B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6251, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol li suppost għamlet il-Korporazzjoni Enemalta fi Triq l-Inkurunazzjoni, Ħaż-Żabbar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fit-toroq li għandhom x’jaqsmu mas-substation li kienet responsabbli minnhom il-Korporazzjoni Enemalta fit-Triq l-Inkurunazzjoni u Triq Bajada, Ħaż-Żabbar issa huma lesti. Il-kumplament tax-xogħlijet bħal ma hu l-kisi tat-tarmak tat-Triq l-Inkurunazzjoni huwa responsabbli minnhom il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar. Xi xogħlijiet li għadhom għaddejjin bħalissa jaqaw taħt ir-responsabbilita ta’ entitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati tlett (3) persuni u kumpanija fuq bażi ta’ ‘contract for service’ fil-perjodu in kwistjoni.
Persuna ġiet ingaġġata b’kuntratt ta’ sena mill-14 ta’ Mejju 2013 bħala Co-ordinator b’remunerazzjoni ta’ €19,113 (VAT inkluża) annwali.
Persuna ġiet ingaġġata b’kuntratt ta’ sena mill-5 ta’ Ġunju 2013 bħala Audio Visual Producer b’remunerazzjoni ta’ €23,422 (VAT mhux inkluża) annwali.
Persuna oħra ġiet ingaġġata fuq bażi ta’ contract for service b’effett mit-18 ta’ Ġunju 2013 b’remunerazzjoni sa massimu ta’ €6,000 (VAT mhux inkluża), sabiex jagħti servizzi ta’ handyman u manutenzjoni, kif ukoll servizzi ta’ messaġġier u xufier kif ikun meħtieg mill-Ministeru.
Kuntratt ieħor ingħata lill-kumpanija Messrs Protection Services Ltd sabiex tipprovdi servizz ta’ security personnel għall-Pjazza Teatru Rjal għal perjodu ta’ erba’ (4) xhur li jiskadi f’April 2014 bi ħlas ta’ €6.38 fis-siegħa (VAT inkluża).
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li b'kollox, minn Marzu 2013 sal-lum, fid-dekasteru tiegħi saru 247 contract for service. Id-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:
Tabella 'A' - Ministeru/Direttorati/Dipartimenti
Tabella 'B' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla
Tabella 'C' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'D' - Aġenzija Żgħażagħ
Tabella 'E' - MCAST
Tabella 'F' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Tabella 'G' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewli, t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati xi persuni fid-dekasteru tiegħu fuq bażi ta’ contract for service? Jekk saru dawn il-kuntratti, kemm-il persuna ġiet ingaġġata minn Marzu 2013 sal-lum? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ kull persuna? X’perijodu jkopri kull kuntratt? X’inhu l-ħlas marbut ma’ kull kuntratt?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li dan il-Ministeru ingaġġa 4 persuni fuq contract for service. Wieħed minnhom fuq bażi full-time waqt li l-oħrajn għandhom kuntratt li jkopri perjodu ta’ bejn 3 xhur u 6 xhur. Il-kundizzjonijiet tagħhom huma skont il-prassi governattivi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
Response (VELLA, KARMENU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Memorandum of Understanding – adozzjonijiet tat-tfal mis-Slovakkja
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memorandum of understanding dwar l-adozzjoni tat-tfal li għadu kif ġie ffirmat mas-Slovakkja ? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il ftehim hemm dwar l-istess suġġett u ma’ liema pajjiż?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kopja tal-memorandum of understanding dwar l-adozzjoni tat-tfal li għadu kif ġie ffirmat mas-Slovakkja qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Id-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali għandu ftehim mal-Albanija dwar dan l-istess suġġett. Barra minn hekk qed issir ħidma sabiex jiġi ffirmat ftehim ieħor mal-Filippini, u l-Polonja.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru pubblikazzjonijiet minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu tul is-sena li għaddiet, f’liema kwantitajiet, kemm ġew jiswew, għand min ġew stampati u lil min tqassmu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dati qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn total ta’ mija u d-disgħa u erbgħin (149) membru fuq bordijiet maħtura mill-Ministeru, disgħa u għoxrin (29) huma nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħareġ l-avviż legali dwar il-feed-in tariff tal-istabilimenti kummerċjali stante li dak li kien in vigore skada f’Settembru li għadda u minn dakinhar sal-lum għalkemm għaddew 5 xhur dan baqa' ma ġiex ppubblikat? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal biex diversi kumpaniji li jissupplixxu u jistallaw pannelli foto-voltajiċi jinsabu f’diffikultà u jistgħu jispiċċaw jitterminaw l-impjieg ta’ diversi persuni li jaħdmu f’dan il-qasam?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-avviż legali dwar il-feed-in tariff li japplika għal stabilimenti kummerċjali li ma bbenifikawx minn grant għandu jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7260 u jgħid kemm swiet b’kollox il-kampanja pubbliċitarja dwar il-Budget 2014? Jista’ jagħti spjegazzjoni ta’ kif intefaq dan l-ammont? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender u min ingħata x-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2014 kienet ta’ €210,661.
Din tkopri spejjez marbuta ma’ printing, posta, produzzjoni ta’ avvizi informattivi fuq gazzetti, televizjoni, radju u online, konferenzi tal-ahbarijiet u logistika kollha relatata flimkien ma’ billboards.
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li din l-ispiza kienet €175,000 jew 45% inqas minn kemm kienet l-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2013 li incidentalment ma kienx approvat mill-Parlament. L-ispiza sħiħa fuq il-kampanja ghall-Budget 2013 kienet ta’ €385,322.
Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant li l-approvazzjoni ghall-hlas ta’ din l-ispiza marbuta mal-kampanja ghall-Budget 2013 ingħatat mill-Ministru tal-Finanzi lejliet id-data tal-ahhar elezzjoni generali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm swew l-avviżi li saru dwar il-laqgħat li żammet mal-pubbliku f’Għawdex? Tista’ tgħid fuq liema media saru dawn l-avviżi u kemm sewa kull reklam?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avviżi li saru dwar il-laqgħat li żammet mal-pubbliku f’Għawdex swew €1,719.81. Dawn l-avviżi ġew reklamati permezz tal-gazzetti. Il-prezzijiet ivarjaw skond il-ġurnal.
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid liema istituzzjoni se toħroġ il-lawrija?
B’referenza għal dak li tħabbar dan l-aħħar dwar l-MoU li ġie ffirmat ma’ Barts Medical School għall-ftuħ ta’ skola medika f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm postijiet bi scholarship għall-istudenti Maltin?