Pensjoni tal-Invalidità – talbiet pendenti quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ talbiet għal reviżjoni quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju rigwardanti l-Pensjoni tal-Invalidità fis-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ talbiet għal reviżjoni tal-Pensjoni tal-Invalidità quddiem il-Bord Multi Dixxiplinarju, fis-snin imsemmija, kien kif qiegħed ikun muri fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Każijiet
2014
85
2015
72
2016
113
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Pensjoni tal-Invalidità – persuni li appellaw quddiem l-Arbitru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni appellaw quddiem l-Arbitru skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn deċiżjoni ta’ ċaħda mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjoni tal-Invalidità fis-snin 2014, 2015 u 2016, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha hi skont it-tabella murija hawn taħt:
Appelli
2014
2015
2016
Appelli Irreġistrati
92
78
79
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30437 u 29624 u jgħid kemm ingħataw garanziji bankarji mill-Gvern bejn l-1990 sal-lum u lil liema entità jew persuna fiżika jew legali? Kemm huma l-ammonti ta’ kull garanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ħ’Attard – Kulleġġ San Nikola – assenza tal-għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat bl-assenza tal-għalliema fi klassi Year 2.2 fl-Iskola Primarja ta' Ħ'Attard fi ħdan il-Kulleġġ San Nikola? Jekk iva, kemm kienu dawn l-assenzi minn Novembru 2016 sa Jannar 2017, u fuq liema bażi qed jiġu ġġustifikati dawn l-assenzi? X'rimedji qed jingħataw lit-tfal f'fażi tant bikrija u sensittiva tal-edukazzjoni tagħhom u meta mistennija li tittranġa din il-problema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li minn Novembru 2016 sa l-aħħar ta' Jannar 2017, l-għalliema fil-klassi indikata rrappurtat li kienet ma tiflaħx diversi drabi f'dan il-perjodu. Infurmat ukoll illi kull darba li kienet ma tiflaħx intbagħat ċertifikat mediku u li saru talbiet biex issir vista mit-tabib diversi drabi. Infurmat li matul dawn il-ġranet li l-għalliema kienet assenti, it-tfal tal-klassi ħadu ħsiebhom membri tal-SMT għal xi ħin u tqassmu fuq klassijiet oħra biex it-tagħlim kemm jista' jkun ikompli għaddej.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29987, jista' l-Ministru jgħid ma' min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-ftuħ ta' Night Shelters u fejn ser ikunu qegħdin jinfetħu dawn in-Night Shelters?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, id-diskussjonijiet dwar ftuħ ta’ Night Shelters għaddejin ma’ entitajiet diversi.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29986, jista' l-Ministru jgħid ma' min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-ftuħ ta' Ċentri ta' Matul il-Jum u jgħid ukoll fejn ser ikunu qed jinfetħu dawn iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-diskussjonijiet dwar ftuħ ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum għaddejjin mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29985, jista' l-Ministru jgħid jekk meta ngħad li għaddej b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod, jeskludix li se jkun qed iżid is-sodod permezz ta' djar ġodda tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà weġebit f’mistoqsija parlamentari 29985, il-Gvern għaddej kontinwament b'diskussjonijiet biex iżid is-sodod sabiex tkun indirizzata d-domanda preżenti kif ukoll dik proġettata.
Childcare Centres – benefiċċju minn tnaqqis ta’ taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lil uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi t-taxpayers li bagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa kienu 3,372 li b’kollox iffrankaw €343,222 f’taxxa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw individwi mit-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul fl-2015, wara li din ġiet imniżżla minn 35% għal 25%? Kemm hu l-ammont li ffrankaw il-ħaddiema b’din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li taxpayers li matul l-2013 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 35% għal 32% kienu 45,233 li b’kollox iffrankaw €15,497,846 f’taxxa.
Taxpayers
li matul l-2014 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 32% għal 29% kienu 50,156 li b’kollox iffrankaw €19,493,001 f’taxxa.
Taxpayers li matul l-2015 ibbenefikaw mit-tnaqqis tar-rata tat-taxxa minn 29% għal 25% kienu 54,591 li b’kollox iffrankaw €27,077,769.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti, xorb u affarijiet oħra, fl-aħħar 10 snin, sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u d-dazju mitluf sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tkun varata l-iskema tal-ħwienet imsemmija fil-budget li se tiġi estiża għall-ħwienet oħra li ma humiex fil-Belt Valletta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estenzjoni ta’ l-iskema tal-ħwienet imsemmija fil-budget se tigi introdotta mill-Awtorita ta’ l-Artijiet aktar tard din is-sena.
Forzi Armati ta’ Malta – persuni li applikaw għar-reklutaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw għall-aħħar sejħa li ħarġet għar-reklutaġġ għal suldati mal-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jgħid kemm hu maħsub li jkunu ngaġġati rekluti ġodda minn din is-sejħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sejħa li ħarġet għar-reklutaġġ għal suldati mal-Forzi Armati ta’ Malta applikaw 498-il kandidat.
Id-Dipartiment tal-Eżamijiet m’għandux informazzjoni dwar kemm hu maħsub li jkunu ingaġġati rekluti ġodda minn din is-sejħa.
Servizz Pubbliku – Post ta’ Uffiċjal Prinċipali – persuni li applikaw
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li applikaw, u kienu eliġibbli, għall-aħħar sejħa għall-post ta' Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ta' Malta? Jista' jgħid kemm minn dawn għaddew mill-ewwel parti li kienet tikkonsisti f'test fl-abilità ġenerali? Jista' jgħid kemm ressqu għat-tieni parti li kienet tikkonsisti f'intervista strutturata? Jista' jgħid kemm hemm postijiet vakanti f'dan il-grad?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-post ta’ Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta applikaw 883 persuna. Minn dawn, 603 ġew meqjusa eliġibbli u ġew mistiedna għat-test tal-Abilità Ġenerali, u 285 kisbu marka li kienet minn 60 ‘il fuq u għaldaqstant ġew meqjusa li għaddew.
Id-Dipartiment tal-Eżamijiet ma kienx responsabbli għat-tieni parti ta' dan l-eżami u lanqas għandu informazzjoni dwar kemm hemm postijiet vakanti f’dan il-grad.
Servizz pubbliku – post ta’ Uffiċjal Prinċipali – marki tal-kandidati
Question
Rigward tal-aħħar sejħa li kien hemm għall-post ta' Uffiċjal Prinċipali fis-Servizz Pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm kandidati ġabu iktar minn 70% u bejn is-60% u s-70%, separatament, fit-test dwar l-abilità ġenerali? Jista' jgħid kemm kandidati weħlu mill-ewwel parti? Jista' jgħid kemm kandidati għaddew mill-ewwel u t-tieni parti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-aħħar sejħa kien hemm 100 kandidat li ġabu iktar minn 70%, u 185 kandidat li ġabu bejn is-60% u s-70% fit-test dwar l-abilità ġenerali.
Kien hemm 275 kandidat li ġabu inqas minn 60%, u li għaldaqstant m’għaddewx. Huwa nnutat ukoll illi kien hemm 43 kandidat li ġew mistiedna għat-test dwar l-abilità ġenerali u kienu assenti.
B’kollox għaddew 285 kandidat mit-test dwar l-abilità ġenerali. Id-Dipartiment tal-Eżamijiet ma kienx responsabbli għat-tieni parti ta' dan l-eżami.
Servizz tal-ambulanza tal-ajru bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-ambulanza tal-ajru bejn Malta u Għawdex minn meta kien inawgurat fil-5 ta' Awwissu li għadda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-ambulanza tal-ajru ntuża sabiex ikun jista jkompli jingħata t-taħriġ neċessarju lill-ħaddiema li ser ikunu parti mit-tim li jitrasferixxi pazjenti mill-isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal sptarijiet oħra f’Malta. Sa issa saru 29 titjira ta' taħriġ.
Iż-Żurrieq – proċess biex Triq Wied Babu tingħaqad ma’ Vjal l-Indipendenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk matul din is-sena hux se jseħħ il-proċess sabiex Triq Wied Babu tingħaqad ma’ Vjal l-Indipendenza fiż-Żurrieq?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.
Birkirkara – Triq Fleur-de-Lyds u Triq l-Indjana — żebgħa tal-box square
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li terġa’ tinżebagħ il-box square fl-intersection bejn Triq Fleur-de-Lys u Triq l-Indjana f’Birkirkara?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-refreshing ta’ din il-box junction qiegħda fuq il-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru minn Transport Malta. Dawn ix-xogħlijiet isiru skont prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.