Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università – korsijiet marbuta ma’ l-agrikoltura

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema korsijiet, marbuta ma' l-agrikoltura qed jinżammu preżentement fl-Università? Kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu dawn il-korsijiet, skont is-suġġett ta' studju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti li bħalissa qed isegwu kors marbut mal-Agrikoltura fid-Diviżjoni tax-Xjenzi Rurali u Sistemi tal-Ikel fi ħdan l-Istitut tas-Sistemi Ambjentali fl-Università ta’ Malta, hu kif ġej: Kors Numru ta’ Studenti rreġistrati Kors Preparatorju għad-Diploma fl-Agrikoltura 5 Id-Diploma fl-Agrikoltura 6 Baċellerat fl-Immaniġjar tas-Sistemi Agroambjentali tal-Mediterran 18 Master fir-Riċerka fuq is-Sistemi Rurali 4 Total 33

San Pawl il-Baħar — skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ġiex iċċarat x'se jiġri mill-iskola primarja eżistenti f'San Pawl il-Baħar? Jekk le, meta hu mistenni li jkun deċiż x'se jsir minn din l-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Żgur li għadu kmieni wisq biex tittieħed deċiżjoni dwar li l-bini eżistenti ma jibqax jintuża għal skola primarja.
Leg 12 PQ #7719 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali — budget

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar b'kemm hu permissibbli li jinqabeż il-budget li jkun approvat għal xi kunsill lokali partikulari? X'passi jieħu d-dipartiment meta kunsill lokali partikolari jaqbeż il-budget li jkollu allokat għalih?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed nassumi illi l-Onor Interpellant qed jirreferi għall-allokazzjoni finanzjarja li kull Kunsill Lokali jingħata mill-Gvern Ċentrali. Kull Kunsill Lokali jħejji l-Budget (i.e. l-Estimi Finanzjarji) tiegħu skont l-allokazzjoni li jkun ingħata. Għalkemm Kunsill jista’ jonfoq aktar milli jdaħħal f’xi sena partikulari (i.e. il-ħruġ fuq id-dħul), fl-ebda ħin ma jista’ jkolli shortfall fil-working capital tiegħu, jiġifieri bejn it-total tal-assi kurrenti (current assets) kollha u t-total tal-rbit kurrenti (current liabilities) kollha. Anzi, Kunsill huwa obbligat li jżomm għaxra fil-mija (10%) bilanċ pożittiv sakemm ma jkollux eżenzjoni biex jagħmel dan. Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun speċifiku jekk jixtieq aktar dettalji dwar xi Kunsill Lokali partikolari.
Leg 12 PQ #7720 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – attivitajiet kulturali — fondi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu maħsub li se jkun hemm programmi ta' għajnuna għal attivitajiet kulturali li se jkunu organizzati mill-kunsilli lokali matul din is-sena? Meta se jinħarġu s-sejħiet għal dawn l-applikazzjonijiet?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa ħarġet f’Ottubru 2013 għall-attivitajiet li se jsiru minn Diċembru 2013 sa Diċembru 2014 u se jitqassmu madwar mitejn u ħamsin elf Ewro (€250,000). Hu ppjanat li tinħareġ sejħa simili f’Ottubru 2014 għall-attivitajiet minn Diċembru 2014 sa Diċembru 2015.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — top management position

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7501, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Tista’ tipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjon tal-Ilma — top management position

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7500, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Responsible Gaming Foundation — amministrazzjoni tal-fond

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beħsiebu jitnieda r-Responsible Gaming Foundation u kif se jiġi amministrat dan il-fond?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Responsbile Gaming Foundation se tiġi imnedija uffiċċjalment nhar it-18 ta' Frar 2014. Il-Fond se jiġi amministrat mill-Fondazzjoni u l-fondi se jitnefqu fuq proġetti relatati.

Responsible Gaming Foundation — amministrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn se jibda jiġi amministrat ir-Responsible Gaming Foundation, ladarba dan jitnieda uffiċjalment?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Responsible Gaming Foundation se tibda tiġi amministrata uffiċjalment mill-uffiċini tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA).

Malta u Għawdex — Wi-Fi state

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet konkreti għandu sabiex Malta u Għawdex issir Wi-Fi state kif kemm-il darba ġie mwiegħed mill-Gvern?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li madwar Malta u Għawdex hawn 176 ‘Free Wi-Fi hotspots’. Hija l-intenzjoni tal-Awtorità li tkompli tikkollabora mal-Ministeri varji, Kunsilli Lokali u entitajiet oħra sabiex tkompli żżid l-aċċess ta' ‘Free Wifi hotspots’ bil-għan li Malta ssir wieħed mill-ewwel Wi-Fi states. Bħalissa, l-Awtorità qed tirrevedi l-proġett bil-ħsieb li tiżviluppa aktar is-servizz eżistenti f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija Nazzjonali tal-ICT.

Wi-Fi spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Wi-Ffi spot tnieda mill-Gvern, matul is-sena 2013 u allura x’żieda kien hemm fuq il-176 Wi-Fi spots li kienu tnedew sas-sena 2012? Jista’ jagħti l-lista ta’ fejn saru dawn il-Wi-Fi spots?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Wi-Fi spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-aktar għaxar Wi-Fi spots li sar użu minnhom sena b’sena mill-2008 sal-2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' l-aktar għaxar Wi-Fi spots li sar użu minnhom sena b’sena mill-2011 sal-2013. Din l-informazzjoni kienet disponibbili biss mis-sena 2011 'il quddiem.

Davos Declaration — iffirmar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat id-Davos Declaration skont kif ġie mħeġġeġ mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso waqt il-World Economic Forum sabiex il-gvernijiet u n-negozji fis-settur diġitali jingħaqdu fl-inizzjattiva EU’s Grand Coalition for Digital Jobs bil-għan li jinħolqu 900,000 impjieg madwar l-Unjoni Ewropea fis-settur diġitali?

Response (CARDONA, CHRIS)

Il-Gvern Malti permezz tal-MITA qed tipparteċipa fil-‘Grand Coalition’ billi qed tinvolvi ruħha fi proġett fuq livell Ewropew imsejjaħ ‘Thematic Network: Grand Coalition for Digital Jobs’. Il-MITA ser tkun qed tikkontribwixxi lejn il-‘Grand Coalition’ billi flimkien ma’ Stati Membri oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja tieħu l-passi meħtieġa biex tindirizza l-ħiliet li l-ekonomija digitali tirrikjedi. F’din il-‘multi-stakeholder partnership’ il-MITA ser tkun qed tikkolabora ma’ Stati Membri oħra sabiex iktar studenti jgawdu mill-opportunita` ta’ esperjenza (temporanja) prattika f’postijiet tax-xogħol. Din it-‘Thematic Network’ qed tiġi iffinaliżżata issa, fi Frar, mal-Kummissjoni Ewropeja u l-proġett huwa twil sentejn. Apparti minn din il-parteċipazzjoni prattika, il-Gvern għadu kemm nieda l-‘eSkills Foundation’, li hija koalizzjoni nazzjonali sabiex Malta jkollha l-ħiliet neċessarji għall-iktar ħolqien ta’ xogħol f’ekonomija diġitali.

ICT kors — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew għall-kors tal-ICT sena b’sena mit-tnedija ta’ din l-inizzjattiva sal-aħħar tas-sena 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal-liema kors tal-ICT u għal-liema snin qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari sabiex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jġib investiment barrani matul is-sena 2013 u allura kemm-il kumpanija irnexxielu jattira biex tinvesti minn Malta? Jista’ għal kull kumpanija jgħid x’inhu s-settur tan-negozju tagħha? Jista’ jgħid kull kumpanija kemm tħaddem nies u jekk hemmx pjanijiet li tkabbar u f’dak il-każ kemm huma l-projections ta’ kull kumpanija rigward l-impjiegi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

każijiet ta' divorzju

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il każ ta' divorzju ġie ppreżentat fil-Qrati ta' Malta u Għawdex minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi? Jista' jindika dan skont il-proċeduri partikolari li jistgħu jiġu segwiti? Jista' jindika kemm minnhom ġew deċiżi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7777: Qorti ta’ Malta Rikorsi ppreżentati wara li kien hemm ġja separazzjoni legali Data tal-Preżentata Rikorsi Deċiżi Pendenti 2011 222 217 5 2012 442 427 15 2013 339 224 115 2014* 23 NIL 23 Rikorsi ippreżentati meta l-partijiet ma kienu legalment separati u għalhekk ikunu jridu jgħaddu għall-Medjazzjoni Data tal-Preżentata Stadju ta’ Medjazzjoni Deċiżi Pendenti 2011 7 7 NIL 2012 16 16 NIL 2013 13 9 4 2014* 2 1 1 Rikorsi Ġuramentati ppreżentati wara li l-medjazzjoni tkun falliet: Data tal-Preżentata Kaw?i wara Medjazzjoni Deċiżi Pendenti 2011 NIL NIL NIL 2012 NIL NIL NIL 2013 4 NIL 4 2014* NIL NIL NIL * sal-31/01/2014 Qorti ta’ Għawdex Minn meta ġiet fis-seħħ il-liġi, kien hemm 37 każ ta’ divorzju preżentat fil-Qorti ta’ Għawdex. Dawn jinkludu rikors wieħed fejn intalab id-divorzju fejn il-koppja kienet għadha miżżewġa u l-bqija huma ka¿ijiet fejn il-partijiet kienu ġia separati legalment jew inkella huma/kienu għaddejjin minn kawża ta’ separazzjoni personali u fil-mori tal-istess intalab, u l-Qorti laqgħet it-talba, li l-każ ikompli għall-otteniment ta’ divorzju. Fl-istess perijodu ġew deċiżi 31 każ ta’ divorzju.

żwieġ wara divorzju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm l-persuna li otteniet sentenza jew digriet ta' divorzju li għażlet li wara terġa' tiżżewweġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Ċentru tal-Arbitraġġ — każijiet ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm ġew reġistrati każijiet ġodda tul s-sena li għaddiet ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ? Kemm-il arbitraġġ internazzjonali ġie reġistrat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7779, fl-2013 kien hemm 487 kaz reġistrat maċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. 4 kazijiet minnhom kienu internazzjonali.

Ċentru tal-Arbitraġġ — każijiet deċiżi jew ċeduti

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il każ ġie deċiż jew ċedut tul s-sena li għaddiet ġewwa ċ-Ċentru tal-Arbitraġġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7780, fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul l-2013 kien hemm 227 każ deciż u 78 ċedut.

Każijiet ta' Annullament ta' żwieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma kemm-il każ ta' annullament taż-żwieġ ġie ppreżentat fil-Qrati ta' Malta u Għawdex tul l-aħħar sentejn u kemm minnhom diġà ġew deċiżi? Jista' jindika kemm minnhom ġew milqugħa u kemm ġew miċħuda?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’riferenza għall-mistoqsija numru 7781, Qrati ta’ Malta In-numru ta’ każijiet ta’ annulament taż-żwieġ li ġew ppreżentati u deċiżi fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja, Malta) tul l-aħħar sentejn huwa kif hawn taħt muri: Sena Ippreżentati Minnhom gew Deci?i Minnhom ġew Ċeduti Annullamenti Milqugħa Annullamenti Miċħuda 2012 42 17 3 12 5 2013 23 0 1 0 0 Qorti ta’ Għawdex Mill-11 ta’ Frar 2012 sal-11 ta’ Frar 2014 ġew preżentati żewġ każijiet ta’ annullament ta’ żwieġ fil-Qorti ta’ Għawdex li t-tnejn li huma ġew milqugħa.