San Pawl il-Baħar – Skola Primajra – numru ta’ tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal, skont il-klassi li jattendu fiha (sena skola stima), sena b’sena, li preżentement qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? Kif inhuma maqsuma skont in-nazzjonalità dawn it-tfal?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 30507 - Skola Primarja ta' San Pawl il-Baħar - numru ta' tfal.pdf
Ministeru għat-Turiżmu — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 18-il impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (MIZZI, JOE)
Kienu 5 l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Kienu 10 l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi mit-twaqqif tal-Ministeru sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-ahhar leġiżlatura mill-Prim Ministru fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess taghhom.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 24 l-impjegati li m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru fit-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess ta’ dawn l-impjegati.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Kienu sitta l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn meta nħtart Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima sal-lum, ma kien l-ebda uffiċjal li telaq mis-Segretarjat tiegħi.
Ftehim bejn l-Isptar t’Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa u Vitalis Global Healthcare
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim sħiħ li ġie ffirmat mal-Vitals Global Healthcare biex imexxu l-Isptar t'Għawdex, Sptar Karin Grech u Sptar San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim sħiħ, salv dawk il-partijiet ta' natura kummerċjali, ġie mqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-seduta Parlamentari numru 429, ta’ din il-legiżlatura.
Memorandum of Understanding bejn il-Gven u l-Montenegro
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mal-Montenegro fit-18 ta' Mejju 2016? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- Memorandum of Understanding li l- Gvern iffirma mal-Montenegro jitratta diversi oqsma ta’ kooperazzjoni fosthom, fit-tisħiħ tas-sistemi tal-kura tas-saħħa; taħriġ għall-professjonisti permezz ta’ parteċipazzjoni f’simpożji, konferenzi, seminars u avvenimenti oħra, kooperazjoni fil-kamp tal-farmaċewtiċi u apparat mediku; fil- promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard; fil-kontrol epidemjoloġiku tal-mard komunikabbli, kif ukoll dak mhux komunikabbli.
Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-Russja
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li ffirma l-Ministru Mizzi fir-Russja f'Settembru 2015? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma mar-Russja jippromwovi l-koperazzjoni fl-oqsma tal-kura tas-saħħa u x-xjenza medika bħal fit-Traumatology u l- Ortopedija, l- mediċina riġenerattiva u r-Riabilitazzjoni Medika.
Dan jinkludi wkoll attivitajiet bħal skambju ta’ speċjalisti u delegazzjonijiet; twettiq ta’ workshops; parteċipazzjoni ta’ speċjalisti f’ kungressi, konferenzi u avvenimenti xjentifiċi oħra organizzati separatament jew flimkien.
Abbażi ta’ dan il-ftehim ufficjali Maltin attendew għal taħriġ fil-Kurgan, li tћaddem it-teknika ta’ l- Ilizarov. Pazjenti Maltin ġew mogħtija trattament b’ teknika Ilizarov mit-tim Russu.
Memorandum of Understading bejn il-Gvern u l-Iżrael
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma f'Iżrael f'Ottubru 2013? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Memorandum of Understanding fil-Qasam tas-Saħħa u x-Xjenza Medika bejn il-Ministeru tas-Saħħa ta' Malta u l-Ministeru tas-Saħħa ta’ l-Istat ta' Iżrael għas-snin 2013 – 2018 jinkludi diversi oqsma ta’ koperazzjoni fosthom tfassil ta’ servizzi relatati mal-Kwalità tas-Saħħa; fl-epidemjoloġija tal-mard prevalenti fil-pajjiżi rispettivi; prijorità relatati ma’ programmi ta’ Saħħa Nazzjonali; Prevenzjoni tal-Mard li jittieħed; skambju ta’ informazzjoni dwar konferenzi internazzjonali, laqgħat u avvenimenti oħra li jistgħu jsiru fil-pajjiżi rispettivi. Permezz ta’ dan l-MOU professjonisti mediċi Maltin ħadu taħriġ dwar Mass Casualties minn esperti Iżrealiti mill-Universita’ ta’ RAMBAM waqt kors li sar apposta hawn Malta.
Memorandum of Understanding bejn il-Gven u l-Montenegro
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li hu iffirma mal-Prim Ministru tal-Montenegro fit-18 ta' Mejju 2016? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u r-Russja
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li ffirma l-Ministru Mizzi fir-Russja f'Settembru 2015? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa (fi spiża kapitali) il-proġett Esplora?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-infieq kapitali għall-proġett Esplora s’issa kien ta’ €17,561,259.53.
Dan l-ammont, iżda, ma jinkludix kontijiet li għadhom ma waslux għand il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija sal-lum.
Proġett tal-V18 – infiq fuq proġetti infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28275 u jgħid kemm intefqu finanzi pubbliċi fuq il-proġett tal-V18, sena b’sena, mill-2013 ’il hawn u għal kull sena jgħid kemm minn din l-ispiża kienet marbuta ma’ proġetti infrastrutturali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Valletta – proġetti infrastrutturali fil-Belt Valletta b’rabta mal-V18
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28276 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ proġetti infrastrutturali li saru fil-Belt Valletta bħala parti mill-proġett tal-V18?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Belt Valletta – proġetti kapitali/infrastrutturali b’rabta mal-Proġett V18
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29513 u jgħid kemm intefqu flus fi proġetti kapitali/infrastrutturali fil-Belt Valletta bħala parti mill-Proġett tal-V18 fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni proġett proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Persuni barranin – permess ta’ residenza f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29514 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ persuni barranin li għandhom permess ta’ residenza biex joqogħdu f’pajjiżna u jaqsamhom skont in-nazzjonalità kif ukoll skont il-lokalità li huma residenti fiha?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra zewġ listi bin-numru ta’ persuni barranin li kellhom permess ta’ residenza f’Malta sal-aħħar tal-2015, maqsuma skont in-nazzjonalità u l-lokalità li huma residenti fiha. Ta’ min jinnota li l-ammont globali ta’ persuni barranin li għandhom permess ta’ residenza jinkludi 4,377 persuna li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali.
Fil-lista m'hemmx inkluzi cittadini li gejjin mill-Unjoni Ewropea u membri tal-familja taghhom
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li ġew imġegħla jirreżenjaw, ġew sospiżi jew inkella mkeċċija mid-diversi dipartimenti u awtoritajiet sena b'sena, dipartiment dipartiment, awtorità awtorità mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta' kull każ separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura li mit-13 ta’ Marzu l' hawn kien hemm dawn it-tkeċċijiet ;
Sena
Tkeċċija
2013
Każ ta’ Habs
2014
Każ ta’ Ħabs.
2014
Każ ta’ Habs
2016
Każ ta’ Habs
2016
Regulation 36 – Absence without Leave
L-informazzjoni mitluba fir-rigward ta' Transport Malta hija kif muri hawn taħt:
Sena
Riżenja/Sospensjoni/Tkeċċija
2014
Tkeċċija t’impjegat wara proċeduri kriminali mill-Pulizija u wara investigazzjoniji tal-Internal Audit & Investigations Unit
2015
Sospensjoni t’impjegat fuq allegat abbuż fl-għoti ta’ numru ta’ tenders
2016
Sospensjoni t’impjegat fuq allegat falsifikar ta’ dokumentazzjoni
2016
Sospensjoni t’impjegat wara mġiba mhux xierqa fil-konfront ta’ żewġ impjegati oħra
2016
Sospensjoni ta’ żewġ impjegati wara li ma nstabux fuq il-post tax-xogħol waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom
Ma kien l-ebda riżenja sfurzata, sospensjoni jew tkeċċija mill-Grand Harbour Regeneration Corporation fis-snin imsemmija.