-2009 meta responsabbli mit-tmexxija tal-pajjiż kien hemm il-partit li minnu jagħmel parti l-istess Onor Interpellant u meta l-Onor Interpellant kien jagħmel parti mill-Kabinett.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ żjarat u laqgħat barra minn Malta li kellu u ma’ min iltaqa’ mill-11 ta’ Marza 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza bis-suġġett ta’ burden/responsibility sharing fil-kwestjoni tal-immigrazzjoni irregolari?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’laqgħat kellu u xi sforzi għamel mill-11 ta’ Marzu 2013 mal-pajjiżi individwali tal-Unjoni Ewropea biex jassumu wkoll ir-responsabbiltà u jgħinuna nerfgħu wkoll il-piż tal-immigrazzjoni irregolari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tema tal-immigrazzjoni illegali tqajjmet mill-gvern f’iktar minn okkazjoni waħda kemm mal-oghla rapprezentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill Ewropew u kif ukoll ma’ mexxeja ta’ pajjizi differenti Ewropej. Fost oħrajn it-tema tal-immigrazzjoni illegali tqajjmet f’diskussjonijiet mal-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy waqt zjara li kellu f’Malta. Diskussjonijiet dwar din it-tema saru wkoll mal-Prim Ministru Taljan Enrico Letta waqt laqgħat li delegazzjoni tal-gvern kellha ma’ delegazzjoni tal-gvern Taljan kemm f’Ruma u kif ukoll f’Malta. Kien hemm ukoll laqgħat simili mal-Prim Ministru Grieg Georgios Samaras. It-tema tal-immigrazzjoni illegali tqajjmet ukoll fuq livell Ewropew f’numru ta’ laqgħat mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech u kif ukoll mill-Ministri George Vella u Manwel Mallia.
Dan kollu sar fl-istess hin li l-gvern Malti kellu wkoll kuntatti regolari mal-gvern u mal-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan. L-istess tema tqajjmet ukoll f’laqgħat bilaterali li kelli waqt l-Assemblea Generali tal-Gnus Maghquda fi New York, f’laqgha fost oħrajn mal-ogħla uffiċjali tal-gvern tas-Somalja.
Infakkar ukoll lill-Onor Interpellant li meta l-President tal-Kummissjoni Ewropea Herman Van Rompuy zar Malta f’Lulju li għadda ddiskuta t-tema tal-immigrazzjoni illegali mal-Vici Prim Ministru Libjan Sadiq Abdulrahman.
Nirreferi wkoll lill-Onor Interpellant ghall-istqarrija Ministerjali li ghamilt f’dan il-Parlament fit-13 ta’ Jannar 2014 b’rabta mal-hidma mwettqa mill-gvern Malti fl-ahhar Kunsill Ewropew dwar it-tema tal-immigrazzjoni illegali.
Nassigura lill-Onor Interpellant li l-impenn tal-gvern se jibqa dak li jwassal il-messaġġ tiegħu dwar it-tema tal-immigrazzjoni illegali kull fejn ihoss il-htiega.
San Ġiljan – ċentru reġjonali għall-kura primarja – project brief
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-project brief li saret referenza għalih fit-tweġiba?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li, kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari 5500, id-direzzjoni mogħtija lid-Dipartiment tal-Kura Primarja hija dik li jassiguraw li sakemm toħrog is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal proġett ko finanzjati mill-Unjoni Ewropea jkun sar il-xogħol kollu relatat inkluz l-Project Brief; il-Cost Benefit Analysis; id-disinji tal-Proġett; l-applikazzjoni lill-MEPA għall-permessi meħtiega kif ukoll jitlestew it-tenders li jinħarġu wara li jiġu approvati l-fondi għal dan il-Proġett.
Infurmat ukoll li bħalissa għadha għaddejja l-ħidma sabiex jitlesta l-Project Brief għal dan il-Proġett speċifiku.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5500, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp għaddiet f-idejn l-Uffiċjal inkarigat mill-MEPA mill-ipproċessar tagħha.
Infurmat ukoll li bħala parti minn dan il-proċess l-istess
MEPA
ħasset il-ħtieġa li tinizjala applikazzjoni għal tibdil fil-pjan regulatur taż-żona rilevanti. Tal-aħħar qiegħda tkun ipproċessata wkoll.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5735, jista’ l-Ministru jgħid kif u meta se titkompla l-imsemmija kollaborazzjoni?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-kuntratt ma' Sismer ġie ffirmat f'Ottubru ta' 2013 u jorbot iż-żewgt 'parties' għal sitt xhur.
Il-kollaborazzjoni fil-qasam tal-
IVF
mal-Istitut
Sismer
tal-Italja huwa biex jingħata s-Servizz ta'
Embryologist
, din se tkompli sakemm il-persuni magħżula mill-
Expression of Interest
ilestu t-taħriġ neċessarju ta'
Embryologists.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni viz. is-somma tal-pensjoni (ta’ dawk li kienu jaħdmu mal-Gvern qabel l-1979) tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li oriġinarjament kienet daħlet mal-Gvern permezz tal-Korp Dirgħajn il-Maltin fl-1972 u li kienet għaddiet biex tinqaleb mal-Gvern l-1979?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawk kollha li ġew impjegati formalment mas-Servizz Pubbliku wara l-14 ta’ Jannar 1979 mhumiex intitolati għall-pensjoni u somma mit-Teżor. Dan skond artiku 21 tal-Ordinanza tal-Pensjonijiet Kap 93.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema ġew iddikjarati redundant minn mal-Arriva mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-13 ta’ Jannar 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal ma jaf kulħadd il-kumpanija Arriva temmet l-operat tagħha fl-1 ta’ Jannar 2014. B’effett mit- 2 ta’ Jannar 2014 il-kumpanija tal-Gvern Malta Public Transport Services bdiet tieħu ħsieb is-servizz tat-trasport pubbliku f’pajjiżna għall-perjodu transitorju. Ninforma wkoll li matul il-perjodu msemmi mill-istess Onor. Interpellant, kien hemm żewġ ħaddiema li ġew iddikjarati bħala redundant, biż-żewġ każi jseħħu taħt il-kumpanija Arriva.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu illi nhar is-7 ta’ Jannar 2014 kien hemm 28 xarabank nieqsa minn fuq ir-rotta? Jekk mhux minnu illi kien hemm 28 neqsin, jista’ jgħid kemm kien hemm? Jista’ jgħid ukoll għala kien hemm dan in-nuqqas? Jista’ jgħid dan in-nuqqas ġiex indirizzat u kif?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-frekwenza ta’ manutenzjoni fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku niżlet minn darba kull tnax-il ġimgħa għal darba kull 6 ġimgħat u nofs u dan qed isir biex tiżdied is-sigurta’għall-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku. Dan qiegħed isir bl-istrateġija li jiġu affettwati l-inqas rotot possibli. Tajjeb li ninforma lill- Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-medja ta’ vetturi wieqfa bejn ix-xahar ta’ Marzu 2013 u Diċembru 2013 kienet ta’ 31.5, il-medja ta’ vetturi wieqfa għax-xahar ta’ Jannar 2014 niżlet għal 22.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna wriet interess għall-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP)? Minn liema pajjiż huma u kemm hemm minn kull pajjiż rispettivament? Jista' jgħid għand liema entitajiet daħlu? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema tal-IIP għand il-kumpanija li dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija 7184.
Jista' Ministru jgħid kemm-il persuna wriet interess għall-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP)? Minn liema pajjiż huma u kemm hemm minn kull pajjiż rispettivament? Jista' Ministru jgħid għand liema entitajiet daħlu? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema tal-IIP għand il-kumpanija li dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi żmien opportun, ir-regolatur se jkun qiegħed jgħaddi rapport dwar l-operat ta’ Identity Malta kif mitlub mil-ligi.
Korp Diplomatiku – taħditiet dwar immigrazzjoni illegali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-Korp Diplomatiku illi bdew taħditiet dwar l-immigrazzjoni irregolari mal-pajjiżi illi għalihom inħatru? Jekk iva, jista’ jgħid min huma?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iżomm rwol attiv ħafna f'dak kollu li għandu x'jaqsam mas-suġġett tal-immigrazzjoni rregolari u dan permezz ta' kooperazzjoni kostanti u kontinwa ma' Ministeri u entitajiet lokali oħra kkonċernati. Il-Gvern Malti qiegħed iwassal il-messaġġ tiegħu dwar dan is-suġġett permezz ta' membri tal-Korp Diplomatiku f'diversi karigi u f'kull opportunita' xierqa, u mhux biss permezz tax-xogħol tal-Ambaxxaturi mal-pajjiżi li għalihom huma akkreditati.
Peress li pajjiżna għandu nteress li jaqsam bl-aktar mod wiesa' l-pożizzjoni ta' Malta, u b'mod speċjali d-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom, huwa mpossibbli li wieħed jelenka dawk l-istanzi kollha fejn il-Korp Diplomatiku, inklużi l-Ambaxxaturi akkreditati, li b'xi mod jew ieħor daħlu f'taħdidiet jew iddiskutew it-tema tal-immigrazzjoni kemm ma' pajjiżi oħra kif ukoll ma' Istituzzjonijiet Inter-Governattivi.
Korp Diplomatiku — Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajina
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6680, jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim fuq l-Ambaxxatur ta' Malta għall-Ukraina? Jekk intlaħaq ftehim, jista' jinforma lill-Kamra min ġie akkreditat?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant, b'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6680, illi s-Sur John Debono ġie nnominat mill-Gvern Malti u ingħata l-Agrément mill-Gvern Ukren, bħala l-Ambaxxatur il-ġdid tar-Repubblika ta' Malta, akkreditat għall-Ukraina. Dan il-ftehim wasal f'dan il-Ministeru fl-14 ta' Diċembru 2013.
Sal-lum is-Sur John Debono għadu ma ppreżentax il-kredenzjali tiegħu fil-kapitali Ukrena.
Jista’ l-Ministru jgħid liema żoni huma kklassifikati bħala żoni turistiċi f’pajjiżna? X’għajnuniet irċevew is-sena l-oħra l-kunsilli lokali ta’ dawn iż-żoni mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba bbażata fuq is-sena 2013, qabel il-formazzjoni tal-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi.
Ambaxxaturi — Spejjeż fuq trasport ta’ oġġetti personali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm spejjeż, marbuta ma’ trasport ta’ oġġetti personali ta’ ambaxxaturi u uffiċjali oħra addetti fl-ambaxxati tagħna f’pajjiżi barranin minn pajjiżna lejn pajjiżi oħra u viċe versa tul is-sena li għaddiet?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq trasport ta' oġġetti personali matul l-2013 telgħet għal €206,226.01. Dan l-ammont ikopri l-ispejjeż involuti fiċ-ċaqlieq ta' 39 uffiċċjal (Ambaxxaturi u Staff).
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumaturi kkuntatjatx lil dawk il-konsumaturi li kellhom każ tagħhom deċiż mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi mill-10 ta’ Marzu sal-lum? Jekk iva, kemm-il konsumatur ġew ikkuntatjati u kemm minhom ma kellhomx id-deċiżjoni tat-Tribunal onorata mill-kummerċjant?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ikkuntatja lill-konsumaturi kollha li kellhom il-każ tagħhom deċiż mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur mill-10 ta’ Marzu sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Dawn kienu jammontaw għal mija u tnejn u għoxrin (122) każ.
Hemm tlettax (13) il-każ ieħor li nqatgħu fl-2014 li għad irid jiġi stabbilit jekk il-kummerċjant hux se jappella mid-deċiżjoni tat-Tribunal.
Kien hemm erbgħatax (14)-il konsumatur li nfurmaw lill-Uffiċċju li l-kummerċjanti ma kienx onora d-deċiżjoni tat-Tribunal.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il public warning statement ħarġet minn mindu twaqqfet l-MCCAA rigward kummerċjanti li ma onorawx deċiżjonijiet tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumaturi? Tista’ tgħid għal kull każ, kemm-il deċiżjoni ma onorawx il-kummerċjanti li isimhom ġie msemmi f’dawn il-public warning statements?
Response (DALLI, HELENA)
L-Uffiċċju għall-Affarjiet tal-Konsumatur ħareġ 4 public warning statements.
Fil-każ ta’ wieħed mill-kummerċjanti, dan onora id-deċizjonijiet kollha tat-Tribunal li kienu jammontaw għal 15 il-każ.
Fil-każ ta’ kummerċjant ieħor, dan kellu 7 każijiet li għadu ma onorax.
Fil-każ ta’ żewġ kummerċjanti l-oħra li kellhom 25 każ u li bdew joperaw taħt ismijiet differenti, dawn baqgħu ma onorawx id-deċiżjonijiet.