Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #7614 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – permessi għall-billboards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess li ħarġet l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tqegħid tal-billboards li qed jirreklamaw il-miżuri tal-baġit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista’ twieġeb din il-mistoqsija.
Leg 12 PQ #7615 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Finanzi

Baġit 2014 – billboards – spiża

Question

B’referenza għall-mistoqsija parliamentari 6190, jista’ l-Ministru jindika min hu – skont hu – l-Ministru kkonċernat u jgħid għaliex iqis li l-ministeru tiegħu mhux ikkonċernat fuq nefqa li titħallas mill-fondi pubbliċi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża li qed jirreferi għaliha ma titħallasx mill-Ministeru għall-Finanzi.

Trasport pubbliku – karozzi li ħadu n-nar

Question

Peress illi minn meta l-Gvern sar ir-regolatur u l-operatur tat-trasport pubbliku fl-istess ħin, xejn inqas min erba' karozzi tal-linja kellhom xi tip ta' ħruq fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħariġx ordni biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jara x' kienet ir-raġuni li dawn il-karozzi tal-linja ħadu n-nar? Jekk se jsiru, x' tip ta' investigazzjonijiet se jsiru u minn min?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-każi li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ma’kienux kollha jirilataw ma’ ħruq. Infatti f’żewg każi, għalkemm intuża il-fire extinguisher, dawn kienu jirilataw ma’ air leakage bil-konsegwenza li r-roti saħnu. F’każ ieħor il-karrozza tal-linja inqatgħalha il-fan belt bil-konsegwenza li ir-radiator saħan. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li għar-rigward tal-vettura li inħarqet fl-20 ta’ Jannar 2014 din kellha żewġ inċidenti li jirrigwardja ħruq. L-ewwel inċident seħħ fil-11 ta’ Jannar 2014 fejn deheru xi fjammi żgħar ħerġin mill-Manifold liema kienu kkontrollati immedjatament permezz ta’ fire extinguisher u t-tieni inċident kien dak li seħħ fl-20 ta’ Jannar 2014 ġewwa Burmarrad li rriżulta fi ħruq tal-karozza tal-linja. Kemm il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastrutura kif ukoll l-Operatur qiegħdin jistennew l-eżitu tal-investigazzjoni Magisterjali li għaddejja sabiex jiġi stabbilit il-kawża tan-nirien.

Servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni illi minn meta l-Gvern sar ir-regolatur u l-operatur tat-trasport pubbliku fl-istess ħin, qed ikun hemm diversi karozzi tal-linja neqsin minn fuq ir-rotot fuq bażi regolari?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7182 fejn kien spjegat li l-medja ta’ karozzi tal-linja li kienu bil-ħsara għas-sena 2013 kienet ta’ 31.5. Min-naħa l-oħra, minn meta beda jiġi operat is-servizz mill-Gvern il-medja ta’ vetturi wieqfa għax-xahar ta’ Jannar 2014 niżlet għal 22. Għaldaqstant, dawn in-numri juru biċ-ċar li s’issa l-ammont ta’ vetturi neqsin mis-servizz kien anqas mill-medja tas-sena l-oħra.

Trasport pubbliku – tiswija ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qegħdin jintefqu flus fi spare parts kull ġimgħa biex jiġu rranġati l-karozzi tal-linja minn meta l-Gvern ħa s-servizz tat-trasport pubbliku f'idejh?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li skont informazzjoni provduta mill-Operatur tat-trasport pubbliku bħala medja qiegħed jintefaq €80,544 fil-ġimgħa fuq spare parts.

Kumpaniji — għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex kumpaniji li qegħdin jiffaċċjaw problemi finanzjarji jiġu megħjuna sabiex jiġu salvati l-impjiegi u jsir taħriġ sabiex l-istess impjegati jiġu mħarrġa fl-iskills necessarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħoloq Task Force biex twieġeb għal dawn l-eventwalitajiet. Il-Ministeru qed iħejji employment policy li tinkludi l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema f'pajjiżna biex jiġġeddu skont il-bżonn. Se nkunu qed naħdmu mas-CEDOFOP, l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni vokazzjonali biex nindirizzaw 'skills gaps' f'pajjiżna u biex niżviluppaw il-ħiliet tar-riżorsi umani f'pajjiżna.
Leg 12 PQ #7816 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Pensjonanti tas-Servizz – żieda tal-għoli tal-ħajja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-pensjonanti li kienu jaħdmu fis-servizz u li għadhom m’għalqux il-61 sena iżda ma jaħdmux, tibda tingħatalhom iż-żieda ta’ €3.49 tal-għoli tal-ħajja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7817 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank of Valletta — proċess ta’ grievance

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Bank of Valletta nieda proċess ta’ grievance għall-impjegati tiegħu? Jekk huwa minnu jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom lill-bank? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa? Kemm se jiswa lill-bank dan il-proċess fi ħlasijiet globali kemm għall-promozzjonijiet b’lura u żidiet fil-pagi marbuta mal-istess promozzjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta – inċident fil-Freeport

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar inċident li seħħ il-Freeport nhar is-16 ta’ Jannar 2014 fejn tliet impjegati ta’ Transport Malta li kienu impjegati riċentement u ġew assenjati għal doveri ta’ security officers mal-Malta Freeport Corporation, kienu allegatament involuti f’tilwima ma’ manager tal-kumpanija privata Malta Freeport Terminals Limited, liema manager safa msawwat? Jista’ jikkonferma jekk hijiex qed issir investigazzjoni fuq dan l-inċident u x’passi se jittieħdu, u jekk il-kumpanija Malta Freeport Terminals Limited talbitx li jittieħdu passi dixxiplinari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 7811.
Leg 12 PQ #7819 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — contract for service

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għada qed tinġabar

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — contract for services

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?

Response (GRECH, LOUIS)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li hemm ħames persuni li kienu ingaġġati fuq contract for service għal perjodi li jvarjaw bejn 135 siegħa u xahar. L-ingaġġ tagħhom sar skont ir-regoli tal-Gvern. Jien nfurmat illi din il-prassi kienet te¿isti wkoll fis-snin li għaddew.
Leg 12 PQ #7865 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Assistenza lill-Bands Lokali

Question

B’riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2175, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-kuntratt ta’ ingaġġ tal-persuna indikata issa ġiex iffirmat, u jekk le għaliex għadu ma ġiex iffirmat u jekk il-Gvern almenu abbozzax dan il-ftehim u f’dak il-każ jista’ jqiegħed l-istess abbozz fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ġie iffirmat, allura jista’ jqiegħed il-kopja tal-istess ftehim?

Response (VELLA, KARMENU)

Il-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien iffirmat iżda f’dan l-istadju ma nħossx li għandu jkun ippubblikat.

Notifikazzjonjiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il notifikazzjoni għamlet Malta matul is-sena 2013? Tista’ tagħti assikurazzjoni li ma kienx hemm regolamenti ġodda matul is-sena 2013 li kellhom jiġu notifikati u fil-fatt ma ġewx notifikati? Tista’ tinforma lill-Kamra dwar il-konsegwenzi li Malta tista’ tiffaċċja jekk il-Kummissjoni Ewropea jirriżultalha li kien hemm regolamenti li ma ġewx innotifikati?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi matul l-2013 saru żewġ notifiki ta’ regolamenti nazzjonali taħt il-proċedura tad-Direttiva 98/34/EC. Qegħdin jittieħdu l-passi u l-proċeduri neċessarji sabiex dawk ir-regolamenti li jaqgħu taħt id-direttiva 98/34/EC jiġu notifikati. Kull Ministeru huwa responsabbli li jgħarraf jekk ir-regolament li jkun ser jinħareġ għandux bżonn ikun notifikat. Il-konsegwenza, fl-agħar każ, tista tkun li r-regolament ikun dikjarat bħala null.

Korp tal-Pulizija – persuni impjegati mal-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni impjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Jien infurmat illi bħalissa hemm mija u wieħed u għoxrin (121) persuna mpjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp. Dawn jinkludu 56 Immigration Officer li jaħdmu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta Director 1 Assistant Director 1 Officer in Grade 5 1 Officer in Grade 7 1 Principal 5 Assistant Principal 9 Executive Officer 5 Senior Clerk 43 Clerk 10 Messengerial 2 Health Assistant 1 Senior Technical Officer 1 Senior Technician 2 Senior Tradesman 18 Health Attendant B 1 General Hands Group II 7 General Hands Group III 1 Labour Operative Group IV 1 Senior Operative IV 1 Other Industrial Grades 3 Others 2 TAS Trainees 5 TOTAL 121 .

Korp tal-Pulizija — karigi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra preżentament kemm hemm persuni membri fil-Korp tal-Pulizija u jista’ jindika f’liema kariga? Jista’ jindika wkoll kemm persuni ngħataw promozzjoni tul dawn l-aħħar 11-il xahar u jista’ jindika f’liema kariga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Frar 2014 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 1, 939 membru. Dawn huma kif juri fit-tabella A li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Il-promozzjonijiet li ngħataw matul dawn l-aħħar 11 –il xahar huma tmienja u temenin (88) kif jidru fit-tabella B li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Persuni li qed jirċievu l-pensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni u tista’ tindika f’liema kategorija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni huwa kif jidher hawn taħt: Pensjoni għall-Irtirar 57,623 Pensjoni għar-Romol 15,839 Pensjoni għal Invalidita’ 4,557

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

Pubblikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm saru publikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7892 Sitting 123 2014-02-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.

PBS — contract of service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies b'contract of service mill-PBS mid-9 ta’ Marzu 2013 'il quddiem, min huma, x'inhu xogħolhom u kemm qed jitħallsu kull wieħed minnhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninfomra lil Onorevoli Interpellant li b’kollox ġew ingaġġati ħames persuni b’contract of service fejn tlieta minnhom huma Jurnalisti, persuna Sales Executive u persuna Coordinator Finance.