Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reserved Parkings

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ingħataw reserved parking lokalità b'lokalità, bejn l-1 ta' April 2013 u l-15 ta' Jannar 2017?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni mituba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Irġiel – Każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rġiel li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Nisa — Każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Tfal u Żgħażagħ – Każijiet ta’ rapporti dwar vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal u żgħażagħ ta' taħt l-età li għamlu rapport f’xi Għassa tal-Pulizija jew f'xi sezzjoni oħra tal-Korp tal-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront tagħhom bejn Ġunju 2013 u Diċembru 2016 u kemm minn dawn ir-rapporti mexxiet bil-qorti l-pulizija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — Investigazzjoni dwar użu ripetut ta’ frieket u skieken tal-plastik

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk laqax it-talba li saret minni fil-Parlament dwar inkjesta indipendenti sabiex issir investigazzjoni dwar il-każ oxxen li ġie rrappurtat u ppruvat fil-media dwar użu ripetut ta' frieket u skieken użati tal-plastik (disposables) fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 29904.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — dishwasher

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-dishwasher fil-kċina tad-Dar tal-Anzjani tal-Mosta inbidilx jew issewwix wara li kien ilu bil-ħsara għal madwar tliet xhur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, nxtrat dishwasher ġdida għall-kċina tad-Dar tal-Anzjani tal-Mosta.

Il-Gżira – Is-Savoy — bus stop u bus shelter

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat il-bus stop u l-bus shelter li hemm wara n-niżla tas-Savoy direzzjoni lejn il-Gżira u jerġa’ jiġi kif suppost?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ir-Request for Proposals li ħarġet Transport Malta fir-rigward ta’ installazzjoni ta’ Bus Shelters ġodda, fil-preżent qiegħed fi stadju ta’ aggudikazzjoni. Huwa ippjanat li ġaladarba jiġi identifikat il-kuntrattur il-ġdid jibda il-proċess ta’ twaħħil ta’ bus shelters li fosthom hemm il-bus shelter imsemmi f’ din il-Mistoqsija.

Kamra tal-Avukati – komunikazzjoni – ilmenti ta’ avukati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa wara din il-komunikazzjoni tal-Kamra tal-Avukati ta’ ġimgħa ilu wara ħafna ilmenti ta’ avukati prattikanti fil-Qrati tagħna “Given the considerable flow of complaints from members, the Chamber of Advocates, through its Secretary Dr Stefan Camilleri, has written to Mr Emmanuel Sciriha, Director and Registrar of the Court to bring to his attention the situation whereby the taxed bills of costs are taking too long to be issued, a problem that seems to owe to a lack of adequate human resources. The Chamber will keep you updated with any developments in this regard.”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Qrati Ċivili u Tribunali ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassigura li jkun hemm numru adegwat ta’ impjegati sabiex jinħaddmu t-taxxi tal-kawżi. Id-dewmien fit-tħejjija tat-taxxi li kien hemm ġie minħabba li wieħed mill-impjegati talab li jitneħħa mis-sezzjoni minħabba raġunijiet personali, u l-amministrazzjoni ħasset li kien hemm raġunijiet ġustifikati biex din il persuna titneħħa. Kellha għalhekk tinġieb impjegata minn sezzjoni oħra sabiex tagħmel ix-xogħol ta’ dan l-impjegat. Wieħed irid jifhem li sakemm dan sar u ingħata taħriġ lil din l-impjegata r-ritmu tax-xogħol kellu jaqa’ xi ftit lura. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat ġab lura lill-impjegat li kien hemm originarjarment, anke jekk għal żmien temporanju, sakemm ix-xogħol li hemm b’lura jiġi għan-normal.”
Leg 12 PQ #30519 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Avviż Legali dwar Billboards – konsultazzjoni pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’seħħ mill-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika mħabbar fl-aħħar ta’ April 2016 biex l-Avviż Legali (ippublikat ftit ġimgħat qabel) li jirregola l-billboards ikun emendat? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, l-Avviż Legali l-ġdid, frott dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li bħala riżultat tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-Avviż Legali 103 tal-2016, il-Gvern irċieva numru ta’ sottomissjonijiet u saru diversi laqgħat mal-istakeholders biex jiġu ċċarati xi punti dwar l-Avviz Legali eżistenti u kif jista’ jiġi emendat. L-Avviż Legali ġdid qed jiġi ffinalizzat u għandu jkun ippubblikat għal konsultazzjoni fi żmien qasir.
Leg 12 PQ #30520 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq il-Konverzjoni – sors ta’ ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhu s-sors ta’ ilma li qed jinżel minn żmien għall-ieħor minn Triq il-Konverzjoni, (Conversion Str.), f’San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'passi se jieħu, jew ħa, biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-toroq ta' dawn l-inħawi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva lment fl-1 ta’ Frar, 2017 u saret spezzjoni mill-uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-2 ta’ Frar. Waqt l-ispezzjoni ma ġiex innutat ħruġ ta’ ilma u għal din ir-raġuni ma kienx possibbli li jittieħed kampjun iżda kien evidenti li fluss ta’ ilma kien seħħ peress li t-triq kienet imxarrba. Ninfurmah ukoll illi qed issir investigazzjoni neċessarja sabiex jinstab/jinstabu s-sidien ta’ żewġ katusi tal-ilma tax-xita li ġew indikati waqt din l-ispezzjoni u kif ukoll is-sors tal-ilma sabiex ikun jista jiġi eliminat kull inkonvenjent mill-aktar fis possibbli.

Il-Qawra – Front — globi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iżomm lill-Ministeru milli jerġgħu jinxtegħlu mill-ġdid il-globi li hemm madwar il-front ta' Buġibba u l-Qawra? Filwaqt li wieħed jifhem li l-manutenzjoni trid issir, jista' jieħu l-passi meħtieġa biex dawn il-globi jinxtegħlu fl-iqsar żmien possibbli?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li d-dwal li għad hemm fil-post, saret il-manutenzjoni meħtieġa tagħhom u nxtegħlu. Għal dawk l-arbli li tneħħew, u oħrajn li jridu jinbidlu, ħarġet tender biex isiru oħrajn ġodda u b'hekk jinbidlu l-arbli dekorattivi kollha tul il- promenade . Fit- tender ġew inklużi wkoll partijiet mill- promenade li qabel ma kellomx fanali tad-dawl dekorattivi.

Għaqdiet Ambjentali – flus għall-proġetti

Question

Billi l-Ministru, waqt laqgħa ma’ diversi NGOs fejn qassam ukoll xi flus għall-proġetti li se jieħdu ħsiebhom l-istess għaqdiet ambjentali, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'se jkunu dawn il proġetti li se jwettqu dawn l-istess għaqdiet? Xi proġetti oħra se jitwettqu mal-kunsilli lokali kif imħabbar waqt l-istess okkażjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proġetti li se jwettqu l-għaqdiet ambjentali u li qed ikunu ffinanzjati mill-Iskema tal-Fond Ambjentali tal-Gvern huma: Din l-Art Ħelwa li ser jaħdmu fuq proġett sabiex jirabilitaw u jirrestawraw il-foss li hemm madwar it-Torri l-Abjad fil-Mellieħa. Ser ikunu qed jneħħu il-ġebel li akkumula u mela l-foss, u jirranġaw il-ħitan tal-foss sabiex ikun hemm aċċess aħjar għal dan it-torri u sabiex isaħħu l-valur ambjentali, storiku u kulturali tas-sit kollu. Flimkien Ghal Ambjent Ahjar ser jaħdmu fuq progett ’Seeding the City’ fejn ser jippromwovu spazji ħodor għall-għajxien aktar sostenibbli. Dan ser ikun proġett pilota fejn ser jistudjaw l-aħjar mod għal vertical gardening bl-użu ta oġġetti riċiklati. Ser ikunu qed jintroduċu wkoll il-kunċett ta vertical urban gardens. Nature Trust ser jaħdmu fuq proġett sabiex itejbu it-trattament ta fkieren tal-baħar li jiġu salvati u jinstabu li jkunu belgħu snanar. B’dan il-proġett ser ikunu qed jixtru endoscope li jgħin meta joperaw fuq il-fkieren tal-baħar sabiex ikollhom anqas riskju ta’ kontaminazzjoni u jfiequ aktar malajr. Friends of the Earth ser jahdmu fuq proġett ‘Enhancing wellbeing – therapy through nature: training and eco-therapy activities’. B’dan il-proġett ser ikunu qed jagħqdu issues ambjentali ma’ dawk soċjali. Ser jaħdmu fuq nature therapy f’komunita’ li tissapportja klijenti bi problemi fiżiċi u mentali. Ser jieħdu ħsieb ukoll il-manutenzjoni ta ġnien sostenibbli. Genista Foundation ser jaħdmu fuq proġett ta’ konservazzjoni u rijabilitazzjoni tar-Rinella Biodiversity Park. Ser jaħdmu biex jirestawraw u jipproteġu il-wirt naturali fil-wied tar-Rinella billi jagħmlu clean-up biex jitnaddaf is-sit. Ser iħawlu wkoll siġar jew arbuxelli indiġeni fis-sit. Ser iwaħħlu wkoll pannelli fotovoltajċi fuq iċ-ċentru ta’ taħrig li hemm fis-sit. Dan kollu ser iwassal għal spazju miftuh ghar-rikreazzjoni tal-pubbliku. Sustainable Built Environment Malta ser jagħmlu survey relatat mal-gassijiet serra. Ser ikunu qed jevalwaw azzjonijiet li jistghu jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan is-survey ser ikun miftuh għall-stakeholders li huma involuti fil-produzzjoni ta’ materjali li jintużaw għall-bini, stakeholders involuti fid-diżinjar ta’ binjiet, fl-infrastruttura, fost oħrajn. Heritage Parks Foundation ser jaħdmu fuq proġett biex titwaqqaf nursery għall-propogazzjoni ta’ flora selvaġġi indiġeni, xiri ta’ pjanti u tagħmir u restawr ta’ binja biex jaħżnu t-tagħmir. Dawn il-pjanti ser jiġu mħawwla fil-Park tal-Majjistral. Dan kollu ser iwassal għall-esperjenza edukattiva għall-vizitaturi tal-Park, kif ukoll biex itejbu is-sit u jirrabilitaw partijiet tal-Park li huma degradati. Greenhouse Malta ser jahdmu fuq progett ‘Wild for Orchids’. Ser ikunu qed jahdmu biex jikonservaw l-orkidej f’Malta billi jiġbru informazzjoni xjentifika kif għandhom jiġu kkonservati, u billi jħarrgu lill-pubbliku u jinkorraġġuhom biex jinvolvu ruħhom f’dan il-proġett. Ser issir kompetizzjoni artistika u workshops fuq dan is-suġġett. Fl-aħħar tal-proġett ser joħorġu ktieb dwar l-Orkidej ta’ Malta. Proġetti ambjentali li se jitwettqu ma’ kunsilli lokali huma dawk ta’ tħaddir tal-komunitajiet permezz ta’ tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, fejn wara li fl-aħħar sentejn saru proġetti ta’ din in-natura fi ħmistax-il lokalita’ f’Malta u f’Għawdex, issa qed jiġi ppjanat li aktar lokalitajiet jibbenefikaw minn proġetti simili.

Problema ta’ relief – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ relief?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li qed issir referenza għaliha b’mod separat, qatt ma kienet tirċievi Għajnuna Soċjali u għalhekk it-tali benefiċċju qatt ma kien maqtugħ. Mill-uffiċċju distrettwali tal-lokalità tagħha għandha tiġi nfurmata dwar xi dokumenti li hemm bżonn li tgħaddi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq il-każ tagħha.

Problema ta’ akkomodazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward akkomodazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #30536 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Parir fuq pilloli – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq parir fuq pilloli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Leg 12 PQ #30537 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żbroff ta’ drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħmel kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ żbroff ta’ drenaġġ ġewwa għalqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li riċentament ittieħdet azzjoni sabiex tinfetaħ kaxxa intermedjarja, magħrufa bħala silt trap, biex tilqa’ fiha materjal qabel id-drenaġġ innifsu jidħol fil-medda msemmija. B’riżultat ta’ dan, il-medda se tibda tkun miżmuma aħjar mingħajr ebda problema ta’ aċċessibilita’.

Tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu – allowance tad-diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk it-tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu għandhomx dritt għall-allowance tad-diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-bord li jiddetermina l-eleġibilta’ tal-persuna għal allowance tad-diżabilita’ jara kull każ li jiġi quddiemu u jiddeċiedi skont il-kriterji u n-natura individwali tal-każ. F’dan il-kuntest ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kienet ġiet maħtura persuna medika apposta sabiex tkun preżenti waqt il-Bord mediku meta l-applikazzjoni tindika li l-persuna għandu jew għandha l-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Leg 12 PQ #30539 Sitting 478 2017-02-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-hipbone – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward operazzjoni tal-hipbone?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.

Malta Libraries – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet impjegata minn barra, mislufa mid-Dipartiment, entità jew minn Awtorità tal-Gvern fil-Malta Libraries minn Lulju 2016 sal-lum? Jekk iva kemm ġew impjegati nies, min qed joħroġ il-pagi tagħhom, x’inhu l-grad tagħhom, xi kwalifiċi u x’esperjenza kellhom il-persuni magħżula,u jekk l-ewwel sejħa ħarġitx interna għall-ħaddiema li diġà jaħdmu mal-Malta Libraries?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Malta Libraries li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Libraries – calls/vakanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx jew kienx hemm calls/vakanzi fi ħdan il-Malta Libraries, u jekk iva x’inhuma dawn il-calls/vakanzi, u jekk l-ewwel ħarġux internament għall-ħaddiema tal-Malta Libraries? X'esperjenza u kwalifiki kienu jirrikjedu dawn il-calls?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-preżent għaddej il-proċess marbut ma’ tliet calls u fit-tliet każijiet ġie applikat mill-ewwel il-proċess estern permezz ta’ JobsPlus. It-tliet calls huma relatati ma’ dawn il-pożizzjonijiet: Manager Projects, Library Assistant u Library Attendant. L-esperjenza u l-kwalifiċi mitluba huma kif se nsemmi: Manager Projects : Kwalifika ta’ first degree jew iktar u tliet snin esperjenza Library Assistant : Kwalifiċi f’ħames suġġetti SEC jew iktar u esperjenza relatata ma’ tali xogħol Library Attendant: Ħiliet bażiċi fil-kitba, qari, matematika u kompjuter