Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30340 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Klabb ta’ Naxxar Lions FC – site plans għal faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30027 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans ta' liema żoni/siti qed jiġu kkunsidrati sabiex waħda minnhom jew aktar jingħataw lill-klabb ta' Naxxar Lions sabiex tinbena faċilità sportiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li skont ir-rekords uffiċjali, l-istess Dipartiment ma kienx nvolut f’taħdidet man-Naxxar Lions FC.
Leg 12 PQ #30341 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – bini ta’ faċilità sportiva minn Naxxar Lions FC fil-Kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30028 u jikkonferma jekk l-art fiż-żona viċin ta' fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar għadhiex qed tiġi kkunsidrata sabiex fuqha tinbena faċilità sportiva min-Naxxar Lions FC, liema art fl-2012 kien sar kuntratt fuqha bil-partijiet involuti/firmatarji kienu fil-fatt l-istess Naxxar Lions FC u l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab nfurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li hemm pjanijiet oħra għal l-art pubblika kollha li għandu u li tinsab fiż-żona viċin ta’fejn qabel kien hemm il-kumpless taċ-Ċentri tal-Fieri fin-Naxxar. Kif diġà sar magħruf pubblikament għaddej ix-xogħol neċessarju biex fiż-żona imsemmija jingħata bidu għall-proġett bl-isem ta’ REACH , li huwa intenzjonat għall-persuni b’diżabilità. Madanakollu, dan il-proġett ser jintroduċi żoni miftuħa u addattati għal kulħadd, u għalhekk il-post li se jkun aċċessibli għal min se jkun qiegħed jiffrekwentah.
Leg 12 PQ #30342 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar – Laqgħat bejn il-Gvern u Naxxar Lions FC dwar faċilità sportiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30029 u jgħid kemm saru laqgħat u f’liema dati, bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC bejn l-1 ta' April 2013 u l-10 ta' Jannar 2017 dwar is-suġġett relatat mal-faċilità sportiva fil-lokalità tan-Naxxar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li skont ir-rekords uffiċjali, l-istess Dipartiment ma kienx nvolut f’taħdidet man-Naxxar Lions FC.
Leg 12 PQ #30343 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Naxxar — għoti ta’ art lin- Naxxar Lions FC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30030 u jgħid meta mistennija jiġu konklużi l-laqgħat bejn il-Gvern (Dipartiment tal-Artijiet) u Naxxar Lions FC dwar għoti ta' art sabiex fuqha tinbena faċilita sportiva, dejjem jekk hi differenti minn dik li fuqha kien hemm qbil u ftehim iffirmat f'Ottubru 2012, bejn l-istess għaqda sportiva u l-amministrazzjoni preċedenti (Kunsill Malti għall-Isport)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Artijiet li skont ir-rekords uffiċjali, l-istess Dipartiment ma kienx nvolut f’taħdidet man-Naxxar Lions FC.
Leg 12 PQ #30348 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30335 u 29916 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm tlett persuni f’position of trust u tmintax bħala persons of trust.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30036 u 29917 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru Għat-Trasport u l-Infrastruttura hemm 10 persuni f’ position of trust u 14-il persuna bħala person of trust.

Linja tat-telefon ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-linji tat-telefon tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilhom ħmistax bil-ħsara, minkejja diversi ilmenti li saru mal-amministrazzjoni tal-Qrati?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-ħsara fuq din il-linja kienet rapurtata nhar it-2 ta’ Jannar 2017 fejn dakinhar stess kienet rapurtata lill GO. Din il-ħsara issewwiet fi żmien ġimgħa. Fil-fatt irriżulta li ma kien hemm ebda ħsara imma kien hemm il-wire tat-telefon maqlugħ minn mal-wallport. Imbagħad reġgħet ġiet rapurtata ħsara f’din il-linja nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2017 u din il-ħsara ġiet rapurtata dakinhar stess lill GO. It-technician tal-GO ġie jsewwi l-ħsara nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar. Il-ħsara kienet ikkaġunata minn wire difettuż tal-handset li għalkemm ma affettwax il-linja kien qed ikun hemm xi ħsejjes waqt li tkun qed issir it-telefonata.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30037 u 29918 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Minsteru hemm 62 persuna f’position of trust u 4 persons of trust. Dawn l-ammonti jinkludu l-membri tas-Segretarjat tieghi u kif ukoll il-Court Attorneys li kollha li jinghazlu u jinhatru skont il-fiducja tal-Imhallfin.>

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — person of trust u position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30038 u 29919 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru hemm 12 il-persuna f’position of trust u 22 persuna person of trust. Magħhom hemm inkluż ukoll dawk illi ġew ingaġġati għall-Presidenza ta’ Malta.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — person of trust u position of trsut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30039 u 29920 u jgħid kemm-il person of trust u position of trust, elenkati separatament hemm fil-Ministeru tiegħu sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar hemm 18-il persuna bħala person of trust.
Leg 12 PQ #30392 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Organizzazzjonijiet Volontarja – applikazzjonijiet mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet daħlu minn ħaddiema tas-Servizz Pubbliku biex jiġu seconded għal ma’ Organizzazzjoni Volontarja mill-2013 sal-lum? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa u kemm ġew irrifjutati skont il-Ministeri fejn saru l-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Is-Siġġiewi – Speed camera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji ta’ Transport Malta dwar il-bżonn li titwaħħal speed camera fil-bypass tas-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Speed Camera fil-Bypass tas-Siġġiewi ġiet approvata minn Transport Malta fid-9 ta’ Novembru 2016.

Imrieħel – Bridge fil-bypass — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-bridge fil-bypass tal-Imrieħel, u jekk hemmx data meta dan se jibda u meta se jitlesta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-pont pedonali tul il-Bypass tal-Imrieħel beda u għandu jitlesta sal-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #30395 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata – bidu ta’ proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta' ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm se jiswa u meta se jitlesta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-26 ta’ Jannar tal-2017 ġie ppublikat ir-riżultat tal-Pre Qualification Questionnaire tal-Competitive Dialogue fuq iċ-ċimiterju tal-Addolorata u bħalissa qed jinkiteb l-ITPD (Invitation to Participate in Dialogue).

Transport Malta – SMS Alert — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq l-SMS Alert ta' Transport Malta fejn wieħed jinforma lill-Awtorità dwar karozzi li qed idaħħnu, matul l-2014, l-2015 u l-2016? Jista' jgħid kemm-il karozza ttellgħet għat-test kaġun ta' dawn l-SMSs mill-pubbliku? Jista' jgħid kemm-il karozza ġiet iċċertifikata li ma laħqitx il-livelli stabbiliti wara li saru dawn it-testijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura tas-sistema tal-emission alert hija li vettura trid tkun irċeviet aktar minn tlett rapporti permezz ta’ SMS minn numri tal-mobajl differenti fi żmien tlett xhur sabiex tkun eleġibbli għall-ispezzjoni. Jitneħħew ukoll dawk ir-rapporti mil-lista ta’ SMSes li ma jkollhomx id-dettalji tajbin jew kompleti. Wara dan il-proċess sid il-vettura jiġi mitlub sabiex itella l-vettura għal spezzjoni permezz ta’ notifika illi jirċievi bil-posta. Meta vettura tittella’ għal spezzjoni u ma tkunx laħqet il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor. F’dan l-istadju is-sid tal-karozza tinħariġlu multa. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sa ma l-vettura tgħaddi mill-ispezzjoni. F’każ li vettura ma tittellax għal spezzjoni, is-sid tal-vettura jingħata appuntament ieħor fejn ikun mitlub li jtella’ il-vettura tiegħu. Iżda wara żewg appuntamenti fejn sid il-vettura ma jkunx tella’ l-vettura għal spezzjoni hekk kif rikjest, issir restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura sabiex din ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Ir-restrizzjoni fuq il-liċenzja titneħħa biss wara li sid il-karozza jtella’ l-vettura għall-ispezzjoni u din tgħaddi. Minħabba l-proċedura kif spjegat hawn fuq, in-numru ta’ vetturi li kienu eleġibbli għal spezzjoni m’ huwiex ekwivalenti għan-numru ta’ smses li tkun irċeviet l-Awtorita’. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej: Sena Numru ta’ SMS’s Vetturi msejha ghat-test Vetturi li m’ghaddewx 2014 11,329 258 34 2015 13,235 227 37 2016 16,340 368 60
Leg 12 PQ #30397 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għall-Konverżjoni għal-LPG — vetturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn vetturi li daħlu għall-iskema tal-Konverżjoni għal-LPG sa minn meta din bdiet topera?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #30414 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Vannijiet ta’ San Pawl u Bormla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn tneħħew vannijiet fosthom ta' San Pawl u ta' Bormla li kienu jesgħu 15-il pazjent + 5 wheelchairs biex iddaħħlu vannijiet iżgħar li jesgħu 8 pazjenti + 3 wheelchairs?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tispeċifika aħjar għal liema vannijiet qed tirreferi.
Leg 12 PQ #30415 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ambulanzi bil-ħsara — kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li hemm jew kien hemm ambulanza bil-ħsara tul ix-xahar ta' Jannar 2017 u li qed tinkera mingħand min isewwi l-istess ambulanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li sabiex jitkompla s-servizz meta jkun hemm ambulanzi bil-ħsara, meta jkun hemm il-ħtieġa jinkrew ambulanzi mingħand il-kuntrattur li rebaħ il-kuntratt tal-kiri tal-ambulanzi non-emergency. Tiswijiet fuq ambulanzi tal-gvern (mhux mikrija) issir wara sejħa għal-offerti.
Leg 12 PQ #30416 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Ward MAU3 – sodod bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-Ward MAU3 fl-Isptar Mater Dei, nhar it-Tnejn 23 ta’ Jannar 2017 kien hemm sodod bla dawl min-nofsinhar sa wara s-7pm bil-konsegwenza li d-drips u sodod elettroniċi ma ħadmux?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sala msemmija minnha kienu rrapurtati żewg każijiet ta' 'twaqqiegħ ta' salvavita' waħda fis-7.13pm u l-oħra fit-8.22pm fid-data ndikata. Iż-żewġ każijiet ġew riżolti wara interventi immedjati mit-technicians tal-isptar. Filfatt it-technicians intervjenew wara 18 il-minuta fl-ewwel każ u wara 20 minuta fit-tieni każ.
Leg 12 PQ #30417 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid – dust bins

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid inxtraw 18-il dust bin li għalihom il-kuntrattur tħallas €4,000?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li għandha hija żbaljata.