Advisory Committee on Heath Care Benefits — laqgħat
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28641, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Advisory Committee on Health Care Benefits iltaqax u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aġenda tal-aħħar laqgħa li saret?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-laqgħa li jmiss tal-Advisory Committee on Health Care Benefits hija fis-7 ta’ Frar 2017.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-funzjoni jew kariga li għandu mal-Gvern l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Ma’ liema ministeru jew dipartiment/entità qed jokkupa din il-funzjoni jew kariga? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħata għall-funzjoni jew kariga?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ministru bla portafoll — ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema/staff fil-Ministeru bla portafoll tal-Ministru Konrad Mizzi? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma Public Servants? Kemm minnhom huma persons of trust jew political appointees? Kemm minnhom huma taħt xi forma ta’ kuntratt jew ieħor? X'inhuma l-karigi li jokkupaw u r-responsabilitajiet ta’ kull ħaddiem? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħataw persons of trust jew political appointees għallfunzjoni jew kariga tagħom f'dan il-ministeru?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jew xi awtorità governattiva, tawx xi forma ta’ kumpens biex tkun tista’ ssir triq pubblika fuq art li fuqha kien hemm il-Freedom Press u l-art tal-madwar? Jekk ingħata xi forma ta’ kumpens, lil min ingħata u x'kien? Jekk il-kumpens kien wieħed monetarju, kemm ingħataw flus?
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi (allowances, overtime, National Insurance Contribution) fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'kull sena għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex bejn l-2012 u l-2015 kienet €20,563,036.75.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29151, tista’ l-Ministru tgħid liema aspetti tal-Att dwar il-Kompetizzjoni dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw proċedura, tul taż-żmien ta’ investigazzjoni u l-funzjonijiet tal-Uffiċċju.
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni– FA Premier League – delayed screening of Premier League Matches
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152 tista’ l-Ministru tikkonferma li allura d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma kitibx direttament il-FA Premier League Ingliża rigward il-każ tad-Delayed Screening of Premier League Matches?
Response (DALLI, HELENA)
Kif diġà spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152, id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) kien talbet lill-operaturi ikkonċernati sabiex tiġi mogħtija dikjarazzjoni uffiċjali mingħand l-FA Premier League. L-ittra mingħand l-FA Premier League fil-fatt kienet indirizzata lid-Direttur Ġenerali u tagħmel referenza li l-informazzjoni mogħtija fl-ittra qed tingħata bħala konferma ta’ dak li ntqal mill-operatur konċernat waqt il-laqgħa li kienet saret miegħu.
Uffiċċju tal-Kompetizzjoni– FA Premier League – delayed screening of Premier League Matches
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma kitibx hu direttament il-FA Premier League Ingliża rigward il-każ tad-Delayed Screening of Premier League Matches?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ma kitbitx hi direttament il-FA Premier League Ingliża peress li kif diġa spjegat fil-mistoqsija parlamentari 29152 din intalbet waqt laqgħa mal-operatur ikkonċernat. F’dan il-każ partikolari, il-każ li kien qed jiġi analizzat kien jirrigwarda wkoll il-ftehim bejn l-operatur konċernat u l-FA Premier League, u għaldaqstant l-informazzjoni ntalbet direttament mingħand l-operatur.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – FA Premier League – każ ta’ Delayed Screening of Premier League matches
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29152, tista’ l-Ministru tgħid x’għamel id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) sabiex jikkonferma li dak li kien ddikjarat fil-fatt qed iseħħ fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) ikkunsidrat li l-ittra mingħand l-FA Premier League kienet konferma uffiċċjali ta’ dak li kien qed iseħħ fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Għaldaqstant ma sarux kommunikazzjonijiet oħra biex jiġi kkonfermat dan il-fatt.
Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni – bejgħ ta’ petrol u d-diesel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni humiex jinvestigaw is-suq tal-bejgħ tal-petrol u d-diesel?
Response (DALLI, HELENA)
L-informazzjoni li qed tiġi mitluba tista` tkun ta' preġudizzju għall-investigazzjonjiet li jkun qed jagħmel l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan iż-żmien meta dentist fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jordna X-Ray għal pazjent dan qed jittieħedlu ġranet u saħansitra anke ġimgħat wara, meta qabel normalment tali X-Rays kienu jittieħdu dakinhar stess li jkunu ordnati mid-dentist? Jaf il-Ministru li dan qed iwassal għall-inkonvenjenza kbira għall-pazjenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal perjodu qasir ta’ ftit ġranet minħabba raġunijiet ta’ loġistika, pazjenti fl-isptar msemmi minnu li kellhom bżonn Xray dentali ngħataw appuntament fi żmien ta’ ftit granet. Minn dan ix-xahar ser tidħol fis-seħħ sistema fejn l-appuntamenti, fejn hu possibbli, ser isiru fl-istess ġurnata li Xray jiġi ordnat mid-dentist.
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali mhux regolati b’kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Jista’ jgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll jispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar – Skola Primarja – klassi bla għalliem
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-klassi 6.6 fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, ilha kważi tliet xhur bla għalliem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-Klassi 6.6 fl-iskola Primarja ta' San Pawl ġejt infurmat li fil-ġranet li l-għalliema kienet nieqsa, l-għalliema kumplimentari daħlet fil-klassi sabiex tagħmel il-lezzjonijiet hi. Meta dan ma setax isir, l-istudenti ġieli tqassmu fuq il-klassijiet l-oħra.
San Pawl il-Baħar – Skola Primarja –eżami ta’ nofs is-sena
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-istudenti tal-klassi 6.6 fl-Iskola Primarja ta' San Pawl il-Baħar, se jkunu mitluba jagħmlu l-eżami ta' nofs is-sena tal-klassi ta' sena iżgħar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti tal-Klassi 6.6 ingħataw il-karta ta' Year 6 u mhux ta' sena iżgħar.
San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali – rapport ta’ xogħol fuq Triq il-Pijunieri u Triq il-Qalb ta’ Ġesu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, talabx xi rapport dwar xogħol fit-toroq li sar fi Triq il-Pijunieri u Triq il-Qalb ta' Ġesu (fost l-oħrajn), liema xogħol kien sar f'Marzu/April 2015? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan ir-rapport, jekk sar?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni Ewropea għal dak li jikkonċerna l-użu tal-glysophate? Jista' jagħti tagħrif dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proposta oriġinali tal-Kummisjoni Ewropea fuq dan is-suġġett kienet biex jiġi estiż il-permess tal-glyphosate għall-hmistax-il sena. Din il-proposta kienet ġiet diskussa fl-iStanding Committee tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fih ir-rappreżentant ta’ Malta hija l-Awtorita’ tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Wara dawn id-diskussjonijiet il-Kummissjoni Ewropea irrevediet il-proposta. Din kienet tinkludi estenzjoni ta’ 9 snin u kienet tirreferi espliċitament għall-evalwazzjoni karċinoġenika min-naħa tal-Agenzija Ewropea tal-Kimika fuq din is-sustanza kif ukoll tirreferi fuq l-evalwazzjoni tal-użu ta’ din is-sustanza minn non-professional users. Peress li l-anqas din il-proposta riveduta ma ntlaqet tajjeb mill-maġġoranza tar-rappreżentanti fl-iStanding Committee, il-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet li l-permess jiġi estiż sa Diċembru 2017 jew sakemm ikollha l-opinjoni tal-Agenzija Ewropea tal-Kimika skont liema tiġi l-ewwel.
F’dan ir-rigward, Malta kienet ivvutat kontra din l-proposta a bażi tal-prinċipju prekawzjonali.
Wara l-proċess ta’ votazzjoni kemm fl-iStanding Committee kif ukoll fl-Appeals Committee, il-Kummisjoni Ewropea harġet Deċiżjoni biex testendi l-permess tal-glyphosate sa l-aħħar ta’ Dicembru 2017 jew sakemm toħroġ l-opinjoni tal-Agenzija Ewropea tal-Kimika skont liema tiġi l-ewwel. Fl-stess Deċiżjoni il-Kummissjoni Ewropea harget dawn il-kundizzjonijiet:
- Projbizzjoni tal-uzu tal-
co-formulant
POE-tallowamine imħallat mal-Glyphosate fi prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti peress li nstab li dan il-
co-formulant
jaffettwa is-saħħa tal-bniedem
- Tħeġġiġ tal-iStati Membri biex jagħmlu restrizzjonijiet tal-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glyphosate sabiex jitnaqqas l-użu fi spazji pubbliċi u l-użu fi stadju
pre-harvest
Wara dan kollu, Malta bdiet timplimenta d-Deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea u pprojbixxiet l-użu ta’ certu prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom glyphosate u POE-tallowamine inkluż il-prodotti Hopper Blu, Round Up, RoundUp Max u Seccherba Respect. Sadanittant, qed nikkonsidraw liema restrizzjonijiet jistgħu jiġu kkontemplati biex nirrestrinġu mill-ispazji pubbliċi l-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-glyphosate.
Billi fir-risposta li kien ta l-Ministru dwar ix-xogħol li fadal isir minn dak li kien il-proġett originali tat-TEN-Ts, mhux indikat x'ser jiġri minn dik il-parti tal-proġett li kien jikkonċerna x-xogħol bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq din il-parti tat-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 30326.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' pulizija li huma stazzjonati għal kull distrett tal-pulizija? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx ħsieb li d-distrett li jinkorpora fih San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, jiżdiedu wkoll in-numru ta' pulizija li jagħtu servizz fid-distrett?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ Pulizija fid-distretti, huwa bbażat skont l-esiġenzi tas-servizz ta’ kull distrett partikolari. Mhux eskluż illi tkun ikkunsidrata żieda fin-numru ta’ Pulizija fid-distretti, inkluż fid-distrett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk it-tabelli li kien hemm fejn is-sit ta' fejn għandha tinbena l-Iskola Primarja fil-Qawra, fil-fatt insterqux? Jekk ma nsterqux, iżda tneħħew mill-Gvern, jew mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS), jista’ jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha dawn tneħħew? Jekk se jkun hemm tibdil, jista’ jagħti tagħrif dwar x'se jkun it-tibdil meħtieġ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabelli tneħħew mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada biex isir tibdil fl-artwork tal-istess tabelli.