Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — ingaġġ ta' ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra. F’dan il-perijodu ta’ qabel l-elezzjoni ġew impjegati total ta’ 84 (erbgħa u tmenin) ħaddiem. Barra minn hekk minn Jannar 2012 sa Jannar 2013 kien hemm 43 (tlieta u erbgħin) ħaddiem ieħor tal-Enemalta li ngħataw kuntratt indefinit minn definit.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema pajjiż hu rreġistrat l-oil rig li din is-sena suppost għandu jħaffer bir taż-żejt f'Area 4?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-oil rig li din is-sena mistenni jħaffer bir esploratorju f'Area 4, huwa rreġistrat il-Liberja. Ma nistax nifhem x’effett ser jagħmel, skont l-Onorevoli Interpellant, il-pajjiż tar-reġistrazzjoni ta’ dan l- oil rig meta hemm ħafna affarijiet iktar importanti x’wieħed jinnota.
Suppost li l- Onorevoli Interpellant jaf tajjeb li jiena ħadt il-prekawzjonijiet meħtieġa biex naċċerta ruħi li t-tħaffir isir bl-aktar mod sigur kemm għas-saħħa tal-ħaddiema kif ukoll għall-ambjent. Il-kumpanija ħadet miżuri biex tagħmel alterazzjonijiet lil rig skont l-aħjar prassi bl-industrija. Għall-ewwel darba il-kumpanija għamlet ukoll studju kemm ambjentali kif ukoll ‘report of major hazards’ u miżuri ta’ mitigazzjoni u pjanijiet ta’ ‘emergency response’. Dawn l-istudju qegħdin jiġu evalwati mill-Gvern u ġa la darba ikunu aċċettati il-Gvern ikun jista jagħti il-permess finali biex isir it-tħaffir. Qegħdin nagħmlu l-affarijiet bis-serjetà, u tajjeb ngħid li il-kumpanija ukoll qiegħda taħdem b’mod professjonali.
Transport Malta – proposti għal kiri ta’ spazju għall-uffiċini
Question
Fid-dawl li Transport Malta ħarġet talba għal proposti ta' kiri ta' spazju għall-uffiċini, jista’ l-Ministru jgħid x'direttorati se jiġu trasferiti f' dawn l-uffiċini? X'se jiġri mill-uffiċini li Transport Malta tokkupa preżentament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direttorati li mistennija jiġu trasferiti wara s-sejħa għall-proposti għall-kiri ta’ uffiċini ġodda huma d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura, id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art (kemm l-uffiċini ta’ Sa Maison kif ukoll il-Liċenzji fil-Furjana) u potenzjalment id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili. Ninfurmah ukoll li fejn hemm kirjiet għall-uffiċini preżenti dawn l-istess kirjiet se jiġu terminati.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta qiegħda tipproponi li tikri spazju għal uffiċini meta l-istess Transport Malta għanda sit f'Pembroke li jista’ jkun żviluppat għal dan l-istess skop?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit li Transport Malta għandha f’Pembroke u li nxtara taħt l-amministrazzjoni preċedenti ġie kkunsidrat, iżda mhux meqjus li jista’ jaqdi b’mod adegwat l-eżiġenzi għall-uffiċini tal-istess Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-talba għal proposta ta' kiri ta' uffiċini tgħid li l-offerta se tingħata punti għas-sottomisjonijiet tekniċi u finanzjarji b'70% tal-punti huma marbuta mas-sottomissjoni teknika meta l-offerta li ħarġet għandha talbiet speċifiċi tekniċi u għalhekk faċilment l-għoti ta' din l-offerta setgħet tkun marbuta mal-aktar offerta finanzjarjament vantaġġuża?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għall-proposta ta’ kiri t’uffiċini ssegwi l-prinċipji fundamentali tat-trasparenza, kompetizzjoni ġusta u kontabilità li huma essenzjali fi proċessi ta’ public procurement. Kull offerta li tintefa tiġi evalwata mhux biss fuq prezz iżda iktar fuq is-sottomissjonijiet tekniċi li tiġi mqabbla ma’ grid dettaljata li turi l-ammont massimu ta’ punti li jingħataw skont kull karatteristika mitluba. Fi proċessi ta’ tendering din is-sistema hija magħrufa bħala MEAT – Most Economically Advantageous Tender.
Malta Public Transport Services – xarabank li ħadet in-nar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni li saret mill-Malta Public Transport Service għar-rigward tax-xarabank li ħadet in-nar f’Burmarrad nhar l-20 ta’ Jannar 2014? X’inhi r-raġuni li minn stqarrija li ħarġet l-istess kumpanija kien hemm xarabanks oħra li tneħħew mit-triq biex issirilhom spezzjoni? Sar stħarriġ dwar x’kienet ir-raġuni li fl-istess ġurnata kien hemm xarabank oħra li beda ħiereġ id-duħħan minnha waqt li kienet ġewwa l-Furjana, sewwa sew ħdejn Sarria?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ għadha ma ġietx konkluża. Għaldaqstant wieħed irid jistenna l-eżitu ta’ din l-inkjesta qabel ikun jista jirrimarka.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta sar il-VRT tal-karozza tal-linja li nħarqet f’ Burmarrad fl-20 ta’ Jannar 2014? Din il-vettura kienet mgħammra b’apparat ta’ fire extinguisher? Sar użu minn dan l-apparat waqt l-istess inċident?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkummissjonat survey mill-Ministeru tiegħu jew mill-Gozo Channel dwar in-nollijiet tal-Gozo Channel u priority boarding għal min iħallas iżjed? Jekk iva, min għamel dan is-survey u kemm sewa? Jista’ jgħid jekk il-Gozo Channel hiex qed tikkunsidra li tintroduċi noll ġdid u għola għal dawk li jkunu jridu jirriservaw post fuq il-vapur għal vettura tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġie kkummissjonat studju dwar priority boarding li għadu mhux finalizzat. Il-kumpanija li ġiet ikkummissjonata b’dan l-istudju hija PriceWaterhouseCoopers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Gozo Channel għandiex policy dwar priority boarding? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ din il-policy fuq il-Mejda tal-Kamra?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2008 u Marzu 2013 ma ingħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — xogħlijiet tal-kumpaniji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpaniji konċernati fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — xogħlijiet lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija, mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu fil-perijodu indikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra f'Għawdex fuq bini u/jew tiswija ta' bankini u culverts kull sena fis-snin 2011, 2012 u 2013? Liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk ix-xogħlijiet ingħatawx b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7322, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-emendi neċessarji mhux se jsiru fil-ħin biex żgħażagħ li għalqu s-16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw din is-sena fl-elezzjonijiet tal-kumitati amministrattivi li se jsiru f’16-il lokalità ?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sensiela ta’ laqgħat li s-Segretarjat kellu mal-awtoritajiet u l-għaqdiet taż-żgħażagħ inħasset il-ħtieġa li qabel ma tidħol fis-seħħ l-emenda li tagħti id-dritt tal-vot liż-żghażagh ta’ sittax-il sena għandu jkun hemm kampanja ta’ tagħlim u edukazzjoni liż-żgħażagħ li jkunu se jivvutaw għall-ewwel darba. Għalhekk, kien hemm qbil bejn kulħadd li din l-emenda għandha tidħol fis-seħħ fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jsiru f’Marzu tas-sena 2015.
B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 7111 u 7261, jista’ l-Ministru jgħid (1) jekk il-Partit Laburista għandux aktar proprjetajiet tal-Gvern fil-pussess tiegħu bi kwalunkwe titolu barra dawk indikati f’dawn ir-risposti; (2) jekk iva b’liema titolu u xi ħlas hemm fuq kull proprjetà u (3) fil-każ tal-Każin tal-Partit Laburista tar-Rabat Għawdex jista’ jgħid meta dan għadda għand il-Partit Laburista, x’kien hemm fil-fond qabel dan ingħata lill-Partit Laburista u kemm titħallas kera fuq dan il-fond?
Ix-Xagħra (Għawdex) — Vjal it-Tmienja ta’ Settembru - xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex isir ix-xogħol fuq Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra, Għawdex? Meta se jibda x-xogħol fuq it-triq u meta hu mistenni li jitlesta? X’ser ikun jinkludi x-xogħol li mistenni jsir fuq din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li qiegħed jiġi ppreparat id-dokument għas-sejħa għall-offerti għax-xogħol li jinvolvi bdil tal-mains tal-ilma u resurfacing tat-triq. Jiena nfurmat ukoll li x-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar kwart ta’ din is-sena u li mistenni jieħu tliet xhur biex ikun komplut.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru fassalx xi programm partikolari, flimkien mal-ministeru responsabbli mill-edukazzjoni biex jiġi assigurat li jingħataw scholarships f'oqsma marbuta mal-agrikoltura, kemm fil-programm Master It, kif ukoll fi programmi oħra?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu fl-istitut għall-agrikoltura, fl-MCAST? F'liema oqsma ta' studju qed jagħmlu l-korsijiet dawn l-istess studenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.