Legislature:
Category:
Reset
Active:

LESA – ċitazzjonijiet minn wardens pajżana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn wardens pajżana fuq ksur ta’ liġijiet ambjentali fis-sentejn qabel ma twaqqfet il-LESA, kif ukoll kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn wardens pajżana fuq ksur ta' liġijiet pajżana minn mindu s-sistema ġiet iċċentralizzata bit-twaqqif tal-LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Spezzjonijiet fuq blat li jmiss mal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, permezz ta' xi direttorat tiegħu wettaqx spezzjonijiet fuq blat li jmiss mal-baħar, mill-ponta tal-Qawra sal-Mistra, matul l-aħħar 12-il xahar? Jekk wettaq tali spezzjonijiet, jista' jagħti tagħrif dwar liema partijiet mill-kosta fil-fatt wettaq spezzjonijiet fuqha, u wkoll jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi deċiżjoni dwar x'passi għandhom jittieħdu dwar dan l-istess periklu li jista' jkun hemm? Meta hu mistenni li jibdew jittieħdu passi dwar dan, u fejn?

Response (MIZZI, JOE)

Ta’ min wieħed jiċċara lil r-responsabilta’ tal-kosta kif imsemmija f’din il-Mistoqsiaj Parlamentari ma tappartjenix lill-Ministeru tiegħi. Is-sid tal-propjeta’ tal-Gvern huwa d-Dipartiment tal-Artijiet(jew L-Awtorita’ tal-Artijiet). Fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, li jifforma parti mill-Ministeru tiegħi, għandna grupp ta’ Periti li jagħtu servizz lill-Pulizija biex jirrappurtaw, strettament fuq strutturi mibnija perikolużi, għax dik hi l-ispeċjaliżazzjoni tagħhom. Jiġri li dan is-servizz ġieli jiġi estiż biex ikopri wkoll problema ta’ blat perikoluż tul il-kosta Maltija, l-aktar minħabba r-riskju għas-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku in ġenerali,liema każi aktar jappertjenu lill-professjoni tal-Ġeoloġisti milli dik tal-Periti. Fil-każ ta’ San Pawl il-Baħar , jien infurmat li f’dawn l-aħħar ġranet , id-Dipartiment intalab biex jibgħat Perit biex jispezzjona żewġ siti partikolari, t-tnejn f’postijiet pubbliċi, fejn ġie rraportat li kien hemm xi forma ta’ riskju ta’ periklu għall-pubbliku in ġenerali. L-ewwel każ kien fl-akwati ta’ l-Għasselin fejn ġie stabbilit li formazjoni partikolari , forma ta’ daħla fil-blat kienet qed turi sinjali ta’ deterjorazzjoni, b’tali mod li jekk ikun hemm xi għawwiema jew nies fuq xi qoxra tal-baħar li jidħlu fl-akwati, jistgħu jkunu esposti għal riskji ta’ saħħa u sigurta’. F’dan il-każ partikolari diġa’ ingħalaq b’chain link fence l-aċċess minn fuq il-blat għas-sit perikolanti u Transport Malta ser tieħu ħsieb ukoll li tagħlaq l-aċċess mill-livell tal-baħar f’dawn l-akwati. Din il-ġimgħa, bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezjoni Ċivili ser jitneħħa wkoll , sa fejn hu possibli, xi blat perikoluż fl-istess inħawi. It-tieni każ hu dak ta’ problema fil-wiċċ tal-blat u pilastru perikolanti f’Triq San Franġisk. F’dan il-każ, ser jittieħdu l-passi biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku fil-livell tal-bankina, permezz ta’ chain link fence. Transport Malta ukoll ġew mitluba biex iwaħħlu sinjali li jindikaw il-periklu għall-għawwiema u sidien ta’ opri tal-baħar. Hu ppjanat ukoll li permess tal-għajnuna tad-Dipartiment tal-protezjoni Ċivili jitneħħa wkoll, sa fejn hu possibli, xi blat perikoluż fl-istess inħawi. Finalment ikun jonqos li jinbena retaining wall mill-livell tal-blat biex jgħatti l-wiċċ espost ta’ blat/tafal , simili għal dak li hemm taħt strutturi privati fl-akwati. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet beda l-preparattivi biex jesegwixxi dan ix-xogħol fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuseshuwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #29823 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Performance Bonuses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw performance bonuses fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'liema kariga kienu dawk li ħadu l-performance bonuses? Kemm kien il-perċentwal tal-bonus mogħti f’kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi l-ħlas ta’ performance bonuses huwa meqjus bħala data personali u għaldaqstant, din l-informazzjoni ma tistax tingħata.
Leg 12 PQ #31734 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi – lista ta’ donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-partiti politiċi li ottemperaw ruħhom mal-Liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi u sal-1 ta' Marzu 2017 ippreżentaw lill-Kummissjoni Elettorali lista ta' donazzjonijiet finanzjarji li rċevew fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Informat li erba’ partiti – l-Alternattiva Demokratika, il-Moviment Patrijotti Maltin, il-Partit Demokratiku u l-Partit Nazzjonalista - ġew reġistrati mal-Kummissjoni Elettorali għall-finijiet tal-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi. Dawn kollha ġew reġistrati wara t-30 ta' Gunju 2016 u ssottomettew il-lista msemmija fl-interpellanza. Inżid ngħid li, kif diġa’ ġie spjegat pubblikament, il-Partit Laburista kien l-ewwel partit li applika għal dina r-reġistrazzjoni u ssottometta l-istatut tiegħu. Minkejja li fil-fehma tal-Partit Laburista l-istatut jottempra ma’ dak li trid il-liġi tal-Finanzjament ta’ Partiti Politici, il-Partit Laburista, mar-riċevuta ta’ ittra da parti tal-Kummissjoni Elettorali b’numru ta’ rikjesti ta’ kjarifiki, informa lill-istess Kummissjoni li kien se jagħmel tibdil ulterjuri fl-istatut tiegħu sabiex il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tigi rispettata bl-iktar mod b’sahhtu u leali possibbli. Dan it-tibdil se jseħħ dan ix-xahar stess skont ir-regoli interni tal-Partit Laburista.
Leg 12 PQ #31797 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #31798 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma xtara ebda servizzi legali mill-avukat konċernat jew mid-ditta legali tiegħu fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (GRECH, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31799.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma tax xogħol legali u ma talabx konsulenzi lill-persuna li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija jew id-ditta legali tiegħu.
Leg 12 PQ #32239 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Fergħat ta’ universitajiet barranin f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fergħat ta’ Universitajiet barranin f’Malta li joffru korsijiet li jwasslu għal degree u diploma? Kemm hemm studenti li qed jattendu u jsegwu korsijiet f'dawn il-fergħat ta’ Universitajiet barranin f’Malta? Kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm minn dawn huma ta’ nazzjonalità barranija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li hemm ħames fergħat ta’ Universitajiet barranin li għandhom liċenzja biex joperaw f’Malta. Rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija, infurmat li f’Marzu 2016 kien hemm: · fil-livell ta’ Degree (MQF Level 6), 131 student li minnhom erbgħa (4) kienu barranin. · fil-Livell ta’ Master (MQF level 7), 157 student li minnhom 116 kienu barranin .
Leg 12 PQ #32240 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed isegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta u Għawdex fil-preżent? Kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità barranija? Jista' jgħid kemm minn dawn qed isegwu korsijiet fiċ-ċentru tal-MCAST f'Għawdex? Kemm iggradwaw studenti mill-MCAST minn kemm ilha mwaqqfa l-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti li qed isegwu korsijiet fl-MCAST f’Malta u Għawdex fil-preżent hu ta’ 6342. Minn dawn, 6005 student huma Maltin filwaqt li 337* huma ta’ nazzjonalità barranija. Fil-Kampus t’Għawdex jattendu 214* studenti li erbgħa (4)* minnhom huma ta’ nazzjonalità barranija (*statistika bbażata fuq korsijiet full-time aġġornata sal-aħħar ta’ Frar 2017). Dwar kemm iggradwaw studenti mill-MCAST minn kemm ilha mwaqqfa l-MCAST, it-totali huma kif ġej: MQF Level 1 MQF Level 2 MQF Level 3 MQF Level 4 MQF Level 5 MQF Level 6 N/A Transnational 402 5434 8604 9140 3758 1453 126 113 Il-kolonna N/A tirreferi għall-kors tal-‘Pathway course to Independent Living’. Il-kolonna ‘Transnational’ tirreferi għall-kwalifiki internazzjonali tal-Avjazzjoni jew Marittimu li ma jintrabtux ma’ livell tal-qafas Malti għall-kwalifiki.

ELC – ħlas tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għall-ħlas tal-ilma u d-dawl li jintuża mill- Environmental Landscapes Consortium (ELC) għal-embellishment tat-toroq u roundabouts, u ċjoè jekk dawn il-kontijiet jitħallsux mill-ELC jew inkella minn Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' wħud mill-landscaped areas jitħallsu minn Transport Malta u oħrajn jitħallsu mill-ELC.
Leg 12 PQ #32242 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Frar 2013, kemm kien hemm nies impjegati mas-Settur Pubbliku [inklużi intrapriżi pubbliċi)? Kemm minn dawn kienu impjegati full-time? Kemm minn dawn kienu impjegati fuq bażi part-time? Kemm minn dawn kienu impjegati f’position of trust? U kemm minn dawn kienu impjegati b’kuntratt definit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #32243 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Bini tal-Isptar t’Għawdex – flus mgħoddija lill-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern sal-lum għaddiex flus lill-kumpanija Vitals Global Healtcare jew xi sussidjarja tagħha għall-bini tal-Isptar ta' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm kien l-ammont ta’ flus rilaxxati u meta ngħata dan l-ammont ta’ flus?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru li hu responsabbli mill-ministeru li jamministra l-fondi allokati fil-Budget 2017 taħt Hospital Concession Agreement – Gozo General Hospital.
Leg 12 PQ #32244 Sitting 503 2017-04-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Jista' l-Ministru, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29882 li issa ilha pendenti diversi ġimgħat u jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.