Dħul mill- eko-kontribuzzjoni fuq iljieli tat-turisti f’pajjiżna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proġetti li ser tagħmel il-Fondazzjoni (li qed tamministra d-dħul mill-eko-kontribuzzjoni fuq l-iljieli tat-turisti f’pajjiżna) fl-2017?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari W460, datata 10 ta’ Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-occupancy fil-lukandi ta’ 5 stilel bejn Jannar u Diċembru fis-snin 2015 u 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) bejn Jannar u Diċembru 2015 , l-occupancy f’lukandi ta’ 5 stillel kienet ta’ 70.3%. Iċ ċifri għal bejn Jannar u Diċembru 2016 ma jistgħux jingħataw għaliex il-figuri uffiċċjali mill-NSO se jiġu ppublikati fit-28 ta’ Frar 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-bed nights fil-lukandi ta’ 5 stilel bejn Jannar u Diċembru fis-snin 2015 u 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO), bejn Jannar u Diċembru 2015, il-Bednights f’Lukandi ta’ 5 stilel ammontaw 1,648,299 lejl filwaqt li n-numru ta’ residenti kien ta’ 384,288. Iċ ċifri għal bejn Jannar u Diċembru 2016 ma jistgħux jingħataw għaliex il-figuri uffiċċjali mill-NSO se jiġu ppublikati fit-28 ta’ Frar 2017.
Madanakollu skont ċifri ppublikati mill-istess NSO, bejn Jannar u Novembru tal-2016, il-Bednights f’Lukandi ta’ 5 stillel ammontaw għal 1,559,570 filwaqt li n-numru ta’ residenti kien ta’ 366,079. Meta kkomparat ma l-istess perjodu tal-2015, ifisser żieda ta’ 0.1% fl-ammont ta’ bednights u kif ukoll żieda ta’ 2.7% fuq in-numru ta’ residenti li qagħdu f’lukandi ta’ 5 stillel.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11859, jista’ l-Ministru jgħid min huwa s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija għandhiex jew tagħmilx parti minn kumpanija oħra b’isem differenti? Min hu l-benefiċjarju ta' dawn il-kumpaniji? X' konnesjoni għandu s-sid/benefiċjarju ta' dawn il-kumpaniji maċ-Chairman ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’ inżid mal-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11859.
Transport Malta – Dipartiment tar-Riżorsi Umani – kummissjoni tal-Grievances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta dawk kollha konċernati ġew avżati mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fi ħdan Transport Malta bil-konklużjonijiet tal-Kummissjoni tal-Grievances? Jista’ jikkonferma li l-każijiet kollha ġew konklużi u jekk saritx ġustizzja ma’ dawk kollha li kellhom ilment quddiem din il-Kummissjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ittri lill-appellanti nħarġu fil-11 ta’ Mejju 2015. Il-Każijiet kollha ġew konklużi, barra 29 każ li l-Kummissjoni irrakkomandat li għandu jsirilhom job evaluation. L-Awtorita’ mxiet skont ir-rakkomandazzjoniet tal-Kummissjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li qegħda bir-reduced hours fi ħdan Transport Malta, tistax taħdem nhar ta' Sibt mid-dar u tieħu l-ħlas bħala overtime?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-impjegati li jkun ingħatalhom permess sabiex jaħdmu sigħat imnaqqsa jkunu ntitolati għal ħlas ta’ sahra kemm-il darba huma jattendu għax-xogħol aktar mill-medja ta’ erbgħin (40) siegħa li normalment jaħdmu matul il-ġimgħa.
Għalhekk dak li qiegħed jistaqsi dwaru l-Onor. Membru jista’ jseħħ biss jekk l-impjegat konċernat l-ewwel jaħdem erbgħin siegħa f’dik il-ġimgha partikulari.
Jista’ l-Ministru jgħid min kien iċ-Chairman tal-Grievances Board ta' Transport Malta? Kif intgħażel dan iċ-Chairman? Kemm tħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman ta’ dan il-Bord kien Dr. Silvio Debono. Dr Debono ntgħażel abbażi tal-esperjenza u l-kwalifiki tiegħu f’dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Grievances Board ta' Transport Malta? Kif intgħażlu dawn il-membri? Kemm tħallsu ta' dan ix-xogħol, membru membru separatament? Jista’ jgħid x' karigi jokkupaw dawn il-membri fiċ-ċivil/awtorità jew f'kumpaniji privati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Grievances Board ta’ Transport Malta kienu:
Dr Silvio Debono
Mr Joshua Zammit
Dr Aron Mifsud Bonnici
Il-membri ntgħażlu abbażi tal-esperjenza u l-kwalifiki tagħhom f’dan il-qasam.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ġewwa Transport Malta, xahar b'xahar, minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid f'liema grad kienu qabel ma ngħataw dawn il-promozzjonijiet kif wkoll f'liema grad jinsabu llum?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-lista mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati u ngaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħtu taħtha, tul is-sena 2016?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul is-sena 2016, l-ammont ta’ persuni li ġew impjegati u ngaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji kien ta’ disgħa u sebgħin persuna.
Presidenza tal-Unjoni Ewropea – miri tal-Ministeru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’se jkunu l-miri tal-Ministeru tul il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, qed jaħdem:
1. Fuq sett ta’ konklużjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri dwar t-titjib fil-ħiliet tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol madwar l-UE.
2. Lejn progress fid-diskussjonijiet dwar il-proposti soċjali għal Direttivi dwar:
- trattament ugwali
- titjib fil-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta’ kumpaniji
- titjib konsiderevoli fil-pakkett dwar il-mobilità tal-ħaddiema u l-istazzjonar ta’ ħaddiema
- protezzjoni tal-ħaddiema mill-kanċer relatat max-xogħol billi tinnegozja r-revi¿joni tad-direttiva dwar il-karċinoġeni.
- proposti oħra relatati mal-konsumatur, il-protezzjoni tad-data, sigurtà tal-prodotti u s-sigurtà fuq attivitajiet radjoattivi;
3. F’ pajjiżna ser inkunu qegħdin nospitaw numru ta’ Konferenzi mportanti fosthom il-Konferenza Ewropeja bil-għan li nkomplu nsaħħu l-ġlieda kontra vjolenza abbażi tal-ġeneru , b’mod partikolari l-vjolenza kontra n-nisa. Barra minn hekk ser inkunu qegħdin nospitaw konferenza Ministerjali fejn ser niddiskutu s-sitwazzjoni eżistenti fuq livell Ewropew fir-rigward tad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.
4. Jikkumplimentaw dawn l-attivitajiet, f’Malta ser inkunu qegħdin norganizzaw diversi attivitajiet oħra li jitrattaw temi varji: id-drittijiet tal-konsumaturi u kompetizzjoni ġusta, prodotti mediċinali, relazzjonijiet industrijali, protezzjoni tad-Data u Sigurta’ u Saħħa fuq il-post tax-xogħol.
5. Hemm ukoll il-parteċipazzjoni fil- Laqgħa Informali tal-Ministri għall-Impjiegi u Politika Soċjali, fejn it-tema ewlenija hija ‘Making Work Pay’ – Id-dritt ta’ paga ndaqs għall-istess xogħol.
Ħal Għaxaq – Persuni li bbenefikaw mill-iskema In-Work Benefit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu Ħal Għaxaq li effettivament bbenefikaw mill-hekk imsejħa In-Work Benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika s-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu Ħal Għaxaq u li bbenefikaw mill-In work Benefit matul is-sena 2016 kien ta’ 41, li minnhom kien hemm 24 raġel u 17-il mara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li huma reġistrati li jgħixu Ħal Għaxaq, kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni u jista’ jindika kemm kien hemm li qed jirċievu pensjoni taħt is-somma ta’ €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika, fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat, tul din is-sena skolastika, m’hemm l-ebda student li qed jistudja r-Russu u m’hemm l-ebda għalliem li huwa reġistrat li jista’ jgħallem dan is-suġġett.
Rigward l-iskejjel sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, infurmat li l-għadd ta' studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Russa tul din is-sena akkademika u l-għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu huma murija fit-tabella kif ġej:
TipStudentiTotal ta' StudentiGħalliema
SubienBniet
Knisja0111
Indipendenti1613291
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena akkademika,fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna? Jista’ jindika s-sess tal-istudenti? Jista’ jgħid kemm hawn għalliema reġistrati li kapaċi jgħallmu din il-lingwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda studenti li huma reġistrati sabiex jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża tul din is-sena skolastika fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, tal-Knisja kif ukoll Indipendenti u m’hemm l-ebda għalliema reġistrati li jistgħu jgħallmu din il-lingwa.
Għawdex – Ix-Xewkija – inħawi magħrufa bħala tal-Ħofra — proġett
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm ġew ottenuti Fondi Ewropej għall-proġett li se jsir ġewwa l-ex-MDP u fl-inħawi magħrufa bħala tal-Ħofra, fix-Xewkija, Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għall-proġett fl-ex-MDP u fl-inħawi magħrufa bħala tal-Ħofra ġew ottenuti €16-il miljun fondi Ewropej. Dan il-proġett ser jiġi implimentat mill-Ministeru tal-Ekonomija, Industrija u l-Intrapriżi ż-Żgħar bl-assistenza u l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Ministeru għal Għawdex. Hu mistenni illi dan il-proġett joħloq opportunitajiet ta’ xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess.
Ix-Xewkija – Ċimiterju ta’ Santa Marija — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra bix-xogħlijiet li saru fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija, fil-limiti tax-Xewkija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ġew esegwiti diversi xogħlijiet f’dan iċ-ċimiterju, li jinkludu :
· Manutenzjoni fuq il-kappella ta’ dan iċ-ċimiterju
· Manutenzjoni fuq l-entrattura prinċipali ta’ dan iċ-ċimiterju,
· Ġew installati żewġ liftijiet fiċ- ċimiterju biex tkun iffaċilitata aktar l-aċċessibilita’ b’mod speċjali għall-persuni b'diżabbilita’ u b' nuqqas ta' mobilita'.
· Tpoġġiet statwa artistika skolpita fil-ġebel ta’ Kristu rxoxt f’post prominenti f’dan iċ-ċimiterju.
· Żbir ta’ siġar u xogħol ta’ tindif ġenerali.
Matul din is-sena ġew iffirmati u ippubblikati minn Nutar tal-Gvern tlett mija u ħamsin (350) kuntratt ta’ bejgħ tal-oqbra ġodda li kienu inbnew fl-estensjoni li saret riċenti, kif kien stipulat f’Avviz Legali 377 tal-2007, amendata bl-avviż legali 35 tat-2013.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal SkolaSport għal din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għal din is-sena skolastika 2016-17 kien hemm 149 applikazzjoni valida, kollha studenti biex jidħlu fl-ewwel sena tas-sekondarja. Minn dawn daħlu 39 student.
Kien hemm 46 applikazzjonijiet oħra ta' studenti biex jidħlu fit-tielet sena tas-sekondarja. Minn dawn daħlu seba’ (7) studenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li żaru l-Esplora mill-ftuħ tagħha sal-aħħar tas-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li żaru l-Esplora mill-ftuħ tagħha sal-aħħar tas-sena kien kif ġej:
Pubbliku Ġenerali
· Dħul għall-Esebiti biss:
o Adulti – 10,631
o Minuri – 6,129
· Dħul għall-Esebiti u
Science Show
:
o Adulti – 1,582
o Minuri – 1,388
· Dħul għall-Esebiti u
Science Workshop
:
o Adulti – 153
o Minuri – 490
Skejjel
· Dħul għall-Esebiti biss:
o Minuri – 881
· Dħul għall-Esebiti u
Science Show
:
o Minuri – 2,584
· Dħul għall-Esebiti u
Science Workshop
:
o Minuri – 771
Dan ifisser li sal-aħħar tas-sena 2016, it-total ta’ viżitaturi mill-pubbliku ġenerali kien ta' 20,373 filwaqt li t-total ta’ viżitaturi mill-iskejjel kien 4,236.