Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7193 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6678, jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance, il-kumpanija illi ngħatat il-kuntratt, il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei jew xi terza persuna oħra? Fir-rigward tal-liċenzji, jista' l-Ministru jikkonferma illi l-Gvern xtara perpetual u unlimited use license? Jista' jikkonferma jekk hemmx annual fees, u jekk iva, kemm huma u għaliex qegħdin jitħallsu?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-sapport u l-maintenance qed jiġi presentament ittakiljati internament. A rigward is-CPAS runtime license, din domanda li diġà twieġbet, u ċjoè li ma’hemmx limitu u ebda spejjeż addizzjonali.
Leg 12 PQ #7194 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS – tiswijiet u manutenzjoni – taħriġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, peress illi skont ir-risposta mogħtija t-tiswijiet u l-manutenzjoni qed isiru mill-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ ingħata lill-ħaddiema, meta ngħata t-taħriġ, min attenda għat-taħriġ, kemm-il sessjoni kien hemm tat- taħriġ u kemm-il siegħa ngħatat, u jekk ingħatawx user manual u system manual?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-CPAS ftit li xejn teħtieġ manutenzjoni peress li hija sistema affidabbli w hi ġdida.Is-sistema qed tiġi amministrata mil-persunnal ta’ Mater dei, u dawn huma l-istess nies li kienu implimentaw is-CPAS . Infurmat ukoll li dawn in-nies ma’ ngħatalhom l-ebda taħriġ peress li kienu huma stess li kkrejaw il- manuals , id-dokumentazzjonijiet u SOP’s.
Leg 12 PQ #7195 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS – updates

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, jista' l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq dwar updates futuri? L-updates huma inklużi fil-prezz illi kkwotat mill-kumpanija li ntgħażlet minn dan il-Gvern biex tiżviluppa s-sistema CursorPAS? Jista' jgħid kemm jiswew dawn l-updates, kemm se jkunu frekwenti l-updates, u għal meta huma skedati?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li ma’ kien hemm l-ebda kumpanija nvoluta, ċjoè is-CPAS ġiet żviluppata internament.
Leg 12 PQ #7196 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS – service levels

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, peress illi ingħatajt risposta illi ma hemmx service level agreements fir-rigward tas-sistema CursorPAS, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jiġu stabbiliti service levels?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjan għalissa.
Leg 12 PQ #7197 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema ta’ CursorPAS — tiswijiet u manutenzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6679, in vista tar-risposta illi ngħatajt u ċjoè illi “tiswijiet u l-manutenzjoni qiegħed issir mill-ħaddiema ta’ Mater Dei u mill-konsulent tal-Ministeru”, jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance, il-kumpanija illi ngħatat il-kuntratt, il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei jew xi terza persuna oħra? Jista’ jgħid min hu l-konsulent tal-Ministeru illi qed jagħmel tali tiswijiet u manutenzjoni, u kemm qed jitħallas ta’ dan?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda kumpanija involuta. Ninforma lill-Onor. membru li s-CPAS ġiet żviluppata nternament.
Leg 12 PQ #7198 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

istituzzjonijiet finanzjarji — liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm għolew il-liċenzji għall-istituzzjonijiet finanzjarji u dawk ta' assigurazzjoni mill-1 ta' Jannar 2014? Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu lmenti jew ittri/emails ta' korrispondenza għand l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) minn meta tħabbru dawn il-prezzijiet il-ġodda sas-17 ta’ Jannar 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.

Manteniment tal-karozza tal-linja li nħarqet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-karozza tal-linja li nħarqet fl-20 ta’ Jannar kelliex xi ħsarat jew saritiliex xi manutenzjoni f’dawn l-aħħar erba’ xhur? Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ manutenzjoni sarilha? L-manutenzjoni saret bħala parti minn routine check jew inkella fuq rapport?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill- Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7598.

Transport Malta – penali maħruġa lill-Arriva Malta Ltd

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta’ kull xahar flimkien ma’ kopji tal-penali maħruġa minn Transport Malta lill-Arriva Malta Ltd minn Marzu sa Diċembru 2013? Jista’ jindika liema minn dawn il-penali ġew imħallsa u liema penali għad iridu jitħallsu mill-Arriva Malta Ltd?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella t’hawn taħt tindika l-ammont ta’ penali maħruġa minn Transport Malta lil Arriva Malta Ltd bejn Marzu u Awissu tal-2013, kif ukoll tindika liema minn dawn il-penali ġew imħallsa. Xahar Valur Oriġinali tal-Penali Imposti Valur Revedut tal-Penali Imposti Penali Imħallsa Marzu € 256,450.00 € 255,250.00 € 255,250.00 April € 138,000.00 € 135,850.00 € 135,850.00 Mejju € 942,250.00 € 938,600.00 € 55,075.00 Ġunju € 114,050.00 € 111,500.00 € 41,375.00 Lulju € 232,350.00 € 190,825.00 € 0.00 Awissu € 188,725.00 € 188,175.00 € 0.00 € 1,871,825.00 €1,820,200.00 € 487,550.00 Ta’ min wieħed jinnota li mal-figura ta’ Mejju hemm inkluż ammont ta’ €792,600 li jirreferi għal multi imposti fuq l-operatur bejn it-3 ta’ Lulju 2011 sal-31 ta’ Marzu 2013 għal nuqqasijiet fuq vetturi li kienu qegħdin jintużaw fis-servizz tat-trasport pubbliku u li ma’ kinux jilħqu r-rekwiżiti rikjesti fil-kuntratt. Dawn in-nuqqasijiet ma kellhomx x’jaqsmu mas-saħħa u s-sigurta’ tal-vetturi u Transport Malta kienet għaddejja b’diskussjoni mal-Arriva Malta Ltd sabiex jiġi maqbul it-termini ta’ ħlas għal dawn il-penali. Infurmat ukoll li wara li ġew sospiżi mill-operat il-karozzi tal-linja tat-tip articulated f’Awissu 2013 u sakemm kienu għaddejjin it-taħdidiet mal-operatur tat-trasport pubbliku, jiġifieri l-Arriva Malta Ltd, l-penali li ġew ikalkulati minn Transport Malta bejn l-aħħar t’Awissu u Diċembru 2013 ma nħarġux lill-operatur bil-għan li jinħarġu ladarba it-taħdidiet jiġu konklużi. Dawn jammontaw għal € 808,650.00 skont it-tabella t’hawn taħt: Xahar Valur tal-Penali Awissu € 213,575.00 Settembru € 179,425.00 Ottubru € 128,675.00 Novembru € 172,850.00 Diċembru € 114,125.00 € 808,650.00 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-penali maħruġa lill-Arriva Malta Ltd minn Transport Malta .

Direttorat tal-Land Transport — Chief Officer

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhi l-pożizzjoni li ngħatat fi ħdan il-kumpanija l-ġdida minflok l-Arriva Malta Ltd il-persuna li sa ftit tax-xhur ilu kellu l-pożizzjoni ta’ chief officer fi ħdan id-Direttorat tal-Land Transport? Jista’ jispjega għaliex dan l-istess persuna għad għandu uffiċċju ġewwa Sa Maison u għadu jmexxi laqgħat bħala chief officer tal-Land Transport issa li ġie trasferit mal-kumpanija l-ġdida, b’riskju li jkun hemm lok ta’ kunflitt ta’ interess?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nafx kif jew ma semgħax jew nesa’ dak li jiena għidt pubblikament, li għall-perjodu transitorju ser ikun hemm team ta’ nies minn Transport Malta biex imexxi l-operat tat-Trasport Pubbliku. Għaldaqstant iċ- Chief Officer tad-Direttorat fuq l-Art għadu mpjegat ta’ Transport Malta u fil-fatt ma ġiex trasferit iżda ġie sekondat lill-Malta Public Transport Services (Operations) Ltd (MPTSOL). Kif naħseb l-Onor. Interpellant huwa nfurmat, l-MPTSOL ġiet imwaqqfa sabiex jiġi żgurat kontinwita’ fis-servizz tat-trasport pubbliku b’mod transitorju u sakemm jintgħażel operatur ġdid tat-trasport pubbliku. Għaldaqstant, din il-persuna ġiet magħżula abbażi tal-esperjenza vasta fl-operat tat-trasport pubblika sabiex tgħin fit-tmexxija ta’ din l-entita’ pubblika, u għaldaqstant ma narax li hemm lok ta’ kunflitt ta’ interess f’dan ir-rigward.

Karozzi tal-linja rreġistrati bejn Marzu u Diċembru 2013

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ karozzi tal-linja li ġew irreġistrati bejn Marzu u Diċembru 2013 f’isem il-kumpanija Arriva Malta Ltd? Jista’ jindika l-għamla ta’ dawn il-vetturi, id-data ta’ reġistrazzjoni u jekk dawn il-vetturi kienux konformi mal-kuntratt li kien hemm iffirmat bejn l-Arriva u Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Marzu u Diċembru 2013 ġew reġistrati 14-il vettura biex jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku, ta’ din l-għamla: · 12 tal-għamla BMC (11 metres); · 1 tal-għamla MCI (11 metres) u · 1 Solaris Urbino (11 metres). Tlettax minn dawn il-vetturi ġew reġistrati bi skop li jintużaw temporanjament minflok il-vetturi tat-tip articulated li kienu tneħħew mis-servizz f’Awissu tal-2013, wara li ma kienux iċċertifikati siguri fit-toroq u minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ tal-passigieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku. Dawn il-vetturi huma kollha konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u sigurta’ hekk kif stipulat kemm fil-liġi kif ukoll fil-kuntratt. Minħabba li l-maġġoranza ta’ dawn il-vetturi qed jintużaw temporanjament, Transport Malta approvat eżenzjoni temporanja ta’ rekwiżiti oħrajn imniżżla fil-kuntratt għal 13-il vettura . Ma’ dawn ġew reġistrati 8 vetturi tat-tip articulated bħala “spares” li sussegwentament kienu tneħħew mis-servizz f’Awissu 2013 wara li ma kienux iċċertifikati siguri għat-toroq u għall-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku.

Karozzi tal-linja rreġistrati minn Jannar 2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm karozzi tal-linja li ġew irregistrati mit-2 ta’ Jannar 2014 sal-lum, jiġifieri kemm ilu li l-kumpanija Arriva ġiet f’idejn il-Gvern? Jekk ġew irreġistrati xi xarabanks, jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-għamla u d-data ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi u jekk dawn il-vetturi humiex konformi mal-ispeċifikazzjonijiet mitluba fil-kuntratt li kien hemm bejn l-Arriva u Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi mit-2 ta’ Jannar sal-lum ġew reġistrati 3 vetturi sabiex ikunu jistgħu joperaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda. Dawn kienu tal-għamla BMC u kienu joperaw fuq is-servizz qabel ma’ bdiet topera l-Arriva f’Malta f’Lulju tal-2011, u ġew reġistrati b’mod temporanju minħabba li l-vetturi tat-tip articulated kellhom jitneħħew mis-servizz. Dawn il-vetturi huma konformi mal-kuntratt u mal-liġi fir-rigward ta’ saħħa u sigurta’ pero’ kienu eżentati, b’mod temporanju minn Transport Malta, mir-rekwiżiti mitluba mill-kuntratt hekk kif elenkati hawn taħt: · Emissjonijet Euro V; · Kulur tal-vettura; · Sistema tal-arja kundizzjonata; · Sistema ta’ CCTV cameras; · Onboard Announcement System; · Tabelli tad-destinazzjoni interni u esterni; · Vehicle Locating Device; · Automatic Passenger Counter Unit.

Arriva Malta Ltd – Rapporti mal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk l-Arriva Malta Ltd għamlitx xi rapport mal-Pulizija jew investigazzjoni interna fuq suspett ta’ serq ta’ fuel minn ħaddiema tagħha stess? Jekk fl-affermattiv, x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema?

Response (MIZZI, JOE)

Skont informazzjoni provduta mill-Operatur tat-trasport pubbliku fi żmien li s-servizz kien operat mill-kumpanija Arriva Malta, saru żewġ investigazzjonijiet għar-rigward ta’ serq ta’ fuel mill-ħaddiema. L-ewwel investigazzjoni interna saret f’Novembru 2011 fejn kien irrizulta li kien hemm 3 ħaddiema involuti f’serq ta’ fuel u li l-impjieg tagħhom ġie itterminat. It-tieni investigazzjoni saret f’Novembru 2013 fejn kien irriżulta li kien hemm 2 ħaddiema involuti f’serq ta’ fuel. Dawn iż-żewġ ħaddiema rriżenjaw mill-impjieg meta ingħataw l-ittra ta’ charge.
Leg 12 PQ #7670 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (VELLA, KARMENU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament ma ingħataw l-ebda xogħol mill-entitajiet u l-korporazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Madankollu waħda mill-kumpaniji ingħatat xogħol mill-Ministeru tiegħi li jammonta għall- Eur3515.95 . Dan ix-xogħol ingħata kollu kemm hu b’ Direct Order. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal- Kamra.
Leg 12 PQ #7672 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ ngħata l-ebda xogħol il-kumpaniji li dettalji dwarhom ngħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #7702 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz (Għawdex) – Triq San Lawrenz — xogħlijiet

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7134, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu fuq Triq San Lawrenz f’San Lawrenz u l-Għarb?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz San Lawrenz u Triq Franġisk Portelli fl-Għarb huwa ppjanat li jitlesta f’Mejju 2015.
Leg 12 PQ #7703 Sitting 121 2014-02-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2008 sal-lum, kull sena, kemm kien hemm ħaddiema f’kull sezzjoni jew uffiċċju ta’ kull dipartiment jew entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Fl-istess perjodu u f’ kull sena kemm kien hemm ħaddiema li rtiraw mis-servizz pubbliku u f‘liema grad kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.