Sptar Mater Dei – trasferiment ta’ pazjenti long-term
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti long-term fl-Isptar Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra bejn Jannar 2011 u Novembru 2013, xahar b’xahar fl-aħħar jum ta’ kull xahar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li nġabret mill-Patient Administration Sytem preċedenti tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li ġew klassifikati bħala “long-term care” li kienu qegħdin jistennew trasferiment għal faċilita oħra bejn Jannar 2011 u Diċembru 2013 fl-ewwel ġimgħa ta’ kull xahar jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal kull faċilità oħra tas-servizz tas-saħħa bejn Jannar 2011 u Novembru 2013, xahar b’xahar u jagħti l-informazzjoni faċilità b’faċilità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Sptar Mater Dei – Trasferiment ta’ pazjenti lejn djar tal-anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2011 sa Frar 2013 ma nħolqu ebda postijiet għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern. Ta’ min jinnota li matul ix-xahar ta’ Diċembru 2012, ingħalqet għal kollox id-Dar tal-Anzjani tal-Gzira u b’hekk naqsu 18-il sodda.
Informata li f’Marzu 2013 inħolqu 37 sodda fid-Dar taż-Żejtun, 33 sodda fid-Dar Residenzjali ta’ Zammit Clapp u 33 sodda fid-Dar tal-Mellieħa, kollha djar tal- anzjani tal-Gvern immexxija mill-privat.
F’Awwissu 2013 gew maħluqa 6 sodod fid-dar ta’ Bormla, dar residenzjali tal-Gvern wkoll immexxija mill-privat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mietu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li tinfetaħ l-ambaxxata Maltija ġewwa Doha, il-Qatar?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-preparamenti relatati mal-ftuħ ta' Ambaxxata Maltija f'Doha, il-Qatar għadhom għaddejjin bl-intenzjoni li din tinfetaħ meta l-proċess jiġi ffinalizzat.
Sadanittant, għandi l-pjaċir ninforma li l-Ambaxxata tal-Qatar ilha topera b'mod residenti f'Malta sa mill-aħħar ta' Novembru 2013.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ftehim iffirmat mal-Libja dwar xiri ta' żejt u l-ftehim iffirmat maċ-Ċina dwar il-bejgħ tal-Korporazzjoni Enemalta, mhumiex disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku bħalma huma disponibbli mijiet ta' ftehim bilaterali oħra?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba n-natura tal-imsemmija Memoranda u l-kontenut ta' sensittivita' kummerċjali tagħhom, għad m'huwiex il-waqt li dawn isiru disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5554, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-punti ewlenin li ħarġu mir-rapport taċ-Chartered Institute of Public Finance and Accountancy dwar it-transizzjoni għall-accrual accounting?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5553, jista’ l-Ministru jgħid:
a) Kemm hemm skrivani tal-Gvern u tal-kuntratturi jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei;
b) Kemm hemm skrivani mal-kuntratturi illi applikaw għal mal-Gvern fl-2013 u kemm ġew minnhom ingaġġati; u
c) Jekk hemmx diskrepanza fis-salarji bejn dawk tal-Gvern u dawk tal-kuntratturi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
B’referenza għall-mistoqsija 5553, l- Ministeru tas- Saħħa jixtieq jikkonferma li hemm 151 skrivan (ekwivalenti ghall ‘full time’) li huma tal- Gvern u 158 skrivan (ekwivalenti għall ‘full time’) li huma tal- kuntrattur qed jaħdmu fl- Isptar Mater Dei.
Ġew ngaggati 10-il skrivan mal- Gvern mis- 66 applikant illi applikaw.
Ninsab infurmat li l- iskrivani tal- Gvern jitħallsu fuq skala 16. Fir- rigward tal- kuntrattur, l- gvern iħallas lil kuntrattur għas- servizz li l-impjegati tiegħu jagħtu fl- isptar. Infakkar lill-Onorevoli Membru li tħejjew linji gwida mill- Ufficju tal- Prim Ministru u d- Dipartiment tal- kuntratti biex jiġu salvagwardjati d- drittijiet ta’ dawn l- ħaddiema. Kull kuntrattur huwa obbligat li jsegwi dawn l- linji u l- gvern jara li t- tali kundizzjonijiet qed jiġu onorati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn billboards madwar Malta u Għawdex u kemm minn dawn għandhom il-permess meħtieġ? Jekk m’għandux id-data tal-billboards kollha li hawn madwar Malta u Għawdex, jista’ f’dan il-każ, jagħti lista ta’ billboards kollha li għandhom il-permess meħtieġ u jgħid f’liema triq qegħdin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B' risposta ghall-mistoqsija parlamentari numru 7208, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista t'applikazzjonijiet li ġew approvati minn meta twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sal-21 ta' Jannar 2014, li jirrigwardaw billboards.
Wieħed irid jinnota li billboards provi¿orji huma e¿entati milli jkollhom permess ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont Artiklu 4 tal-Avvi¿ Legali Numru 171 ta' 1993, Ordni ta' l-1993 dwar Reklami, u għalhekk l-istess Awtorità m'għandiex informazzjoni fuqhom.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorità fejn il-proposta għandha il-kelma "billboard" u l-applikazzjoni ġiet approvata sal-21/01/2014.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Deputy Chief of Staff
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu wara dak li nkiteb mid-Deputy Chief of Staff tiegħu b’indirizz lejn l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li niddisasoċja ruħi w ma naqbilx mall-kummenti li ġew miktuba mill-individwu konċernat fil-kapaċità personali tiegħu. Madanakollu ninsab infurmat li l-uffiċċjal skuża ruħu w għaldaqstant nħoss li l-każ huwa magħluq.
Jista’ l-Ministru jindika x’tip ta’ moniteraġġ qed isir minn Transport Malta minn meta l-kumpanija Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern? Minn min qed isir dan il-moniteraġġ, minn ħaddiema ta’ Transport Malta jew minn kuntratturi oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta baqgħet għaddejja bil-moniteraġġ tas-servizz hekk kif kienet qed tagħmel qabel mal-Gvern ħa f' idejh is-servizz tat-trasport pubbliku f’Jannar li għadda.
Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu:
· Spezzjonijiet fuq ix-xarabanks fejn fost l-oħrajn jiġu iċċekkjati ir-rekwiżiti ta’ saħħa, sigurta’ u l-indafa;
· Spezzjonijiet fuq l-infrastruttura li jinkludu l-iċċekkjar ta’ l-iskedi fuq il-bus stops;
· Spezzjonijiet fuq ix-xufiera u ħaddiema oħra li jkollhom kuntatt mal-passiġġieri fejn fost l-oħrajn jiġu iċċekkjati illi jkunu libsin l-uniformi kif ukoll it-tags;
· Moniteraġġ fuq is-servizz ipprovdut fejn jiġi aċċertat li r-rotot qed isiru skont l-iskedi u li mhux qed isiru devjazzjonijiet mhux approvati.
L-analizi tal-moniteraġġ li jsir jiġi diskuss mal-Malta Public Transport Services Ltd. bil-għan li tittieħed azzjoni immedjata fejn is-servizz ma jilħaqx il-livell mixtieq.
Infurmat ukoll li dan il-moniteraġġ qed isir minn ħaddiema ta’ Transport Malta filwaqt li ċerta servizzi qed ikunu subcontracted lil kumpanija privata.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hemm speed cameras, kemm hu s-speed limit tat- triq li fiha tinsab kull speed camera u kemm irid ikun li speed biex tinħareġ ċitazzjoni fuq over speeding?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.