Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – tal-Veccia — ankra

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx responsabbli biex titqiegħed ankra/baga fl-inħawi Tal-Veccia San Pawl il-Baħar? Jekk iva għal-liema raguni se tintuża u minn min?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li t-tqegħid ta’ ankri/bagi fil-baħar ma taqax fir-responsabbilta tal-Ministeru tiegħi.

e-ID cards — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija li qed tieħu ħsieb l-kampanja ta’ reklamar tal-e-ID cards? Kif intagħżlet din il-kumpanija? Jista’ jgħid għaliex fil-ġurnali kollha qed jidhru reklami ta’ nofs pagna bil-kulur filwaqt li f'ġurnal wieħed ta’ kuljum r-reklam huwa ta’ kwart ta’ paġna? Min ħa din id-deċiżjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru ħa ħsieb din il-kampanja. Ir-riklami tqassmu skont kemm hu l-ammont ta’ qarreja li jaqraw il-ġurnali.
Leg 12 PQ #3852 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

immigrazzjoni irregolari — Assistenza mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern tiegħu għamilx kuntatt u talba formali mal-Kummissarju Ewropew għall-Intern għal iktar assistenza mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-immigrazzjoni irregolari mill-11 ta’ Marzu 2013 u jekk iva, jista’ jagħti d-data ta’ meta sar tali kuntatt jew talba?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Passi kontra l-crime rate

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk dan l-avviż li ħareġ il-Foreign Office tar-Renju Unit u ċjoè: “Since May 2013 there have been a high number of pick-pocketing incidents on main bus routes, especially the 13 and 12 from Sliema to Valletta and routes between St. Julian’s and Paceville. Thieves are targeting crowded afternoon buses. Be vigilant and keep sight of valuables at all times. Local police are aware of the problem and conducting investigations" (http://www.gov.uk/foreign-travel-advice/malta/safety-and-security) hux frott u riżultat tal-ħemel transfers li ta fil-Korp tal-Pulizija meta, kif ilha tgħid l-Oppożizzjoni, naqqas drastikament il-preżenza tal-Pulizija fl-għases (inkluż ta’ San Ġiljan) minn Marzu 2013? X’passi qed jieħu biex tonqos il-crime rate li reġgħet għolliet rasha?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-Pulizija kienet konxja ta’ dawn it-tip ta’ rejati u anke kienet qed tinvestiga, kif indikat ukoll fl-istess avviż li semma l-Onorevoli Interpellant. Din l-investigazzjoni kienet ħalliet il-frott mixtieq u għall-aħħar ta’ Awissu tas-sena l-oħra diversi persuni ta’ nazzjonalita barranija kienu tressqu l-Qorti fuq diversi serqiet ta’ dan it-tip. Minn meta tressqu l-Qorti dawn l-persuni, kien reġistrat tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ rejati ta’ dan it-tip li ġew irrapurtati. Għall dak li huwa presenza ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Għases, infurmat illi f’Lulju tas-sena 2013 dan kien l-istess bħal ma kien f’Lulju tal-2012. Kien hemm xi ċaqliq minn xi Distretti biex żdiedu oħrajn bħal ma’ huma San Giljan u l-Qawra, fejn nafu lil hemmhekk ikun hemm aktar bżonn.

EBU — hard floor cover

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-hard floor cover li kellu jsir fuq il-lawn tal-Palazz tal-Girgenti għall-ikla tal-EBU li matulha kien hemm il-pulizija jservu ta' waiters? Min ipprovdih?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-Hard Flooring ġie jiswa €5,360 (VAT inkluż) u sar mill-kumpanija TEC Ltd wara sejħa għal kwotazzjonijiet. Il-Hard Flooring sar biex ma’ ssirx ħsara lit-terf tal-Girgenti.

Imsida – Pulizija fil-Marina

Question

Jista’ l-Ministru jara għala l-bieraħ, 18 ta’ Lulju 2013 ma kienx hemm Pulizija fil-Marina tal-Imsida?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninfomra lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċju tal-immigrazzjoni fil-Marina tal-Msida ikun miftuħ bejn it-8 ta’ fil-għodu u l-5 ta’ fil-għaxija. Infurmat ukoll illi fil-ġurnata imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, l-uffiċċjal li kien xogħol f’dan l-uffiċċju rraporta sick leave u ma setgħax jiġi sostitwit. Għaldaqstant ix-xogħol li normalment isir f’din il-Marina, kien kopert mil-uffiċċju prinċipali tal-Immigrazzjoni fil-Port il-Kbir, kif isir kuljum wara l-ħin tal-għeluq tiegħu.
Leg 12 PQ #3929 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – Health Centre — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar mill-11 ta’ Marzu 2013 ’l hawn biex il-Health Centre ta’ Raħal Ġdid ikun rikolat minflok il-grawnd ta’ Pace Grasso? Għadu bil-fehma li flok il-grawnd jinbena ċentru reġjonali għas-saħħa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma l-Onor. Membru li l-proġett taċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid għadu priorità ewlenija. Qed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex jinkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Urine tests

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il urine test sar fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-aħħar ħames snin sena b’sena?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninfomra lill-Onor. Interpellant li matul is-sena: 2009 252 Test 2010 263 Test 2011 262 Test 2012 1290 Test 2013 1125 Test
Leg 12 PQ #6665 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Bord tal-Appelli dwar il-Lista Formularja tal-Gvern – Remunerazzjoni ta’ membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Appelli dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u x’inhija r-remunerazzjoni tagħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6666 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-ispiżeriji li jiffurmaw parti mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u għal kemm-il persuna tipprovdi l-mediċini kull waħda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6667 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa – indemnity insurance ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern għal liema kategoriji ta’ ħaddiema fil-Ministeru tas-Saħħa se jħallas l-indemnity insurance li huma rikjesti li jkollhom? Jista’ jiċċara ukoll jekk hux se titħallas ukoll il-polza ta’ dawk li jaħdmu fuq bażi part-time?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-Gvern ikopri l-ispejjeż relatati ma inċidenti waqt ix-xogħol kliniku tagħhom fid-Dipartiment tas-Saħħa. Din il-proċedura ilha fis-seħħ, u ma sar l-ebda tibdil. L- Indemnity Insurance qed tkun rikjesta minn dawk il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa fl-amjent privat, jiġifieri barra mis-settur publiku.
Leg 12 PQ #6668 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – ftehim bejn il-Gvern u l-Ispiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Ispiżeriji dwar l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Minħabba li l-mistoqsija hija sensittiva, nitlob lill-Onor. Membru sabiex jiġi l-Ministeru jara d-dokumenti fil-privat.
Leg 12 PQ #6669 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek – lista sħiħa ta’ spiżeriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ spiżeriji li joperaw taħt l-iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u jgħid kull waħda kemm tħallset minn mindu bdiet topera l-iskema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru lil lista ta’spiżeriji tinsab annesa f’mistoqsija palamentari numru 6666. Peress li l-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba hija kkonsidrata bħala waħda ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant hija sensittiva, ma tistax tingħata f’dan l-istadju. Minflokk, qed jingħata rendikont tal-ħlasijiet li saru minn mindu bdiet titħaddem l-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek fuq bażi globali kif ġej (euro) Dawn iċ-ċifri jirriflettu t-tariffi maqbula skond l- Memorandum of Understanding iffirmat fl-Lulju 2007 u l-Ammenda ta’ dan l- Memorandum of Understanding iffirmata f’Jannar 2013. In-numru tal-ispiżerija jirriflettu l-pass tal-estenzjonijiet tal-Iskema tal-POYC sakemm din infirxet matul Malta u Għawdex kollha.
Leg 12 PQ #6670 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina Simvastatin – persuni intitolati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma intitolati għall-mediċina Simvastatin (jew prodott sostitu tagħha) fid-dożi varji tagħha?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li llum hawn b’kollox 33,713 persuna intitolati għall-medicina Simvastatin fid-dożi varji tagħha. Din il-figura hija dinamika u għaldaqstant tvarja skond il-ħtieġa medika tal-pazjenti.

Bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija — Ambaxxati u Konsolati Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6371, u jgħid kemm-il talba kellhom l-ambaxxati u konsolati Maltin madwar id-dinja dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija? Jista' jgħid liema kienu l-iktar ħames ambaxxati u konsolati Maltin li rċevew talbiet mill-pubbliku dwar din il-materja?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxati u l-Konsli Maltin madwar id-dinja rċevew 277 talba dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija. L-iktar Ambaxxati li rċevew talbiet kienu Moska, Pariġi, Ruma, Istanbul u Dubai.

Ambaxxaturi – Benefiċċji

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6372, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm tibdil fir-rigward tal-benefiċċju taċ-children's allowance fir-rigward tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u dan peress illi fit-tweġiba illi ngħatat kien hemm miktub "not yet"?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kienx hemm tibdil fir-rigward tal-benefiċċju taċ-Children's Allowance mir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6372 s'issa.
Leg 12 PQ #7189 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

CHOGM — tmexxija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6367, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se titħallas il-persuna li ntgħażlet mill-Gvern biex tmexxi ċ-CHOGM? Jista' jgħid xi preparamenti u xogħol għamlet s'issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #7190 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġett ta’ reklamazzjoni tal-art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħidilna min huma l-kumpaniji u l-joint ventures jew consortia illi tefgħu l-espressjoni ta' interess fir-rigward tal-proġett tar-reklamazzjoni tal-art? Jista' jgħidilna fiex wasal il-proċess? Jista' jgħid jew jagħti indikazzjoni sa meta huwa mistenni illi jiġi finalizzat l-ewwel round ta' għażla? Jista’ jgħid l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) xi studji qed tħejji fir-rigward tal-land reclamation, u sa meta hemm il-ħsieb illi jitlestew? Jekk mhux diġà bdiet tħejji studji, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb illi jsiru studji, xi studji se jsiru, meta se jibdew, u meta hu mistenni li jitlestew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — sit elettroniku

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6374, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitlesta s-sit elettroniku tal-Ministeru tiegħu?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li s-siti elettronċi tal-Ministeru huma http://odpm.gov.mt u http://eufunds.gov.mt .
Leg 12 PQ #7192 Sitting 120 2014-02-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – PAS system

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6677, jista' l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-kumpanija inkwistjoni, u dan peress illi t-tweġiba li ngħatajt biex nirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6679 ma tagħmel ebda referenza għal kif ġiet magħżula l-kumpanija inkwistjoni?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li ma kien hemm l-ebda kumpanija involuta.