Jista’ l-Ministru jagħti s-somma ta’ kemm iffaċjat f'imgħax il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) direttament jew indirettament, (kemm dawk li tħallsu u kemm dawk li għadhom ma tħallsux) bejn l-ftuħ tagħha u Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 30687 - FTS - Interessi u Bank Charges (2001-2013).pdf
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-bini ta' skejjel ġodda f'din il-leġislatura u x'hemm ippjanat għas-sena skolastika li jmiss?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba (Dok. A u Dok. B) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-listi (Dok. A: Skejjel
ġodda li nbnew u skejjel oħra li sar xogħol ta' bini fuqhom, u Dok. B: Proġetti ppjanati (2017-2019) jirreferu għal xogħlijiet konsiderevoli peress li saru u ser isiru xogħlijiet minuri f’ħafna aktar skejjel.
Attachments:PQ 30688 - DOK A - Skejjel ġodda li nbnew u skejjel oħra li sar xogħol ta bini fihom (2014-2016).pdfPQ 30688 - DOK B - Progetti ppjanati (2017-2019).pdf
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti ta' infrastruttura fl-iskejjel matul l-2016? Jista’ jgħid kemm-il persuna se tgawdi minnhom u kemm kien l-investiment fihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tirreferi għal xogħlijiet konsiderevoli peress li saru xogħlijiet minuri f’ħafna aktar skejjel.
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, Vote 47 Recurrent Item 5896 (Gozo Private-Public Hospital) fejn ġew ivvutati €1.2 miljun jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid għal-liema skop hu pproġettat li jintużaw dawn il-finanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari ser ikun qed jintuża għal-proġett ta’ Barts Medical School.
B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, Vote 47 Recurrent Item 5862 (HospitalConcession Agreement - Gozo General Hospital) fejn ġew ivvutati t-€12.5 miljun, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid x'inhu l-iskop li għalihom ġew ivvutati dawn il-finanzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-line item imsemmi minnu jirreferi għall-operat tal-Isptar Ġenerali t' Għawdex u jinkludi ħlas ta' dawl u ilma, pagi tal-ħaddiema tal-kuntrattur, mediċini u disposables u spejjeŻ relatati oħra fil-kuntest tal-agreement mal-kuntrattur.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każi ta' dixxiplina li kien hemm fid-diversi dipartimenti tal-Gvern, skont id-dipartiment li jaħdmu fih, kull sena, dipartiment dipartiment, bejn l-2013 u llum? Kemm kien hemm każi fejn il-persuni konċernati spiċċaw imkeċċija?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-aħħar sejħiet għall-promozzjonijiet, f'kull dipartiment taċ-ċivil, dipartiment dipartiment? Liema minn dawn is-sejħiet fil-fatt kellhom l-proċess tagħhom konkluż, u kemm għadhom għaddejjin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill l-Onorevoli Interpellant biex jispecifka ghal liema perjodu qed jirreferi.
B'referenza għal domandi preċedenti dwar il-proġett tat-TEN-Ts bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, billi skont dawn l-istess domandi din il-parti tat-triq mhux ser isir xogħol fuqha permezz ta’ dan il-proġett, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux ser jintużaw fondi nazzjonali biex ikun jista' isir ix-xogħol meħtieġ f'dawn l-istess inħawi?
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru (kemm dawk ta’ restawr kif ukoll ta’ trasformazzjoni biex jilqgħu l-laqgħat ta’ matul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea) fuq u fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li żewġ entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħi ħadmu b’mod dirett fuq dan il-proġett, ċjoè Heritage Malta u d-Direttorat tar-Restawr.
Heritage Malta kienu responsabbli għal xogħol fuq l-irħam tal-kurituri prinċipali tal-ewwel sular u interventi fuq il-ħitan dekorati tal-istess kuritur.
Id-Direttorat tar-Restawr ħa ħsieb l-aspett ta' manutenzjoni.
Kburi ħafna bix-xogħol li għamlu dawn iż-żewġ entitajiet.
Irrid ngħid li x-xogħol kollu li sar speċifikament bi tħejjija għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri kien immexxi mill-GHRC bhala
lead entity
, li taqa’ fir-responsabilità tal-kollega tiegħi l-Onor. Ministru Joe Mizzi. Għaldaqstant, nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Onor. Ministru Joe Mizzi biex jingħata l-informazzjoni kollha li jixtieq.
Ministeru għal Għawdex — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpeklant li kienu (14) erbatax l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 14-il impjegat li ma baqgħux jaħdmu mas-Segretarjat Privat tiegħi minn April 2013 sal-lum.
Kif kien stabbilit fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru fit-tweġiba li kienet ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ dawn il-persuni tiġi mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Ministeru għall-Finanzi — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Waqt li ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kien hemm b’kollox tlettax-il persuna li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013, ma narax il-ħtieġa li nagħti isimhom għal raġunijiet ta’ data protection.
Ministeru għas-Saħħa — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm impjegat wieħed li ma baqax jaħdem mas-Segretarjat Privat tiegħi bħala Ministru għas-Saħħa.
Kif kien stabbilt fl-aħħar leġiżlatura mill-Prim Ministru, fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5535, dettalji personali ta’ din il-persuna tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħha.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni li m’għadhomx fis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra m’għadhomx jaħdmu fis-Segretarjat minn April 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interperllant illi, kienu 3 l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu fis-segretarjat tiegħi minn April 2014 (jiġifieri minn meta jien inħtart Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali) sal-lum.
Id-dettalji personali ta’ dawn il-persuni jiġu mgħoddija lill-Onor. Interpellant jekk ikun hemm il-permess tagħhom.
Memorandum of Understading bejn il-Gvern u l-Israel
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-Memorandum of Understanding li l-Gvern iffirma f'Israel f'Ottubru 2013? Sal-lum, pajjiżna, kif ibbenefika minn dan il-ftehim?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsill Lokali Belt Valletta – Financial Statements
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23878, 24116 u 28274 u jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mhuwiex f’pożizzjoni li jiffinalizza l-Financial Statements tiegħu u x’ser jagħmel il-Gvern biex isolvi din is-sitwazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni ghadha qed tingabar u ser tinghata f’seduta ohra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28273, jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestiex ix-xogħol u jagħti data meta ser jibda jopera l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta minnu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin xogħolijiet konsiderevoli fuq is-sit imsemmi. Tlesta ix-xogħol ta’ tindif u restawr u qed jiġu installati servizzi ġodda minn taħt l-art. Fil-ġimgħat li ġejjin jinbeda ukoll ix- xogħol ta’ finishing tal- parti li ser tkun tintuża għall-ufficini tal-Kunsill Lokali. Hu ippjant li dawn ix-xogħolijiet jitlestew sal-aħħar ta’ Mejju 2017, jigifieri tliet xhur ohra. Id-deċiżjonijiet kollha li qed jittieħdu qed jiġu diskussi u maqbula mal-Kunsill Lokali tal-Belt.
B’referenza għat-tweġiba għall-msitoqsija parlamentari 28277, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata tal-konfiski kollha li saru mill-2010 ‘il hawn sena b’sena u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Fir-rigward tal-Asset Recovery Bureau, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 26082.
Fir-rigward ta’ konfiski li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti, mis-sena 2012 (is-sena li fiha ġie mwaqqaf dan il-Unit u bdiet tinżamm l-istatistika) kien hemm is-segwenti konfiski:
· L-ammont totali ta €197,122 li għadda favur il-Gvern ta’ Malta;
· Erbatax (14) il-vettura, li sitta (6) minhom ingħataw lil Korp tal-Pulizija, sitta (6) inbiegħu lil pubbliku u tnejn (2) inbiegħu bħala
scrap;
Żewġ (2) inġenji tal-baħar, waħda (1) nbiegħat b’irkant u l-oħra ħarġet bl’offerta` u ma kien hemm ebda offerta.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28277, jista’ l-Ministru jagħti data meta ser jibda jopera l-Asset Management Bureau?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet fuq il-livell tekniku u wiehed jittama li ma jdumux ma jintemmu. Nifhem li l-Onor. Interpellant japprezza l-kumplessità tas-settur de quo.