Prodotti Ġenetikament Modifikati — pożizzjoni ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-pożizzjonijiet li ħadet Malta, minn kemm ilha membru tal-Unjoni Ewropea, għal dak li jikkonċerna l-Prodotti Ġenetikament Modifikati? Kif inbidlet din il-pożizzjoni matul iż-żminijiet? Dwar liema prodotti partikulari Malta ħadet pożizzjoni differenti minn dik tal-maġġoranza fuq l-istess suġġett? Liema huma l-prodotti partikolari li kienu nvoluti f’dawn il-pożizzjonijiet kif opposti min pajjiżi oħra? F’kull każ, liema kienu l-pajjiżi l-oħra li ħadu l-istess pożizzjoni li ħadet Malta dwar dawn l-istess prodotti?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Finanzjament Ewropew 2014-2020 – Proġetti marbuta mal-agrikoltura
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti marbuta mal-agrikoltura hu mistenni li jibbenefikaw mill-finanzjament Ewropew għall-perijodu 2014 – 2020? Kif intagħżlu dawn l-istess proġetti/skemi marbuta ma’ dawn l-iskemi? Kemm hu mistenni li jiġi investit f’dawn l-oqsma matul dan l-istess perijodu ta’ żmien?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li sabiex proġetti jiġu mwettqa minn fondi Ewropej, dawn iridu jgħaddu minn proċess ta’ evalwazzjoni wara sejħa għall-proġetti. F’dan l-istadju, l-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jingħalaq il-proċess tal-ipprogrammar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 1556.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Tabella 'B' - Kunsill Malti għall-Isport
Tabella 'C' - MCAST
Tabella 'D' - Ministeru/Direttorati
Tabella 'E' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'F' - Malta Libraries
Tabella 'G' - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada
Tabella 'H' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata
Tabella 'I' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Rigward Tabella 'D', infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Korporattivi li m'għandhomx rekords ta' tmien snin li huma 1998, 2000, 2001, 2002, 2004, 2005, 2006 u 2007.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - Direttorati, Ministeru u Segretarju Parlamentari
Tabella 'B' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Tabella 'C' - Aġenzija Żgħażagħ u Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija
Tabella 'D' - Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata/Skola Sekondarja Ogħla/Kulleġġ Sta. Margerita Skola Sekondarja Subien - Verdala
Tabella 'E' - MCAST
Tabella 'F' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'G' - EUPA
Tabella 'H' - Kunsill Malti għall-Isport
B’referenza għall-aħbar irrapurtata fil-ħarġa tan-Nazzjon tat-22 ta’ Lulju 2013, f’paġna 2, u li tirreferi għal ġlied tal-boxing li kellu jsir il-Ġimgħa, 19 ta’ Lulju 2013 fil-Furjana, u li suppost l-organizzaturi kellhom il-permessi kollha skont il-liġi u koperti bil-permess tal-pulizija u li twaqqaf b’ordni tal-pulizija siegħa biss qabel il-bidu, b’telf (allegat) finanzjarju kbir għall-organizzaturi, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-vera raġuni għala l-pulizija waqqfu din l-attività sportiva? Jista’ jgħid abbażi ta’ liema vires jew artiklu tal-liġi, il-pulizija waqqfu din l-attività li allegatament kienet koperta bil-permessi skont il-liġi? Jeskludi li xi ħadd mill-Ministeru ċempel lill-pulizija tal-Għassa tal-Belt b’ordni biex din l-attività titwaqqaf?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra reġa' ġie infurmat ħażin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ġie ordnat fil-Korp tal-Pulizija li ma sarux b'letter minute iżda permezz ta' ordnijiet bit-telefon mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija mill-11 ta' Marzu 2013, speċjalment fix-xahar ta' Lulju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Onor. Interpellat għandu jkun infurmat li l-Korp tal-Pulizija jimxi skont il-proċeduri tas-servizz pubbliku biex jinħarġu ordnijiet ta' trasferimenti skont kif jeħtieġ fl-interess tas-servizz u tal-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il serqa kienet rappurtata mill-Gudja bejn April u Lulju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ April u l-aħħar ta’ Lulju tas-sena l-oħra, il-pulizija kellha 28 rapport ta’ serq ġewwa l-Gudja. Din il-lokalita tinkludi wkoll l-ajruport.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return – tneħħija ta’ allowances ta’ ħaddiema
Question
B’referenza għall-Annex 4 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital A Better Social Return, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitneħħew xi allowances li għandhom il-ħaddiema minħabba li l-istess rapport kien kritiku dwar dawn l-istess allowances?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-allowances huma kollha maqbula fil-ftehim settorali li ġie ffirmat bejn l-Ministeru u l- unions varji. L-Ebda bidla ma tista' ssir mingħajr ma ssir konsultazzjoni mal-istess unions.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid:
a) X’kien il-valur tal-kuntratt oriġinali;
b) Meta ngħata dan il-kuntratt; u
c) X’kien il-metodu li ngħata bih (jiġifieri tender, direct order eċċ.)?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Il-ħlasijiet addizzjonali li saru, ġewx imħallsa skont kif provdut fil-kuntratt; u
b) Kien hemm xi estensjonijiet jew ħlasijiet minn April 2013 ’il hawn?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return – kuntratti approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid jekk kull ħlas li sar minn meta ġie ffirmat il-kuntratt rispettiv kienx approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Mater Dei Hospital: A Better Social Return — kuntratti
Question
B’referenza għall-Annex 5 tar-rapport bl-isem Mater Dei Hospital: A Better Social Return għal kull kuntratt imsemmi fl-istess annex, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Minn meta ġie ppreparat ir-rapport kien hemm xi kuntratt li twaqqaf; u
b) Minn meta ġie ppreparat ir-rapport kien hemm xi tender li nħareġ biex jissostitwixxi dawn il-kuntratti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — skemi ta' rtirar kmieni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li hemm tliet persuni li qabel kienu mal-kumpanija msemmija mill-Onor. Interpellant u issa huma mpjegati f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. L-entitajiet huma l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, il-Malta Libraries u l-MCAST.
Tnejn minn dawn il-persuni għażlu xogħol alternattiv mal-Gvern. Fil-każ tat-tielet persuna, din daħlet l-MCAST u kienet ħadet l-Early Retirement Scheme mill-Air Malta. Skont il-provvedimenti taċ-Ċirkulari tal-OPM numru 4/2012, l-MCAST qed tieħu l-passi biex tirkupra s-somma proporzjonali dovuta lura lill-Gvern u din ser tiġi mgħoddija lill-Fond Konsolidat.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – servizzi/għajnuna soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra lista ta’ servizzi/għajnuna soċjali kollha offruti mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, kif ukoll għal kull każ jgħid min jista’ jibbenefika, kemm jista’ jibbenefika, kif trid issir il-proċedura tal-applikazzjoni, il-persuna responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ kull miżura kif ukoll xi informazzjoni oħra relatata?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.