Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-inizjattivi meħuda mill-Gvern mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum sabiex janalizza l-problema tat-trab iswed fl-arja, l-aktar fin-naħa t'isfel ta' Malta u jieħu miżuri biex jipprevjeni dan it-trab iswed? Jista' jindika s-sors ta' dan it-trab?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru kkonċernat li taħtu taqa’ l-funzjoni regolatorja dwar dan is-suġġett.
Forzi Armati ta’ Malta – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fondi mill-Unjoni Ewropea rċevew il-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, taħt liema programm jew fond u għal liema skop jew proġett?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damu jistennew għall-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom għall-ażil l-immigranti irregolari li waslu f'pajjiżna, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-infomrazzjoni mitluba se tingħata biss għal dawn l-aħħar ħames snin, minħabba li fis-snin ta’ qabel ma kinitx tinżam din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġu ingaġġati l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mis-sejħa għall-Assistant Technical Officer fid-DES (PAHRO 109/12) wara li r-riżultat ġie ppublikat f’Mejju 2012?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ ta’ assistant technical officer mis-sejħa msemmija qiegħed fis-seħħ, skont il-vakanzi li kienu jeżistu f’dan il-grad.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għaddejjin mas-sidien/rappreżentanti/konsulenti tal-Isptar St Philip’s dwar xi forma ta’ ftehim li jista’ jintlaħaq bejniethom u l-Gvern dwar l-użu ta dan l-isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Biex itejjeb is-servizz tas-saħħa, dan il-Gvern jikkonsidra l-options kollha u għalhekk kollox huwa possibbli biex il-pazjent jingħata l-aħjar servizz possibbli.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6296, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba f'valur jiġifieri f'Euro minflok fi kwantitajiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ingħataw fil-leġislatura li għaddiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga u x’inhuma l-perkaċċi li jgawdi ċ-Chairperson tal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-paga u l-perkaċċi li jgawdi c-Chairman tal-Board tad-diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) huwa l-istess li kienu jgawdu c-Chairpersons preċedenti, skont l-istess kuntratt li kellhom inkluż l-aħħar Chairman l-Onor. Ċensu Galea.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – impjegati ġodda
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna l-impjegati ġodda (apparti n-nies tas-Segretarji Privati w advisors) li ġew ingaġġati għall-ewwel darba fis-Settur Pubbliku fl-MEAIM fil-perijodu konċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, skont it-tabella li qed tidher separatament?
Response (VELLA, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella hawn taħt:
Ministeru għall-Affarijiet Barranin
Xahar
Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014
Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel
Marzu/April 2013
301
17
Mejju 2013
302
4
Ġunju 2013
302
1
Lulju 2013
301
1
Awwissu 2013
300
6
Settembru 2013
296
7
Ottubru 2013
302
8
Novembru 2013
294
6
Diċembru 2013
294
3
Jannar 2014
289
3
Impjegati ingaġġati mill-Ambaxxati Maltin Barra minn Malta
Xahar
Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014
Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel
Marzu 2013
166
1
April 2013
165
0
Mejju 2013
169
4
Ġunju 2013
169
3
Lulju 2013
171
4
Awwissu 2013
171
1
Settembru 2013
173
3
Ottubru 2013
172
0
Novembru 2013
172
1
Diċembru 2013
173
1
Jannar 2014
175
2
INIA
Xahar
Total ta' Ħaddiema mid-9 ta' Marzu 2013 sa 28 ta' Jannar 2014
Kemm Minnhom ma kienux hemm Qabel
Marzu 2013-Jannar 2014
7
0
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6210, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Transport Malta biex teduka u tgħin lill-poplu biex jibda juża t-trasport pubbliku b'mod aktar frekwenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn aktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6210.
Il-Furjana — St Francis Ravelin – problema ta’ parkeġġ
Question
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6246, jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-evelwazzjoni tal-problema tal-parkeġġ li għandha l-Awtorita dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fil-bini tal-Awtorità f' St. Francis Raveline, fil-Furjana? X' passi konkreti se jittieħdu biex tissolva din il-problema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 6246. Nżid ukoll illi l-faċilitajiettal- parking fil-viċinanzi qegħdin jerġgħu jiġu offruti għal ħlas ta' 40c.
Il-Furjana — St Francis Ravelin – assenjazzjoni ta’ parkeġġ
Question
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6247, jista’ l-Prim Ministru jgħid preżentament x'proċedura qed tintuża biex jiġu assenjati l-postijiet ta' parkeġġ li bħalissa hemm disponibbli fil-bini tal-Awtorita dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandha f' St. Francis Raveline fil-Furjana? Kemm-il post ta' parkeġġ hemm? Min qed jipparkja f' dawn il-postijiet ta' parkeġġi?
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — impjegati
Question
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6248, jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed iħallas l-40 persuna li ġew impjegati mal-Ministeru? X'inhi r-renumerazjoni ta' kull wieħed minn dawn il-persuni? Jekk dawn qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, x'inhi r-raġuni li l-Ministru qed jgħid illi mhux prassi illi jitqiegħdu l-kopji tal-kuntratti ta' dawn impjegati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fis-Segretarjat tiegħi huma mħallsa skont l-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats Manual ta’ Marzu 2013. Iċ-Chairpersons tal-Korporazzjonijiet u Entitajiet jitħallsu skont taħt liema kategorija taqa’il-korporazzjoni jew l-entita’ li jkunu qed imexxi. Il-Ħlas tas-CEO’s jiġi innegozjat bejn il-persuna maħtura u il-bord tal-entita’ konċernata. Il-persuni l-oħra impjegati mal-entitajiet/korporazzjonijiet jitħallsu skont il-ftehim milħuq bejnhom u bejn il-bord tal-entita’/korporazzjoni konċernata.
B'referenza għall-miżura li ġiet imħabbra riċentament dwar rifużjoni tal-VAT ta' karozzi mixtrija bejn l-2004 u l-2008, jista’ l-Ministru jgħid f'każ li karozza ġiet mixtrija mingħand dealer, min xtara l-karozza hu intitolat għal din ir-rifużjoni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ,kif ġie mħabbar ftit ġimgħat ilu, nieda skema li tipprovdi għotja ta’ darba għal vetturi reġistrati u liċenzji għall-użu personali bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2008. L-iskema tapplika għall-ewwel sid reġistrat tal-vettura li jkun xtara l-vettura matul il-perjodu effettiv u għaldaqstant il-persuna li tkun xtrat il-vettura mingħand id-dealer se tkun eliġibbli għall-iskema.