Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — bordijiet - membri nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet li nħatru mill-Ministeru tiegħi mill-elezzjoni sal-lum huma iffurmati minn 68 persuna li minnhom 14 huma nisa.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — bordijiet - membri nisa
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-elezzjoni sal-lum ġew maħtura mija u ħamsa u disgħin (195) membru fuq il-bordijiet tal-Ministeru li minnhom ħamsa u erbgħin (45) kienu nisa.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ‘l hekk imsejħa 'tourism policemen' hux se jifformalizzaw dak ix-xogħol li qabel kien isir mill-pulizija fiż-żoni turistiċi, permezz ta' 'foot patrols'? Qabel kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu jagħmlu dan ix-xogħol? F'liema lokalitajiet kien hemm dawn il- patrols, u f'liema lokalitajiet hu issa mistenni li jibda jkun hemm dawn l-istess patrols? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jiġi ffurmat unit partikulari, bi spettur u ranks oħra tal-pulizija li jiffurmaw parti minn dan il-grupp?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li l-istrateġija u l-operat ta' kif it-'Tourism Police' sejra taħdem għadu mhux konkluż u għaldaqstant, f'dan l-istadju, mhuwiex opportun li jingħata aktar tagħrif. Infurmat ukoll li l-ebda ppattuljar li qabel kien isir fi-żoni turisti madwar Malta u Għawdex mhu ser jintaqqas sakemm tiġi stabbilita t-'Tourism Police'.
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li tiġi mnedija policy mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar ir-reklamazzjoni tal-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 6795.
Jikkonferma l-Prim Ministru li hemm proġetti li ġew sottomessi għas-sejħa tar-reklamazzjoni tal-art li l-permess għall-iżvilupp tagħhom għadu qed jiġi pproċessat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Reklamazzjoni tal-art –Kumitat dwar l-għażla tal-proġetti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri tal-kumitat li huma nkarigati bl-għażla tal-proġetti tas-sejħa tar-reklamazzjoni tal-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jeżisti l-ebda kumitat li huwa nkarigat bl-għażla tal-proġetti tas-sejħa tar-reklamazzjoni tal-art
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar f’liema stadju kienu waslu l-preparamenti dwar policy għal shooting ranges li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) kienet ħadmet fuqha fis-snin li għaddew? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk l-istess proċess reġax inbeda mill-ġdid mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) inkella le? Fiex wasal issa l-proċess dwar tfassil ta’ shooting ranges?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-MEPA intalbet tipproponi mill-ġdid policy dwar shooting ranges fejn fl-ewwel lok għandha tistipola kriterji fejn tali zvilupp jista' jigi permess mingħajr impatti ambjentali avversi, u dan billi agguntivament jittieħdu s-segwenti
kunsiderazzjonijiet:
L-effett tal-istorbju tal-isparar,id-direzzjoni tal-isparar u d-depożiti tac-ċomb u materjal iehor.
L-ispirtu tal-politika tal-Pjan ta'Struttura RCO 4 li tipprojbixxi l- izvilupp ta’ kull struttura jew attività li tkun sejra taffetwa b’mod avvers żoni li ghandhom valur ta’ pajsaġġ għoli.
L-impatt fuq żoni protetti u dan fl-ispirtu tal-politika tal- Plan ta’Struttura RCO 28 fejn il-widien jibqghu jigu protetti bhala żoni fejn jinġabar l-ilma.L-impatt fuq il-widien u dan fl-ispirtu tal-politika tal-Pjan ta’Struttura RCO 29 - ( żvilupp fiziku ġdid mal-ġenb ta’ widien ma jithalliex isir, b’eċċezzjoni għal strutturi li l-għan tagħhom hu li jwaqqfu l-erożjoni tal- ħamrija u li jservu għall-immanigjar tar-riżorsi ta’ l-ilma. Il-widien jigu salvagwardati għal attivitajiet ta’rikrejazzjoni bħall-mixi u użu ta’roti). L-ispirtu tal-politika tal-Pjan ta' Struttura segwenti: RCO 10 li ssemmi t-tipi ta’ habitat jimmerithom protezzjoni bħala żoni ta’ importanza ekologika. Permezz dan kollu, għandu jigi esplorat l-użu ta’ barrieri u stallazzjonijiet militari għal dan l-iskop.
Dawn l-oġġettivi gew publikati fuq il-website tal-MEPA u kull min hu interessat mill-publiku għandu jibghat is-sottomissjonijiet tiegħu sa mhux aktar tard mit-3 ta' Marzu, 2014.
Wirt industrijali ta’ pajjiżna – organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn organizzazzjonijiet/fondazzjonijiet li b’xi mod jieħdu ħsieb il-wirt industrijali ta’ pajjiżna, u li huma rikonoxxuti bħala għaqdiet ta’ dan it-tip mill-awtoritajiet governattivi? Liema huma dawn l-organizzazzjonijiet, fejn huma reġistrati, u kemm ilhom rikonoxxuti bħala għaqdiet ta’ dan it-tip?
Response (VELLA, KARMENU)
Infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li skond l-informazzjoni li għandha huma erbgħa (4) l-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb b’xi mod il-wirt industrijali f’pajjizna. Dawn huma:
Fondazzjoni Wirt Artna
Fondazzjoni għal-Ħarsien Wirt Industrijali
Malta Aviation Museum
Farsons Foundation
Dwar il-parti tal-mistoqsija li tirrigwardja r-reġistrar ta’ għaqdiet jew fondazzjonijiet, nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lil Ministeru konċernat
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’numru ta’ studenti se jidħlu jistudjaw kull sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
F'dan l-istadju ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għan tal-MoU huwa li jkun hemm kollaborazzjoni bejn Queen Mary Barts Medical School u l-Gvern Malti bil-ħsieb li flimkien titwaqqaf istituzzjoni edukattiva li tiffoka fuq Health Sciences ġewwa Malta.
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ korsijiet se jiġu offruti, per eżempju se jkunu ta’ livell undergraduate, graduate entry jew postgraduate?
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-proposta tilqax biss studenti tal-mediċina?
Ftuħ ta’ skola medika – konsultazzjoni mal-Università ta’ Malta
Question
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi tip ta’ konsultazzjoni mal-Università ta’ Malta?
Ftuħ ta’ skola medika – każijiet fl-Isptar f’Għawdex
Question
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġi żgurat li l-istudenti jkollhom il-firxa u volum meħtieġ ta’ każijiet fl-Isptar ġewwa Għawdex biex tassew isiru tobba kompetenti?