Sptar Ġenerali t’Għawdex – fondi għall-proġett
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7451, jista’ l-Ministru jgħid x’apparat hu mistenni jinxtara b’ ko-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex? Meta hu mistenni li jinħareġ it-tender indikat fl-istess risposta tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-apparat li hu mistenni li jinxtara b’ko-finanzjament mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa :
· Apparat għat-teatri kirurġiċi : magni għal anesthesia, magni tan-nifs għat-tfal u għal-kbar, magni tal-qalb għall-monitoraġġ u difibrillazzjoni, apparat għall-endoskopija, monitors għall-parametri diversi, inkubatur, eċċ.
· Apparat għall-isptar bħal fridge għall-mediċini u għad-demm, couches, stretchers, trolleys, kabinets b’alarm magħhom għall-mediċini kontrollati, imwejjed għal-operazjonijiet, saqqijiet speċjaliżżati biex jevitaw il-feriti, eċċ.
· Apparat għall-laboratorju, dentistrija w radioloġija bl-image intensifier għall-interventi fuq il-qalb u dawk avvanzati tal-orthopaedija.
· Apparat ta’ disinfezzjoni u sterilizazzjoni
· Apparat għall-fisjoterapija.
It-tender hu mistenni li jiġi ppublikat sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar.