Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien jitħallas id-direttur tal-Malta Arts Festival qabel intemm l-inkarigu tiegħu? Jista’ jinforma lill-Kamra min huma l-persuni li ssosstitweh fl-inkarigu tiegħu u kemm qed jitħallsu individwalment? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fuq liema attivitajiet dawn il-persuni qed jaħdmu individwalment, fuq liema bażi kienu ingaġġati u jekk saritx sejħa pubblika biex jintgħażlu? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa l-ħlas li qed isir lid-diretturi ta’ Notte Bianca, l-Għanafest, u l-Jazz Festival?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-direttur tal-Malta Arts Festival kien jitħallas Eur11,800 [vat inluza] fis-sena. Għall-Malta Arts Festival 2014 twaqqaf tim magħmul minn Mavin Khoo, Ruben Zahra, Toni Attard u Sigmund Mifsud immexxi miċ-ċermen tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti Albert Marshall. L-ebda membru tat-tim mhu jirċievi ħlas għal dan ix-xogħol u l-programmar qed isir b’mod konġunt.
Il-ħlas għad-diretturi ta’ Notte Bianca, l-Għanafest, u l-Jazz Festival hu ta’ Eur11,800 [vat inluza], Eur5,900 [vat inluza] u Eur5,000 [gross] rispettivament.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-budget allokat għal Għanafest, il-Jazz Festival, l-Arts Festival u n-Notte Bianca għas-snin 2013 u 2014?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Budgettotali allokat għal dawn l-attivitajiet għas-snin 2013 u 2014 huwa kif ġej:
Għanafest: Eur 95,000
Jazz Festival: Eur 285,000
Arts Festival: Eur 750,000
Notte Bianca: Eur 350,000
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-budget għall-Arts Fund din is-sena kienx ridott għal €200,000 kif indikat miċ-ċermen tal-MCCA fl-intervista tiegħu ma’ ‘The Times’ fit-2 ta’ Frar 2014?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-baġit ta’ din is-sena għall-Malta Arts Fund huwa l-istess kif kien fis-sena finanzjarja preċedenti.
Fil-fatt il-baġit tal-Malta Arts Fund għal din is-sena huwa ta’ €330,000 b’allokazzjoni ta’ €230,000 mill-baġit rikorrenti (vot 5527) u €100,000 mill-baġit rikorrenti allokat lill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura (vot 6032).
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għal diversi istituzzjonijiet tal-akbar importanza fil-qasam kulturali ta’ pajjiżna, b’mod partikolari għal-Librerija Nazzjonali, għall-Mużew tal-Arti, u għar-rigward tal-iżvilupp tal-Palazz Presidenzjali ladarba l-Parlament jibda jiffunzjona mill-bini ġdid tiegħu?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward il-Mużew tal-Arti, il-Gvern qiegħed jaħdem fuq il-proġett ‘MUŻA’ fejn il-mużew ser jiċċaqlaq mis-sit preżenti ġewwa Triq Nofs Inhar għall-Berġa tal-Italja ġewwa Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. Bħalissa hemm miftuħa s-sejħa għall-interess tad-design brief ta’ din il-binja u li tagħlaq nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar 2014. Wara li jiġi aġġudikat dan il-brief jibdew il-proċessi għax-xogħlijiet kollha neċessarji.
Dwar il-Palazz Presidenzjali, qed jiġu studjati il-possibilitajiet kollha relatati ma’ dan il-proġett. Intant bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ restawr fuq il-binja u artefatti oħra li jinsabu f’dan is-sit u għaddejjin studji oħra bħal fotometrija li huma relatati mal-konservazzjoni tal-binja.
Rigward il-Librerija Nazzjonali ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il ambaxxatur ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?
Response (VELLA, GEORGE)
Matul is-sena li għaddiet ġew maħtura (20) għoxrin Ambaxxatur residenti u (12) 12-il Ambaxxatur mhux residenti. Il-lista ta' dawn l-Ambaxxaturi ġodda qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il konslu ġdid ġie maħtur tul is-sena li għaddiet biex jirrappreżenta lil pajjiżna u jekk huwa possibbli jagħti l-lista ta’ liema huma?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 ġew maħtura 12-il Konslu Onorarju u Konslu Ġenerali biex jirrappreżentaw lil pajjiż barra minn Malta.
Dettalji dwar dawn il-Konsli jinsabu hawn taħt :
Konsli Onorarji maħtura matul is-sena 2013
Isem Belt Pajjiż Ħatra
Gokhan Dogan Antalya Turkija 4 ta’ Jannar 2013
Henry Cappello Phoenix Stati Uniti 22 ta’ Jannar 2013
Victor Tanti Edmonton Kanada 31 ta’ Jannar 2013
Ricardo Schembri Bogotá Kolumbja 18 ta’ Frar 2013
Arshad Mansoor Manzini Swaziland 19 ta’ Frar 2013
Rocky J Pesik Jakarta Indonesja 28 ta’ Frar 2013
Geert Sciot Korrtenberg Belġju 17 ta’ April 2013
Claudio Marciano di Scala San Marino San Marino 14 ta’ Mejju 2013
Jyandra Ragavoodoo Port Louis Mauritius 27 ta’ Mejju 2013
Michele Pons Cagliari Italja 28 ta’ Mejju 2013
Stephan Erbe Basel Svizzera 20 ta’ Awissu 2013
Alois Sundl Graz Awstrija 24 ta’ Diċembru 2013
Konsli Ġenerali maħtura matul is-sena 2013
Victor Grech Melbourne Awstralja 1 ta’ Ottubru 2013
Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura – persuni jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Marsascala, iż-Żejtun u l-Fgura, fl-aħħar ta‘ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi:
Lokalita’
Rġiel
Nisa
Total
IL-FGURA
147
38
185
IŻ-ŻEJTUN
188
43
231
MARSASKALA
129
60
189
Total
464
141
605
Minn dawn is-605 persuni, 269 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.
Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa – persuni jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol residenti f’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Jannar 2014? Jista’ jindika dan post post u kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom ilhom sena jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li kien hemm jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru, residenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Gudja, Ħal Għaxaq, Santa Luċija u l-Marsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 (skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata), u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel hu kif se nsemmi:
Lokalita'
Rġiel
Nisa
Total
ĦAL GĦAXAQ
65
11
76
ĦAL TARXIEN
113
33
146
IL-GUDJA
19
6
25
IL-MARSA
129
17
146
RAĦAL ĠDID
137
47
184
SANTA LUĊIJA
57
12
69
Total
520
126
646
Minn dawn is-646 persuni, 338 ilhom iktar minn sena jirreġistraw.
Il-Fgura – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u jekk huwa possibbli kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl’uffiċċju distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu żewġ uffiċjali fi grad klerikali. Ma dawn irid jiżdied ukoll servizz ta’ darba fil-ġimgħa (jew kemm tirrikjedi d-domanda) ta’ Maniger Distrettwali.
In-numru ta’ viżitaturi li żaru l-fergħa tal-Fgura matul l- 2013 kien jammonta għal ftit iktar minn 14,000.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7552, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-bordijiet maħtura mill-uffiċċju tiegħu u min huma l-membri fuq kull bord?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra , l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej — Bordijiet – membri nisa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — bordijiet - membri nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin hemm mija u dsatax (119) membru li minnhom erbgħa u erbgħin (44) huma nisa.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — bordijiet - membri nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn in-numru ta' membri fuq bordijiet maħtura fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa ta' 302 li minnhom 86 huma nisa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-breakwaters li hemm il-Veccia, San Pawl il-Baħar u li hemm fil-bajja ta' Buġibba? Jekk iva meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol u minn min se jsir? Meta hu mistenni li jinħarġu t-tenders għal dan l-istess xogħol?
Response (BRINCAT, LEO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6828. Ninsab infurmat li għada ma ttieħdietx deċiżjoni finali mill-MEPA dwar dan l-iżvilupp.
Kemm-il darba jinħarġu l-permessi meħtieġa, ninsab infurmat ukoll li l-pjan tal-Ministeru huwa li x-xogħlijiet jibdew din is-sena. Naħseb li l-Onor. Interpellant jaf tajjeb li l-isem ta' min se jagħmel ix-xogħolijiet ma jistax ikun magħruf ġaladarba l-anqas biss għada ħarget is-sejħa għall-offerti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm raħħala, li għandhom l-approvazzjoni ta' għajnuna finanzjarja mill-iskemi tal-Unjoni Ewropea għal titjieb fl-irziezet tagħhom, u li għadhom ma ħadux l-istess għajnuna li huma dovuti li jieħdu? Kemm ilhom jistennew biex jieħdu din l-għajnuna, u meta hu mistenni li fil-fatt jingħataw din l-istess għajnuna? Kemm hu l-ammont approvat li għad irid jitħallas?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm ħdax-il raħħal li għalkemm fis-17 ta’ Ottubru 2013 kienu approvati li jingħataw għajnuna taħt il-Miżura 121 dwar Modernizazzjoni ta’ Strutturi Agrikoli, għadhom ma jistgħux jirċievu l-għajnuna. Dan huwa dovut għall-fatt li l-istess ħdax-il raħħal għadhom ma bagħtux id-dokumenti mitluba minnhom mid-Dipartiment sabiex ikun jista jiġi iffirmat l-kuntratt relattiv.
Ninsab infurmat ukoll li l-ammont approvat globali ġaladarba jsiru dawn il-kuntratti huwa ta’ €1,439,736.00. Dan l-ammont mistenni li jitħallas kollu meta r-raħħala jkunu ġew ikkuntrattati u jlestu l-proġett ta’ mmodernizzar tal-irziezet tagħhom skont il-kuntratt. Dan tal-aħħar għandu perjodu massimu ta’ 18-il xahar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm bdiewa li għandhom l-għajnuna finanzjarja mill-iskemi tal-Unjoni Ewropea approvata iżda għadhom ma ngħatawx l-istess għajnuna? Kemm hu l-ammont dovut lil dawn il-bdiewa, u meta hu mistenni li jitħallas?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li hemm erba’ bdiewa li għalkemm fis-17 ta’ Ottubru 2013 kienu approvati li jingħataw għajnuna taħt il-Miżura 121 dwar Modernizazzjoni ta’ Strutturi Agrikoli għadhom ma jistgħux jirċievu l-għajnuna. Dan huwa dovut għall-fatt li l-istess erba’ bdiewa għadhom ma bagħtux id-dokumenti mitluba minnhom mid-Dipartiment sabiex ikun jista jiġi iffirmat l-kuntratt relattiv.
Ninsab infurmat ukoll li l-ammont approvat globali ġaladarba jsiru dawn il-kuntratti huwa ta’ €385,686.47. Dan l-ammont mistenni li jitħallas kollu meta l-bdiewa jkunu ġew ikkuntrattati u jlestu l-proġett ta’ mmodernizzar tal-istrutturi agrikoli tagħhom skont il-kuntratt. Dan ta’ l-aħħar għandu perjodu massimu ta’ 18-il xahar.
San Pawl il-Baħar – Triq ta’ wara l-Knisja tal-Karmnu — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta’ tiswija fuq it-triq magħrufa bħala Ta’ Wara l-Knisja tal-Karmnu, San Pawl il-Baħar, liema triq tibda minn Triq San Pawl, ftit ‘l bogħod mill-uffiċċji tal-istess kunsill?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.