Legislature:
Category:
Reset
Active:

IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28279, jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ kull għaqda filantropika/NGO li bbenefikat kif ukoll b’kemm ibbenefikat s’issa minn dawn l-għotjiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #30085 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28389 u jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Malta fis-snin 2015 u 2016, u jagħti l-informazzjoni skont il-grad li fihom ġew impjegati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2015 ġew impjegati 148 impjegat li 140 minnhom kienu ngaġġjati mal-kumpanija fuq bażi temporanja u part-time bħala cabin crew, clerks, airport handlers u junior first officers fil-peak period partikolarment bejn April u Ottubru. Fis-sena 2016 ġew impjegati 132 ħaddiem li kollha kemm huma ġew impjegati fuq bażi temporanja u part-time fl-istess gradi u perjodu imsemmija aktar ‘l fuq. Impjiegi ma’ l-Air Malta fuq bazi temporanja u part-time huma prassi normali, illi ilha tiġi applikata sa mis-sena 1996, sabiex jibqa’ jinzamm il-livell ta’ kwalita’ li l-kumpanija ta’ l-ajru tagħna hi tant rinomata għalih. Ninforma ukoll lill-Onorevoli interpellant li fl-2012, li kienet l-aħħar sena sħiħa ta’ gvern preċedenti, ma’ l-Air Malta ġew impjegati 310 persuni f’sena waħda biss li minnhom 234 kienu fuq bażi temporanja u part-time.

Transport Malta – vacancy għal Assistant Maritime Enforcement Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li Transport Malta ħarġet vacancy għal Assistant Maritime Enforcement Officer? Jista’ jgħid jekk din il-vacancy ingħatatx lill-persuna li għandha familjari tagħha, jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-persuna ġiet ingaġġata permezz ta’ sejħa pubblika u għandha il-kwalifiki kif ukoll ir-rekwiżiti l-oħra kollha msemmija fis-sejħa maħruġa. Madanakollu mhux minnu li din il-pożizzjoni mtliet minn persuna li għandha familjari jaħdmu fl-uffiċċju taċ-Chairman ta' Transport Malta.

Transport Malta — promozzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25481, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tal-promozzjonijiet kollha li ngħataw u jindika liema minnhom kienu promozzjonijiet li ngħataw wara li kellhom jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta' impjegati li tterminaw l-impjieg (replacement) u liema minnhom ingħataw minħabba ristrutturar fi ħdan l-Awtorità? Min huma l-persuni li ħadu dawn il-promozzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista mitluba mill-Onor. Interpellant, bil-gradi rispettivi kif ukoll jekk il-ħatriet kienux għall-ragunijiet ta’ ristrutturar jew promozzjonijiet.

Transport Malta – ilmenti dwar it-toroq

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21718, jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għall-konklużjoni li min jagħmel l-ilment ma’ jipprovdix l-indirizz personali tiegħu meta dawn fil-maġġor parti tagħhom jibagħtu l-ilmenti permezz ta' e-mail jew b’ittra reġistrata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indika hu stess parti sostanzjali tall-ilmenti jintbagħtu permezz ta’ email. F’dan il-każ l-indirizz tal-persuna li tindika l-lokalita’minn fejn dan joriġina mhux bilfors tkun mniżżla f’email.

Żjarat barra minn Malta għal laqgħat dwar Traffic Management System

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21721, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet l-ispiża biex delegazzjoni mill-Ministeru u minn Transport Malta attendiet għal żjara ġewwa Seoul għall-okkażjoni tal-World Road Congress? Minn min kienet iffurmata din id-delegazzjoni? Jista’ jagħti d-dettalji kollha ta' kif sar dan l-infiq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni kienet iffurmata minni, bħala Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura flimkien ma’ konsulent tiegħi għan-naħa tal-Ministeru. Min-naħa ta’ Transport Malta id-delegazzjoni kienet ffurmata mic-Chairman, Senior Operating Officer, Chief Officer Roads & Infrastructure u uffiċjal ieħor ta’ dan id-Direttorat. L-ispiża, li kienet tinkludi titjiriet u allowances dovuti,kienet skont regoli stabbiliti mill MFIN.

Transport Malta – Executive Enforcement Officer — overtime

Question

ista’ l-Ministru jgħid kemm għamel sigħat f' overtime l- Executive Enforcement Officer fl- Enforcement Unit ta' Transport Malta, xahar b'xahar, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ Executive Enforcement Officer ma jeżistix fi ħdan Transport Malta.

Transport Malta – PA tas-Senior Operating Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-PA tas-Senior Operating Officer fi ħdan Transport Malta ġietx ingaġġata b' sejħa pubblika jew inkella bħala position of trust? Xi kwalifiki għandha din il-persuna? X'paga u x’perkaċċi oħra għandha din il-persuna? Veru li din il-persuna fi ftit xhur oħra ser tiġi impjegata tal-post ma’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-grad ta’ PA Senior Operating Officer ma jeżistiex fi ħdan Transport Malta. Fl-uffiċċju tas-Senior Operating Officer hemm persuna li tokkupa l-grad ta’ Executive, liema grad huwa kontemplat fil-Ftehim Kollettiv tal-istess Awtorita’. Din il-persuna ġiet ingaġġata permezz ta’ sejħa pubblika u ghandha il-kwalifiki, l-esperjenza kif ukoll ir-rekwiziti l-oħra kollha msemmija fis-sejħa maħruġa.

Presidenza tal-Unjoni Ewropea – miri tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar il-miri tal-Ministeru tiegħi tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dikasteri varji li jaqgħtu taħtu, tul is-sena 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati mill-Ministeru u d-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru tul is-sena 2016 kien ta’ 657 li minnhom 566 jaħdmu fil-qasam edukattiv fl-iskejjel u 31 fil-qasam tal-edukazzjoni għall-adulti. Fl-istess sena kien hemm 448 persuna li temmew l-impjieg tagħhom minn mad-Direttorati/Dipartimenti.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ħaddiema ingaġġati in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fid-Direttorat tal-Affarijiet tal-UE u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, Riċerka u Żvilupp tal-Politiki fi ħdan il-Ministeru tiegħi ġew ingaġġati żewġ persuni bħala EU Presidency Support Officers. L-iskala ta’ dawn il-persuni hija skala 9.

Il-Fgura – persuni li jieħdu pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu l-Fgura kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Laqgħat tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea preseduta mill-Ministru

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa se tiġi preseduta minnha tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Kemm minnhom se jsiru f’pajjiżna u kemm barra? Tista’ tindika n-natura tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-laqgħat kollha li jaqgħu taħt l-Ministeru Għad-Djalogu Socjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Civili.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – ħaddiema ingaġġati in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew jew se jiġu impjegati u ngaġġati persuni ġodda mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtha, in vista tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea? Tista’ tindika wkoll il-kategoriji u l-iskali rispettivi tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ingaġġ/Kategorija Salarju Suġġett Policy Officer (Ġinevra) Skala 9 ILO – International Labour Organisation Activities Policy Officer (Ġinevra) Skala 9 WPIEI- Working Parties on International Environmental Issues Policy Officer (New York) Skala 9 CSW – Committee for the Status of Women.
Leg 12 PQ #30254 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta’ Fibre Optic

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett ta’ fibre optic alternattiv li hemm ħsieb li jitpoġġa bejn Malta u Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie stabbilit pjan ta’ ħidma flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u l- Malta Enterprise. Saru laqgħat mal-operaturi dwar aspetti tekniċi kif ukoll dwar l-operat u l-manutenzjoni qabel jinbeda x-xogħol fuq it-tender innifsu
Leg 12 PQ #30255 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċittadella

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett taċ-Ċittadella, u jekk rebaħx xi unuri għall-proġett li sar fih fl-aħħar erba’ snin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett taċ-Ċittadella ġibed l-ammirazzjoni tal-eluf ta’ viżitaturi li ta’ kuljum iżuru lil dan il-post storiku. Madanakollu, il-proġett ingħata wkoll għarfien uffiċċjali minn organizzazzjonijiet u entitajiet fil-qasam tal-arkitettura u tal-wirt storiku. Dawn jinkludu : · Rikonoxximent minn Din l-Art Ħelwa permezz tal-Medalja tal-Fidda 2016 li tfisser l-aqwa unur fil-kategoriji kollha għall-kontribut distint għall-wirt storiku Malti u għall-kisbiet ta’ eċċellenza arkitettonika f’Malta permezz taċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella li huwa kkunsidrat bħala proġett kbir ta’ riġenerazzjoni. · Rikonoxximent minn Din l-Art Ħelwa permezz tal-Prix d’Honneur 2016 (Kategorija A) għall-kontribut distint u sinifikanti għall-wirt storiku Malti u għall-kisbiet ta’ eċċellenza arkitettonika f’Malta permezz taċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella li huwa kkunsidrat bħala proġett kbir ta’ riġenerazzjoni. · Rikonoxximent mill-Kamra tal-Periti permezz ta’ żewġ Malta Architects Award 2016 – wieħed għal binjiet pubbliċi u ieħor għal proġetti ta’ riabilitazzjoni u konservazzjoni - permezz taċ-ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella għall-aqwa disinni arkitettoriċi f’Malta bil-għan li jispiraw u jinfluenzaw l-istakeholders ewlenin tal-industrija f’Malta biex joħolqu strutturi li jsebbħu u mhux iħassru l-ambjent li jinsabu fih.
Leg 12 PQ #30256 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Pixxina ġdida f’Għawdex — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett ta’ pixxina ġdida f’Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Oner. Interpellant li f’Novembru li għadda ġie iffirmat il-Ftehim fil-prinċipju bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-kumpanija GNI Limited. Minn naħa l-oħra bħalissa qed jiġi iffinalizzat il-ftehim ta’ konċessjoni mill-Privatization Unit.
Leg 12 PQ #30257 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn u Xlendi — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar xi proġetti hemm maħsuba għall-Marsalforn u x-Xlendi?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Oner. Interpellant li għaddej il-proċess mal-Awtorita’ tal-Ippjanar għad-development brief tal-Masterplan ta' Marsalforn, b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Propjeta' tal-Gvern, l- Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, Transport Malta, l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità u entitajiet oħra. Dan biex ikun hemm pjan ħolistiku għal Marsalforn u jkunu jistgħu jiġu rregolarizzati l-istabilimenti u t-tined rispettivi biex ikun hemm dehra omoġenja mal-front ta' Marsalforn. Sa Ġunju 2016 sar ħafna xogħol ta' pavimentar u tisbiħ ieħor f'Marsalforn. Din is-sena tkompla dan ix-xogħol li jinkludi wkoll l-installazzjoni ta' sistema ġdida tad-dawl mal-front. Qed isiru wkoll l-pjanti għad-development brief tal-Masterplan tax-Xlendi, b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Propjeta' tal-Gvern, l- Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, Transport Malta, l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b'Diżabilità u entitajiet oħra. Dan biex ikun hemm pjan ħolistiku għax-Xlendi u jkunu jistgħu jiġu rregolarizzati l-istabilimenti u t-tined rispettivi biex ikun hemm dehra omoġenja mal-front tax-Xlendi.
Leg 12 PQ #30258 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Victoria – proġett ta’ Pjazza San Franġisk

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’toroq ġew maħduma fil-Belt Victoria minn Marzu 2013 sal-lum u kif ukoll jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett ta’ Pjazza San Franġisk fl-istess Belt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-taraġ fi Pjazza San Franġisk issa laħaq l- aħħar fażijiet tal-konstruzzjoni tiegħu u sa l-aħħar ta’ Frar 2017 kif previst għandu jitlesta x-xogħol ta’ kostruzzjoni. Matul il-perjodu Marzu 2013 sal-lum saru wkoll dawn it-toroq, Triq Vajrinġa, parti minn Triq Għajn Qatet, Triq il-Wieħed u Tletin ta' Marzu 1979, Triq Sant’ Orsla, parti minn Triq Kerċem, Triq Gedrin, Triq Tomba, Triq il-Wied, Triq Qasam San Ġorġ, Triq Antonio Mallia, partijiet minn Pjazza San Franġisk, Triq Enrico Mizzi, Triq Putirjal, Triq Santa Dminka, Triq ir-Repubblika, Triq il-Kastell, Triq Ninu Cremona, parti minn Triq l-Imgħallem u Triq id-Dawwara.
Leg 12 PQ #30259 Sitting 477 2017-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – żieda fl-impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka ż-żieda fl-impjiegi li esperjenza Għawdex fl-2016 hekk kif ipparagunat mal-2012?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi ż-żidiet fin-nies li effettivament ħadmu f’Għawdex u Kemmuna mill-2011 sal-2015. żidiet sostanzjali ġew irreġistrati mill-2013 sal-2015. Hekk kif infurmat, l-informazzjoni għall-elfejn u sittax għadha mhix disponibbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.